Official Journal L 170 , 20/07/1995 P. 0022 - 0023
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Lulju 1995 dwar l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom ferbam jew azinfos-etil bħala sustanzi attivi (95/276/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992, li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad- Direttiva 91/414/KEE [1] dwar it-tpoġġija fuq is-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 491/95 [2], u b’ mod partikolari l-Artikolu 6(5) ta’ din, billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 933/94 [3], kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 491/95, jelenka s-sustanzi attivi ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u innomina l-Istati Membri inkarigati bir-rwol ta’ relaturi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92; billi il-ferbam u l-azinfos-etil kienu tnejn mid- 90 sustanzi attivi koperti mill-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol provdut fl-Artikolu 8(2) tad- Direttiva 91/414/KEE [4]; billi dwar dawn iż-żewġ sustanzi l-Istati Membri nominati bħala relaturi infurmaw lill-Kummissjoni li n-notifikanti konċernati infurmawhom formalment li m’ humiex sejrin jissottomettu l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92 sabiex jappoġġaw l-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I tad- Direttiva 91/414/KEE; billi ebda talba ma saret għall-għoti ta’ terminu ta’ żmien ġdid; billi ebda Stat Membru ma nforma lill-Kummissjoni dwar ix- xewqa tiegħu li jagħmel ċert li tiġi inkluża xi waħda minn dawn is-sustanzi fl-Anness I tad- Direttiva 91/414/KEE; billi, għalhekk, irid jiġi meqjus li l-fatti magħrufa (‘data’) meħtieġa għal rivalutazzjoni ta’ dawn is-sustanzi ma jistgħux jiġu sottomessi fil-qafas tal-programm ta’ xogħol u li għalhekk evalwazzjoni ta’ dawn is-sustanzi m’hijiex possibbli f’dan il-qafas; billi, għalhekk, għandha tittieħed deċiżjoni għandha tittieħed deċiżjoni b’effett li awtorizzazżjonijiet preżenti għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi attivi għandhom jiġu rtirati; billi din id- Deċiżjoni ma teskludix li fil-futur il-ferbam jew azinfos-etil jistgħu jiġu evalwati fil-qafas tal-proċedimenti għal sustanzi attivi ġodda msemmija fl-Artikolu 6 tad- Direttiva 91/414/KEE; billi l-miżuri mnizzla f’dan ir-Regolament jaqblu mal-fehma tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-Istati Membri għandhom jagħmlu ċert: 1. li awtorizzazzjonijiet għal prodotti tal-ħarsien tal-pjanti li fihom il-ferbam jew azinfos-etil jiġu rtirati fi żmien perjodu ta’ sitt xhur mid-data tad-Deċiżjoni preżenti; 2. li mid-data tad-Deċiżjoni preżenti ebda awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien ta’ pjanti li fihom il-ferbam jew l-azinfos-etil ma jistgħu jingħataw jew jiġu mġedda taħt id- derogazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(2) tad- Direttiva 91/414/KEE. Artikolu 2 Din id-deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-13 ta’ Lulju 1995. Għall-Kummissjoni Ritt Bjerregaard Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 49, 4.3.1995, p. 50. [2] ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10. [3] ĠU L 107, 28.4.1994, p. 8. [4] ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. --------------------------------------------------