|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/206 |
31.1.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/206
tat-30 ta’ Jannar 2025
li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2055
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-26 ta’ Lulju 2024, il-Kunsill adotta r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2055 (2), li jistabbilixxi lista aġġornata ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 (“il-lista”). |
|
(2) |
Il-Kunsill ipprovda, fejn kien possibbli fil-prattika, dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet lill-persuni, lill-gruppi u lill-entitajiet kollha bi spjegazzjoni għaliex iddaħħlu fil-lista. |
|
(3) |
B’avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill informa lill-persuni, lill-gruppi u lill-entitajiet fuq il-lista li kien iddeċieda li jżommhom fuqha. Il-Kunsill informa wkoll lil dawk il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li kien possibbli li tintalab dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill talli ddaħħlu fil-lista fejn tali dikjarazzjoni ma kinitx diġà ġiet ikkomunikata lilhom. |
|
(4) |
Il-Kunsill għamel rieżami tal-lista, kif meħtieġ mill-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001. Meta għamel dak ir-rieżami, il-Kunsill qies l-osservazzjonijiet ippreżentati lilu minn dawk ikkonċernati, kif ukoll l-informazzjoni aġġornata li waslet mingħand l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar l-istatus fil-livell nazzjonali tal-individwi u l-entitajiet elenkati. |
|
(5) |
Il-Kunsill ikkonkluda li l-entrata għal persuna waħda jenħtieġ li titħassar mil-lista. Fl-istess ħin, il-Kunsill ivverifika li l-awtoritajiet kompetenti, skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (3), ħadu deċiżjonijiet fir-rigward tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet l-oħrajn kollha fil-lista fejn irriżulta li huma kienu involuti f’atti terroristiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 1(3) ta’ din il-Pożizzjoni Komuni. Il-Kunsill ikkonkluda li l-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fir-Regolament (KE) Nru 2580/2001 jenħtieġ li jkomplu japplikaw għall-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. |
|
(6) |
Il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 jenħtieġ li tiġi aġġornata kif meħtieġ, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2055 jenħtieġ li jitħassar, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 tinsab fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2055 huwa b’dan imħassar.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Jannar 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
A. SZŁAPKA
(1) ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/2580/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/2055 tas-26 ta’ Lulju 2024 li jimplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/329 (ĠU L, 2024/2055, 26.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2055/oj).
(3) Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93, ELI: http://data.europa.eu/eli/compos/2001/931/oj).
ANNESS
Lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1
I. Persuni
|
1. |
ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), imwieled fil-11.8.1960 fl-Iran. Numru tal-passaport: D9004878. |
|
2. |
AL-DIN Hasan Izz (magħruf ukoll bħala Garbaya Ahmed, magħruf ukoll bħala Sa’id, magħruf ukoll bħala Salwwan Samir), imwieled fl-1963 fil-Libanu, ċittadin tal-Libanu. |
|
3. |
AL-NASSER Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f’Al Ihsa (l-Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija. |
|
4. |
AL-YACOUB Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f’Tarut (l-Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija. |
|
5. |
ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), imwieled fis-6.3.1955 jew fil-15.3.1955 fl-Iran. Nazzjonal Iranjan u tal-Istati Uniti, numru tal-passaport: C2002515 (l-Iran); numru tal-passaport: 477845448 (Stati Uniti tal-Amerka). Numru tal-identità nazzjonali: 07442833, data ta’ skadenza 15.3.2016 (liċenzja tas-sewqan tal-Istati Uniti tal-Amerka). |
|
6. |
ASSADI Assadollah (magħruf ukoll bħala Assadollah Asadi), imwieled fit-22.12.1971 f’Tehran (l-Iran), nazzjonal Iranjan. Numru tal-passaport diplomatiku Iranjan: D9016657. |
|
7. |
BOUYERI Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu Zubair, magħruf ukoll bħala Sobiar, magħruf ukoll bħala Abu Zoubair), imwieled fit-8.3.1978 f’Amsterdam (in-Netherlands). |
|
8. |
DEIF Mohammed (magħruf ukoll bħala AL-DAYF Muhammad; AL-MASRI Mohammed), imwieled fit-12.8.1965 f’Khan Younis, l-Istrixxa ta’ Gaża. |
|
9. |
HASHEMI MOGHADAM Saeid, imwieled fis-6.8.1962 f’Tehran (l-Iran), nazzjonal Iranjan. Numru tal-passaport: D9016290, validu sal-4.2.2019. |
|
10. |
HASSAN EL HAJJ Hassan, imwieled fit-22.3.1988 f’Zaghdraiya, Sidon, il-Libanu, ċittadin Kanadiż. Numru tal-passaport: JX446643 (il-Kanada). |
|
11. |
MELIAD Farah, imwieled fil-5.11.1980 f’Sydney (l-Awstralja), ċittadin Awstraljan. Numru tal-passaport: M2719127 (l-Awstralja). |
|
12. |
MOHAMMED Khalid Sheikh (magħruf ukoll bħala Ali Salem, magħruf ukoll bħala Bin Khalid Fahd Bin Abdallah, magħruf ukoll bħala Henin Ashraf Refaat Nabith, magħruf ukoll bħala Wadood Khalid Abdul), imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, numru tal-passaport: 488555. |
|
13. |
SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala’i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla’i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1957 fl-Iran. Indirizzi: (1) Kermanshah, Iran, (2) Mehran Military Base, Ilam Province, Iran. |
|
14. |
SHAKURI Ali Gholam, imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1965 f’Tehran, l-Iran. |
II. Gruppi u entitajiet
|
1. |
“Abu Nidal Organisation” – “ANO” (magħrufa wkoll bħala “Fatah Revolutionary Council”, magħrufa wkoll bħala “Arab Revolutionary Brigades”, magħrufa wkoll bħala “Black September”, magħrufa wkoll bħala “Revolutionary Organisation of Socialist Muslims”). |
|
2. |
“Al-Aqsa Martyrs’ Brigade”. |
|
3. |
“Al-Aqsa e.V.”. |
|
4. |
“Babbar Khalsa”. |
|
5. |
“Communist Party of the Philippines”, inkluż “New People’s Army” – “NPA”, Philippines. |
|
6. |
Id-Direttorat għas-Sigurtà Interna tal-Ministeru Iranjan għall-Intelliġenza u s-Sigurtà. |
|
7. |
“Gama’a al-Islamiyya” (magħruf ukoll bħala “Al-Gama’a al-Islamiyya”) (“Islamic Group” – “IG”). |
|
8. |
“İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi” – “IBDA-C” (“Great Islamic Eastern Warriors Front”). |
|
9. |
“Hamas”, inkluż “Hamas-Izz al-Din al-Qassem”. |
|
10. |
“Hizballah Military Wing” (magħrufa wkoll bħala “Hezbollah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hizbullah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hizbollah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hezballah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hisbollah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hizbu’llah Military Wing” magħrufa wkoll bħala “Hizb Allah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Jihad Council” (u l-unitajiet kollha li jirrappurtaw lilha, inkluż l-External Security Organisation)). |
|
11. |
“Hizbul Mujahideen” – “HM”. |
|
12. |
“Khalistan Zindabad Force” – “KZF”. |
|
13. |
“Kurdistan Workers’ Party” – “PKK” (magħruf ukoll bħala “KADEK”, magħruf ukoll bħala “KONGRA-GEL”). |
|
14. |
“Liberation Tigers of Tamil Eelam” – “LTTE”. |
|
15. |
“Ejército de Liberación Nacional” (l-“Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali”). |
|
16. |
“Palestinian Islamic Jihad” – “PIJ”. |
|
17. |
“Popular Front for the Liberation of Palestine” – “PFLP”. |
|
18. |
“Popular Front for the Liberation of Palestine – General Command” (magħruf ukoll bħala “PFLP – General Command”). |
|
19. |
“Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi” – “DHKP/C” (magħruf ukoll bħala “Devrimci Sol” (“Revolutionary Left”), magħruf ukoll bħala “Dev Sol”) (“Revolutionary People’s Liberation Army/Front/Party”). |
|
20. |
“Sendero Luminoso” – “SL” (“Shining Path”). |
|
21. |
“Teyrbazen Azadiya Kurdistan” – “TAK” (magħruf ukoll bħala l-“Kurdistan Freedom Falcons”, magħruf ukoll bħala l-“Kurdistan Freedom Hawks”). |
|
22. |
“The Base”. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/206/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)