21.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/25


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8994 — Microsoft/GitHub)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 338/13)

1.   

Fl-14 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Microsoft Corporation (l-Istati Uniti),

—

GitHub Inc. (l-Istati Uniti).

Microsoft Corporation takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku ta’ GitHub Inc. kollha. Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Microsoft Corporation: id-disinn, l-iżvilupp u l-provvista ta’ softwer tal-kompjuter (inklużi diversi għodod għall-iżvilupp u l-operazzjonijiet tas-softwer (“DevOps”)), apparat ta’ hardware u servizzi relatati, soluzzjonijiet ibbażati fuq il-cloud, ir-riklamar online, ir-reklutaġġ u servizzi professjonali ta’ netwerk soċjali,

—   għal GitHub Inc.: il-provvista ta’ għodod DevOps u b’mod partikolari is-softwer popolari għall-kontroll tal-verżjonijiet, għall-użu online (bħala servizz) u fil-post tan-negozju, kif ukoll servizzi ta’ elenkar tal-impjiegi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8994 — Microsoft/GitHub

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).