Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) [li saret il-Qorti Ġenerali], tas-17 ta’ Settembru 2008, Prana Haus GmbH vs UASI (T‑226/07), li permezz tagħha l‑Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament kontra d‑deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ April 2007, li tiċħad l‑appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “PRANAHAUS” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 u 35 - Karattru deskrittiv tat-trade mark.
Dispożittiv
1) L-appell huwa miċħud.
2) Prana Haus GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.