31990R0409



Official Journal L 043 , 17/02/1990 P. 0021 - 0021
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 32 P. 0040
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 32 P. 0040


Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 409/90

tas-16 ta' Frar 1990

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 584/75 li jippreskrivi regoli dettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema ta' l-appalt għar-rifużjoni fuq l-esportazzjonijiet tar-ross

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1431/76 tal-21 ta' Ġunju 1976 li jippreskrivi regoli ġenerali għall-konċessjoni ta' rifużjoni fuq l-esportazzjoni għar-ross u l-kriterji li jiffissaw l-ammont ta' dawn ir-rifużjonijiet [1], u partikolarment Artikolu 4(2) miġjub fih,

Billi t-tieni subparagrafu ta' Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 584/75 [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 379/89 [3], jipprovdi illi jrid jgħaddi perjodu taż-żmien ta' mill-inqas 15-il jum bejn id-data tal-pubblikazzjoni ta' l-avviż għal stedina għall-offerti u l-ewwel data preskritta għas-sottomissjoni tal-offerti;

Billi perjodu taż-żmien ta' għaxart ijiem huwa x'aktarx aħjar sabiex jiġi żgurat maniġġjar effiċjenti tal-proċedura ta' l-offerti filwaqt li tgħin lill-operaturi biex jiġu mgħarrfa fi żmien xieraq;

Billi l-miżuri provvduti f'dan ir-Regolament huma b'mod konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tieni sentanza ta' qabel ta' l-aħħar ta' Artikolu 1(2) tar-Regolament (KEE) Nru 584/75 hija hawnhekk mibdula b'dan li ġej:"Bejn il-pubblikazzjoni ta' l-istedina għall-offerti u l-ewwel data fissata għas-sottomissjoni ta' l-offerti, għandu jitħalla perjodu taż-żmien ta' mill-inqas għaxart ijiem."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fis-16 ta' Frar 1990.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 166, tal-25.6.1976, p. 36.

[2] ĠU L 61, tas-7.3.1975, p. 25.

[3] ĠU L 44, tas-16.2.1989, p. 22.

--------------------------------------------------