2011D0207 — MT — 08.05.2012 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tad-29 ta' Marzu 2011 li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni marbut mal-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran (notifikata bid-dokument numru C(2011) 1984) (ĠU L 087, 2.4.2011, p.9) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tat-2 ta’ Mejju 2012 |
L 121 |
25 |
8.5.2012 |
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-29 ta' Marzu 2011
li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni marbut mal-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 1984)
(2011/207/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd ( 1 ), u partikolarment l-Artikolu 95 tiegħu,
Billi:|
(1) |
Il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) fl-2006 adottat pjan multiannwali ta' rkupru għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran. Dak il-Pjan ġie traspost f'leġiżlazzjoni tal-Unjoni bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1559/2007 ( 2 ). |
|
(2) |
L-ICCAT emendat il-pjan ta' rkupru fl-24 ta' Novembru 2008 bir-Rakkomandazzjoni 08-05. Il-pjan kif emendat kien traspost fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 ( 3 ). |
|
(3) |
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni b'suċċess u sħiħa tal-pjan multiannwali ta' irkupru emendat, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/296/KE ( 4 ) stabbiliet programm ta' kontroll u spezzjoni speċifiku li jkopri perjodu ta' sentejn, mill-15 ta' Marzu 2009 sal-15 ta' Marzu 2011. |
|
(4) |
Il-programm ta' kontroll u spezzjoni speċifiku marbut mal-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran, kif stabbilit bid-Deċiżjoni 2009/296/KE, ser jiskadi fil-15 ta' Marzu 2011. Għandha tiġi adottata Deċiżjoni tal-Kummissjoni ġdida bil-ħsieb li tkun żgurata l-kontinwità ta' dak il-programm u biex ikunu implimentati immedjatament ċerti dispożizzjonijiet tar-Rakkomandazzjoni 10-4 tal-ICCAT, l-aktar dawk dwar il-preżentazzjoni bikrija ta' ċerti pjanijiet meħtieġa għas-sajd u l-ispezzjoni. |
|
(5) |
Il-programm ta' kontroll u spezzjoni speċifiku ġdid għandu jkun stabbilit għall-perjodu mill-15 ta' Marzu 2011 sal-15 ta' Marzu 2014. Ir-riżultati akkwistati permezz tal-applikazzjoni tiegħu għandhom ikunu evalwati perjodikament f'kooperazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati. |
|
(6) |
Sabiex il-kontroll u l-ispezzjoni tas-sajd għat-tonn fil-livell tal-Unjoni jkunu armonizzati, huwa xieraq li jitfasslu regoli komuni għall-attivitajiet ta' kontroll u spezzjoni li għandhom jtwettqu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati, u li l-Istati Membri jadottaw programm nazzjonali ta' azzjoni ta' kontroll sabiex jikkonformaw ma' regoli komuni bħal dawn. Għal dan il-għan, għandhom ikunu stabbiliti punti ta' referenza għall-intensità tal-attivitajiet ta' kontroll u spezzjoni, kif ukoll prijoritajiet u proċeduri għall-kontroll u l-ispezzjoni. |
|
(7) |
Sabiex ikunu żgurat is-segwitu tal-ksur, din id-Deċiżjoni għandha tistabbilixxi, fost oħrajn, il-proċeduri li taħthom l-awtoritajiet ikkonċernati jistgħu jwettqu skambju tal-informazzjoni rilevanti skont l-Artikolu 117 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. |
|
(8) |
L-attivitajiet konġunti ta' spezzjoni u sorveljanza għandhom jitwettqu skont il-pjanijiet ta' użu konġunt stabbiliti mill-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd (CFCA) stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 ( 5 ). |
|
(9) |
Il-miżuri stabbiliti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi programm ta' kontroll u spezzjoni speċifiku sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni armonizzata tal-pjan multiannwali ta' rkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran adottat mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn fl-Atlantiku (ICCAT) fl-2006 kif traspost bir-Regolament (KE) Nru 302/2009 kif emendat l-aħħar bir-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT tas-27 ta' Novembru 2010.
Artikolu 2
Ambitu temporali u territorjali
Il-programm ta' kontroll u spezzjoni speċifiku għandu japplika sal-15 ta' Marzu 2014 fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT.
Artikolu 3
Ambitu materjali
Il-programm ta' kontroll u spezzjoni speċifiku għandu jkopri dawn l-attivitajiet:
(1) l-attivitajiet kollha tas-sajd, inklużi l-qabdiet inċidentali, minn bastimenti tas-sajd u nases, inklużi operazzjonijiet tas-sajd konġunti;
(2) l-operazzjonijiet kollha tal-qbid, il-ħatt l-art, it-trasferimenti, it-trażbordi u t-tqegħid fil-gaġeġ, inklużi l-programmi tat-teħid tal-kampjuni u l-istudji pilota;
(3) l-attivitajiet kollha relatati mal-irziezet u l-operaturi involuti fit-tqegħid fil-gaġeġ, it-tismin, l-akkwakultura, il-ħsad jew l-ipproċessar tat-tonn u/jew tal-kummerċ fil-prodotti tat-tonn, inklużi l-kummerċ domestiku, l-importazzjoni, l-esportazzjoni u r-riesportazzjoni, it-trasport u l-ħżin;
(4) is-sajd sportiv u rikreattiv.
KAPITOLU II
OBJETTIVI, PRIJORITAJIET, PUNTI TA' REFERENZA U PROĊEDURI
Artikolu 4
Objettivi
L-attivitajiet ta' kontroll u spezzjoni għandhom jimmiraw sabiex jiżguraw konformità mad-dispożizzjonijiet li ġejjin:
(1) il-pjanijiet annwali tas-sajd, kif previst fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 302/2009;
(2) il-probizzjoni tal-użu ta' inġenji tal-arju u ħelikopters tat-tiftix, kif previst fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 302/2009;
(3) il-miżuri dwar il-kapaċitajiet tas-sajd u tal-produzzjoni fl-irziezet, kif previst fl-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 302/2009;
(4) l-implimentazzjoni ta' kwalunkwe programm tal-osservatur fl-Unjoni, inkluż il-programm tal-osservatur tal-Istati Membri, u l-Programm Reġjonali tal-Osservatur tal-ICCAT, kif previst fil-punti 90, 91, 92 u l-Anness 7 għar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT;
(5) ir-regoli dwar ir-reġistrazzjoni tal-bastimenti awtorizzati għall-qbid u bastimenti tas-sajd oħra, kif previst fl-Artikoli 14 u 15 tar-Regolament (KE) Nru 302/2009;
(6) il-miżuri u l-kundizzjonijiet tekniċi speċifiċi għas-sajd tat-tonn kif previst fir-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT, b'mod partikolari r-regoli dwar id-daqs minimu u l-kundizzjonijiet assoċjati;
(7) ir-restrizzjonijiet kwantitattivi dwar il-qabdiet u kwalunkwe kundizzjoni speċifika assoċjata magħhom, inkluż il-monitoraġġ tal-użu tal-kwota, kif previst fir-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT;
(8) ir-regoli ta' dokumentazzjoni applikabbli għat-tonn, kif previst fir-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT;
(9) l-implimentazzjoni ta’ studji pilota dwar kif jista’ jkun hemm stima aħjar tal-għadd u l-piż tat-tonn fil-mument tal-qabda;
(10) l-implimentazzjoni ta’ programmi tat-teħid tal-kampjuni u/jew programmi alternattivi fil-ħin tat-tqegħid fil-gaġeġ sabiex jitjiebu l-istimi tal-għadd u tal-piż tal-ħut fil-gaġeġ.
Artikolu 5
Prijoritajiet
Il-kategoriji differenti tal-irkaptu għandhom ikunu suġġetti għal livelli differenti ta' prijoritizzazzjoni, skont il-pjan annwali tas-sajd. Għal din ir-raġuni, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi prijoritajiet speċifiċi.
Artikolu 6
Punti ta' referenza
Il-punti ta' referenza għall-ispezzjoni huma stabbiliti fl-Anness I.
Artikolu 7
Proċeduri
L-attivitajiet ta' kontroll u spezzjoni għandhom jitwettqu skont id-dispożizzjonijiet proċedurali li ġejjin:
(1) l-Iskema tal-ICCAT tal-Ispezzjoni Internazzjonali Konġunta, kif previst fil-punti 99, 100, 101 u l-Anness 8 għar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT;
(2) il-metodoloġija tal-ispezzjoni kif previst fir-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT, u b'mod partikolari l-Anness 8 tagħha;
(3) il-proċeduri li għandhom ikunu segwiti mill-uffiċjali kif stabbilit fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni;
(4) il-proċeduri li għandhom ikunu segwiti mill-Istati Membri kif stabbilit fl-Artikoli 8 sa 13 ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 8
Proċeduri konġunti
L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 12 għandhom jiżguraw li uffiċjali mill-Istati Membri l-oħra kkonċernati jkunu mistiedna biex jipparteċipaw f'attivitajiet konġunti ta' spezzjoni u sorveljanza u li jkunu stabbiliti proċeduri operattivi konġunti applikabbli għall-inġenji tas-sorveljanza tagħhom.
Artikolu 9
Notifika ta' attivitajiet ta' sorveljanza u spezzjoni
1. Stat Membru li jkun beħsiebu jwettaq sorveljanza u jispezzjona bastimenti tas-sajd fl-ilmijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru ieħor fil-qafas ta’ Pjan ta’ Użu Konġunt, għandu jinnotifika l-intenzjonijiet tiegħu lill-punt ta’ kuntatt tal-Istat Membru kostali kkonċernat, kif imsemmi fl-Artikolu 80, il-punt 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1224/2009 u lill-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA).
2. In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
(a) it-tip, l-isem u s-sinjal tas-sejħa tal-bastimenti tal-ispezzjoni u tal-inġenju tal-ajru tal-ispezzjoni abbażi tal-lista msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1042/2006;
(b) iż-żoni fejn ser jitwettqu l-operazzjonijiet ta' sorveljanza u spezzjoni;
(c) it-tul ta' żmien tal-attivitajiet ta' sorveljanza u spezzjoni.
Artikolu 10
Informazzjoni dwar ksur
L-Istati Membri li l-uffiċjali tagħhom jindividwaw kwalunkwe ksur waqt spezzjoni tal-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 3, għandhom jinfurmaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni bid-data tal-ispezzjoni u d-dettalji tal-ksur.
Artikolu 11
Miżuri ta' infurzar immedjati f'każ ta' ksur serju
1. Jekk jinstab ksur serju abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jiżgura li, wara l-ispezzjoni, il-bastiment tas-sajd li qed itajjar il-bandiera tiegħu jieqaf mill-attivitajiet tas-sajd kollha tiegħu u għandu jinforma lill-Kummissjoni fil-waqt opportun.
2. Jekk il-bastiment tas-sajd tal-Unjoni ma jissejjaħx f'port, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jipprovdi l-ġustifikazzjoni dovuta lill-Kummissjoni fi żmien 72 siegħa.
KAPITOLU III
IMPLIMENTAZZJONI
Artikolu 12
Programmi nazzjonali ta' azzjoni ta' kontroll
1. Il-programm ta' kontroll u spezzjoni speċifiku għandu jkun implimentat permezz ta' programmi nazzjonali ta' azzjoni ta' kontroll, kif imsemmi fl-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, adottat mill-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, Malta u l-Portugall.
2. Il-programmi nazzjonali ta' azzjoni ta' kontroll għandhom ikunu stabbiliti skont l-objettivi, il-prijoritajiet, il-punti ta' referenza u l-proċeduri stabbiliti f'din id-Deċiżjoni u għandhom jinkludu d-dejta kollha elenkata fl-Anness III.
3. Il-programmi nazzjonali ta' azzjoni ta' kontroll għandhom ikunu akkumpanjati minn skedi ta' implimentazzjoni annwali li għandhom jinkludu d-dettalji rigward ir-riżorsi umani u materjali allokati u ż-żoni fejn ser ikunu użati dawk ir-riżorsi. L-iskedi tal-implimentazzjoni annwali għandhom iqisu l-punti ta' referenza stabbiliti fl-Anness.
4. Għall-istaġuni tas-sajd tal-2012 u l-2013, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw il-programmi nazzjonali ta' azzjoni ta' kontroll u l-iskedi ta' implimentazzjoni annwali tagħhom, sal-15 ta' Settembru 2011 u 2012 rispettivament. Għandhom jagħmluhom disponibbli fuq il-parti sigura tal-websajt tagħhom sal-1 ta' Jannar 2012 u 2013.
Artikolu 13
Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri
L-Istati Membri kollha għandhom jikkooperaw mal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 12(1) fl-implimentazzjoni tal-programm ta' kontroll u spezzjoni speċifiku.
Artikolu 14
Attivitajiet konġunti ta' spezzjoni u sorveljanza
Il-programmi nazzjonali ta' azzjoni ta' kontroll kollha msemmija fl-Artikolu 12 jew parti minnhom jistgħu jkunu implimentati permezz ta' pjan ta' użu konġunt adottat ►M1 l-ECFA ◄ skont ir-Regolament (KE) Nru 768/2005.
Artikolu 15
Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali ta' azzjoni ta' kontroll
1. L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 12(1) għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u ►M1 lill-ECFA ◄ rapport li jindika l-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali ta' azzjoni ta' kontroll tagħhom imsemmi fl-Artikolu 12.
2. Għandhom ikunu kkomunikati rapporti interim fl-1 ta' Lulju u fil-15 ta' Settembru kull sena u rapport finali fil-15 ta' Diċembru tal-istess sena.
3. Dan ir-rapport għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja, skont it-tabella stabbilita fl-Anness IV:
(a) l-attivitajiet ta' spezzjoni u kontroll imwettqa fuq bażi ta' kull xahar;
(b) il-ksur kollu li jinstab, u għal kull ksur għandha tkun inkluża l-identifikazzjoni ta':
(i) il-bastiment tas-sajd (l-isem, il-bandiera u l-kodiċi ta' identifikazzjoni estern), in-nassa, ir-razzett jew l-impriża impenjata fl-ipproċessar u/jew il-kummerċ tal-prodotti tat-tonn ikkonċernati,
(ii) id-data, il-ħin u l-lok tal-ispezzjoni,
(iii) in-natura tal-ksur, inkluża informazzjoni dwar ksur serju jew vjolazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 10 u 11,
(iv) il-qagħda preżenti rigward is-segwitu tal-ksur misjub (eż. każ pendenti, qed jiġi appellat, għadu qed jiġi investigat),
(v) id-deskrizzjoni, f'termini speċifiċi, ta' kwalunkwe penali imposti (eż. il-livell tal-multi, il-valur tal-ħut u/jew l-irkaptu kkonfiskat, l-avviż bil-miktub mogħti), flimkien mad-dokumenti ta' sostenn,
(vi) spjega jekk ma ttieħdet l-ebda azzjoni;
(c) kull azzjoni rilevanti ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn l-Istati Membri.
4. Ksur għandu jkompli jkun elenkat f'kull rapport sussegwenti sakemm l-azzjoni tkun konkluża taħt il-liġi tal-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 16
Informazzjoni addizzjonali
L-Istat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni kull informazzjoni addizzjonali li tista' tintalab dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 17
Pjan u rapport ta' spezzjoni tal-Unjoni
1. Abbażi tad-Deċiżjoni kurrenti u tal-programmi nazzjonali ta' azzjoni ta' kontroll, u wara konsultazzjoni mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-pjan ta' spezzjoni tal-Unjoni lill-Kummissjoni ICCAT xahar qabel il-laqgħa annwali tagħha skont il-punt 9 tar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT.
2. Il-Kummissjoni għandha darba f'sena tlaqqa' l-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura biex jevalwa l-konformità mal-programm ta' kontroll u spezzjoni speċifiku u r-riżultati tiegħu bil-ħsieb li jitħejja r-rapport li l-Unjoni hi meħtieġa li tipprovdi lis-Segretarjat tal-ICCAT sal-15 ta' Ottubru ta' kull sena.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 18
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
PUNTI TA’ REFERENZA
Il-punti ta’ referenza stabbiliti f’dan l-Anness għandhom ikunu implimentati sabiex b’mod partikolari jkun żgurat:
(a) il-monitoraġġ sħiħ tal-operazzjonijiet ta’ tqegħid fil-gaġeġ li jsir fl-ilmijiet tal-Unjoni;
(b) il-monitoraġġ sħiħ tal-operazzjonijiet ta’ trasferiment;
(c) il-monitoraġġ sħiħ tal-operazzjonijiet konġunti tas-sajd;
(d) il-kontroll tad-dokumenti kollha meħtieġa mil-leġiżlazzjoni applikabbli għat-tonn, b’mod partikolari li tkun ivverifikata l-affidabbiltà tal-informazzjoni rreġistrata;
|
Post tal-ispezzjoni |
Punt ta’ referenza |
|
L-operazzjonijiet ta’ tqegħid fil-gaġeġ |
Kull operazzjoni ta’ tqegħid fil-gaġeġ ġewwa razzett għandha tkun awtorizzata mill-Istat(i) Membru/i tal-bandiera tal-bastiment(i) tal-qbid u/jew tan-nases għat-tonn fejn hu xieraq fi żmien 48 siegħa wara l-preżentazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa għall-operazzjoni ta’ tqegħid fil-gaġeġ; It-tqegħid kollu fil-gaġeġ għandu jkun akkumpanjat minn dokumentazzjoni preċiża, kompluta u vvalidata kif meħtieġ mill-ICCAT (inkluż kif previst fir-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT); Kull operazzjoni ta’ tqegħid fil-gaġeġ għandha tiġi spezzjonata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tar-razzett. L-ispezzjoni għandha tkopri l-operazzjoni sħiħa tat-tqegħid fil-gaġeġ; Il-programmi tat-teħid tal-kampjuni dwar kif jista’ jkun hemm stima aħjar tal-għadd u l-piż tat-tonn għandhom jiġu implimentati fil-mument tat-tqegħid fil-gaġeġ. L-operazzjonijiet kollha tat-tqegħid fil-gaġeġ għandhom jiġu mmonitorjati b’vidjokamera fl-ilma (kif previst fil-paragrafu 86 tar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT); Il-ħut għandu jitqiegħed fil-gaġeġ qabel il-31 ta’ Lulju sakemm l-Istat Membru tar-razzett ma jipprovdix raġunijiet validi inkluża dik ta’ force majeure, li għandhom jakkumpanjaw ir-rapport dwar it-tqegħid fil-gaġeġ meta dan jiġi ppreżentat. |
|
L-operazzjonijiet tal-ħsad |
L-operazzjonijiet tal-ħsad kollha għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumentazzjoni preċiża, kompluta u vvalidata (inkluż kif previst fid-dispożizzjonijiet tar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT); Matul kull operazzjoni tal-ħsad minn gaġġa, għandu jkun preżenti osservatur reġjonali tal-ICCAT. |
|
L-ispezzjoni fuq il-baħar |
Punt ta’ referenza, li għandu jiġi stabbilit wara analiżi dettaljata tal-attività tas-sajd f’kull żona; Il-punti ta’ referenza fuq il-baħar għandhom jirreferu għall-għadd ta’ jiem ta’ għassa fuq il-baħar kif ukoll għall-għadd ta’ jiem ta’ għassa b’indikazzjoni tal-istaġun tas-sajd u t-tip ta’ attività tas-sajd fil-mira. |
|
L-operazzjonijiet ta’ trasferiment |
Kull operazzjoni ta’ trasferiment għandha tkun ġiet awtorizzata minn qabel mill-Istati tal-bandiera abbażi ta’ notifika minn qabel ta’ trasferiment (kif previst fir-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT); Kull operazzjoni ta’ trasferiment għandha tkun assenjata numru ta’ awtorizzazzjoni (kif previst fil-paragrafu 76 tar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT); Trasferiment għandu jkun awtorizzat fi żmien 48 siegħa wara l-preżentazzjoni tan-notifika minn qabel ta’ trasferiment (kif previst fil-paragrafu 76 tar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT); Dikjarazzjoni ta’ trasferiment tal-ICCAT għandha tintbagħat lill-Istat tal-bandiera fit-tmiem tal-operazzjoni ta’ trasferiment (kif previst fil-paragrafu 77 tar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT); L-operazzjonijiet kollha ta’ trasferiment għandhom jiġu rreġistrati fuq vidjokamera fl-ilma (kif previst fil-paragrafu 79 tar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT). L-istudji pilota dwar kif tista’ ssir stima aħjar kemm tal-għadd kif ukoll tal-piż tat-tonn għandhom jiġu implimentati fil-mument tal-qabda inkluż permezz tal-użu ta’ sistemi sterjoskopiċi. |
|
It-trażbordi |
Il-bastimenti kollha għandhom ikunu spezzjonati mal-wasla qabel jibdew l-operazzjonijiet ta’ trażbord, kif ukoll qabel it-tluq wara l-operazzjonijiet ta’ trażbord. Għandhom isiru verifiki aleatorji f’portijiet mhux magħżula; Dikjarazzjoni ta’ trażbord għandha tintbagħat lill-Istati tal-bandiera mhux aktar tard minn 48 siegħa wara d-data tat-trażbord fil-port (kif previst fil-paragrafu 69 tar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT). |
|
L-operazzjonijiet konġunti tas-sajd |
L-operazzjonijiet konġunti tas-sajd (JFO) kollha jridu jkunu ġew awtorizzati mill-Istati Membri tal-bandiera u mill-Kummissjoni li għandhom jibagħtu l-JFOs awtorizzati lill-ICCAT. Lista tal-JFOs awtorizzati se tiġi pubblikata fil-websajt tal-ICCAT. |
|
Is-sorveljanza mill-ajru |
Punt ta’ referenza flessibbli, li għandu jiġi stabbilit wara analiżi dettaljata tal-attività tas-sajd imwettqa f’kull żona, filwaqt li jitqiesu r-riżorsi disponibbli għall-użu mill-Istati Membri. |
|
Il-ħatt l-art |
Il-bastimenti kollha li jidħlu f’port magħżul bil-għan li jħottu t-tonn l-art għandhom jiġu spezzjonati; għandhom isiru verifiki aleatorji f’portijiet mhux magħżula; L-awtorità kompetenti għandha tibgħat reġistrazzjoni tal-attivitajiet tal-ħatt l-art lill-awtorità tal-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd, fi żmien 48 siegħa wara li jkun intemm il-ħatt l-art (kif previst fil-paragrafu 68 tar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT). |
|
Il-kummerċjalizzazzjoni |
Punt ta’ referenza flessibbli, li għandu jiġi stabbilit wara analiżi dettaljata tal-attività ta’ kummerċjalizzazzjoni li twettqet. |
|
Is-sajd sportiv u rikreattiv |
Punt ta’ referenza flessibbli, li għandu jiġi stabbilit wara analiżi dettaljata tal-attivitajiet tas-sajd sportiv u rikreattiv li twettqu. |
|
In-nases |
L-operazzjonijiet kollha bin-nases, inklużi t-trasferimenti u l-ħsad, għandhom ikunu spezzjonati u koperti minn osservaturi nazzjonali. |
ANNESS II
PROĊEDURI LI GĦANDHOM JIĠU SEGWITI MILL-UFFIĊJALI
1. Kompiti ta’ spezzjoni
1.1. Kompiti ġenerali ta’ spezzjoni
Għandu jitħejja rapport ta’ spezzjoni għal kull kontroll u spezzjoni, fil-format stabbilit fil-Parti 2 ta’ dan l-Anness. L-uffiċjali għandhom, fi kwalunkwe każ, jivverifikaw u jniżżlu l-informazzjoni li ġejja fir-rapport tagħhom:
(1) id-dettalji tal-identità tal-persuni responsabbli, kif ukoll dawk tal-bastiment, tal-persunal tar-razzett, eċċ. involuti fl-attivitajiet spezzjonati;
(2) l-awtorizzazzjonijiet, il-liċenzji u l-awtorizzazzjoni tas-sajd;
(3) id-dokumentazzjoni rilevanti dwar il-bastimenti, bħall-ġurnali ta’ abbord, id-dikjarazzjonijiet ta’ trasferiment u ta’ trażbord, id-dokumenti dwar il-qbid tat-tonn tal-ICCAT, iċ-ċertifikati tar-riesportazzjoni u dokumentazzjoni oħra eżaminati għall-finijiet ta’ kontroll u spezzjoni kif previst fir-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT;
(4) osservazzjoni dettaljata tad-daqsijiet ta’ tonn maqbud, magħluq b’nases, ittrasferit, ittrażbordat, li jinħatt l-art, ittrasportat, imqiegħed f’gaġeġ, imrobbi, ipproċessat jew ikkummerċjalizzat fil-kuntest tal-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-pjan ta’ rkupru. Fil-każ tat-tqegħid fil-gaġeġ, dan jinkludi l-kontroverifika bejn id-dikjarazzjoni dwar it-tqegħid fil-gaġeġ, ir-reġistrazzjonijiet bil-vidjo u r-riżultati tal-programmi tat-teħid tal-kampjuni u tal-istudji pilota.
(5) il-perċentwali tal-qabdiet inċidentali tat-tonn li jinżammu abbord il-bastimenti li ma jkunux qegħdin jistadu b’mod attiv għat-tonn.
L-informazzjoni dwar is-sejbiet rilevanti kollha mill-ispezzjoni fuq il-baħar, mis-sorveljanza mill-ajru, f’portijiet, nases, irziezet jew fi kwalunkwe impriza oħra kkonċernata għandha titniżżel fir-rapporti tal-ispezzjoni. Fil-każ ta’ spezzjoni fil-qafas tal-Iskema għal Spezzjoni Internazzjonali Konġunta tal-ICCAT, l-uffiċjal għandu jirreġistra l-ispezzjonijiet imwettqa u kwalunkwe ksur li jinduna bih fuq il-ġurnal ta’ abbord tal-bastiment.
Dawk is-sejbiet għandhom jitqabblu mal-informazzjoni li titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-uffiċjali minn awtoritajiet kompetenti oħra, inkluża informazzjoni mis-Sistema tal-Monitoraġġ tal-Bastiment (VMS), il-listi tal-bastimenti awtorizzati, ir-rapporti tal-osservaturi, ir-reġistrazzjonijiet bil-vidjo u d-dokumenti kollha relatati mal-attivitajiet tas-sajd.
1.2. Kompiti ta’ spezzjoni għas-sorveljanza mill-ajru
L-uffiċjali għandhom jirrappurtaw dwar id-dejta ta’ sorveljanza għal finijiet ta’ kontroverifika, u b’mod partikolari għandhom jivverifikaw ilmiħ ta’ bastimenti tas-sajd mal-VMS u l-listi tal-bastimenti awtorizzati.
L-uffiċjali għandhom ifittxu u jirrappurtaw dwar l-attivitajiet ta’ sajd Illegali, mhux Rapportati u mhux Regolati (IUU) u dwar l-użu ta’ inġenji tal-ajru jew ħelikopters tat-tiftix.
Għandha tingħata attenzjoni partikolari għal żoni magħluqa, għall-perjodi tal-istaġuni tas-sajd u għall-attivitajiet tal-flotot li għalihom japplikaw xi derogi.
1.3. Kompiti ta’ spezzjoni fuq il-baħar
1.3.1.
Meta jittella’ ħut mejjet abbord il-bastiment tal-qbid, inkella jkun preżenti fuq bastiment tal-ipproċessar jew tat-trasport, l-uffiċjali għandhom dejjem jivverifikaw il-kwantitajiet ta’ ħut miżmuma abbord u jqabbluhom mal-kwantitajiet irreġistrati fid-dokumentazzjoni rilevanti.
Meta jkun qed jiġi ttrasferit ħut ħaj, l-uffiċjali għandhom jaraw li jidentifikaw il-mezzi użati mill-partijiet involuti biex jistmaw il-kwantitajiet ta’ tonn ħaj ittrasferit fir-rigward tar-riżultati ta’ studji pilota. L-uffiċjali għandhom jingħataw aċċess għall-kwantitajiet ittrasferiti u jivverifikawhom, kif osservat fir-reġistrazzjoni bil-vidjo.
Se jsiru għadd ta’ spezzjonijiet “fuq il-post” ġewwa l-gaġeġ tal-irmunkar minn spetturi bugħaddasa ta’ Stati Membru li se jivverifikaw li l-għadd u l-piż stmat maqbud u ttrasferiet jikkorrispondi ma’ dawk fid-dikjarazzjoni ta’ trasferiment tal-ICCAT abbord il-bastimenti tal-irmonk. L-uffiċjali għandhom jivverifikaw sistematikament:
(1) li l-bastimenti tas-sajd huma awtorizzati joperaw (l-immarkar, l-identità, il-liċenzja, l-awtorizzazjoni tas-sajd u l-listi tal-ICCAT),
(2) il-konformità mar-rekwiżiti tad-dokumentazzjoni tal-bastiment,
(3) li l-bastimenti tas-sajd ikunu mgħammra b’Sistema tal-Monitoraġġ tal-Bastiment (VMS) li tkun operattiva u li jkunu rispettati r-rekwiżiti dwar il-komunikazzjoni VMS,
(4) li l-bastimenti tas-sajd mhumiex joperaw f’żoni magħluqa u qed jirrispettaw l-għeluq tal-istaġun tas-sajd,
(5) il-konformità mar-rekwiżiti tad-dokumentazzjoni tal-qbid,
(6) ir-rispett tal-limitazzjonijiet tal-kwoti u/jew tal-qabdiet inċidentali,
(7) Id-daqs tal-kompożizzjoni tal-qabdiet abbord li għalihom huwa applikat id-daqs minimu,
(8) il-kwantitajiet fiżiċi tal-ispeċijiet kollha abbord u l-preżentazzjoni tagħhom,
(9) l-irkaptu tas-sajd abbord,
(10) il-preżenza ta’ osservatur fejn rilevanti.
L-uffiċjali għandhom ifittxu u jirrappurtaw dwar attivitajiet ta’ sajd IUU, u dwar l-użu ta’ inġenji tal-ajru jew ħelikopters ta’ tiftix.
1.3.2.
L-uffiċjali għandhom jivverifikaw sistematikament:
(1) il-konformità mar-rekwiżiti tan-notifika minn qabel ta’ trasferiment;
(2) li l-Istat tal-bandiera jkun assenja u kkomunika lill-kaptan tal-bastiment tas-sajd, jew nassa jew razzett kif xieraq, numru ta’ awtorizzazzjoni għal kull operazzjoni ta’ trasferiment fi żmien 48 siegħa wara l-preżentazzjoni ta’ notifika minn qabel ta’ trasferiment;
(3) il-konformità mar-rekwiżiti ta’ dikjarazzjoni ta’ trasferiment tal-ICCAT;
(4) li d-dikjarazzjoni ta’ trasferiment ġiet iffirmata mill-osservatur reġjonali tal-ICCAT abbord u trażmessa lill-kaptan tal-bastiment tal-irmonk;
(5) il-konformità mar-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni bil-vidjo;
(6) kif saret l-istima tal-għadd u l-piż tat-tonn fil-waqt tal-qabda permezz ta’ studji pilota inkluż permezz tal-użu ta’ kameras sterjoskopiċi.
1.3.3.
L-uffiċjali għandhom jivverifikaw sistematikament:
(1) il-konformità mar-rekwiżiti għall-operazzjonijiet konġunti tas-sajd rigward l-informazzjoni li għandha tkun irrappurtata fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd;
(2) li l-awtorizzazzjoni għal operazzjoni konġunta tas-sajd tkun twasslet lill-bastimenti tas-sajd mill-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-bandiera bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 302/2009;
(3) il-preżenza ta’ osservatur matul l-operazzjoni konġunta tas-sajd.
1.4. Il-kompiti ta’ spezzjoni waqt il-ħatt l-art
L-uffiċjali għandhom jivverifikaw sistematikament:
(1) li l-bastimenti tas-sajd ikunu awtorizzati joperaw (il-markar, l-identità, il-liċenzja, l-awtorizzazzjoni tas-sajd u l-listi tal-ICCAT, jekk rilevanti);
(2) li n-notifika minn qabel tal-wasla għall-ħatt l-art tkun intbagħtet mill-awtoritajiet kompetenti;
(3) li l-awtorità kompetenti tkun bagħtet reġistrazzjoni tal-ħatt l-art lill-awtorità tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd, fi żmien 48 siegħa wara li jkun intemm il-ħatt l-art;
(4) li l-bastimenti tas-sajd ikunu mgħammra b’Sistema tal-Monitoraġġ tal-Bastiment (VMS) operattiva u li jkunu rispettati r-rekwiżiti dwar il-komunikazzjoni VMS;
(5) il-konformità mar-rekwiżiti tad-dokumentazzjoni tal-bastiment;
(6) il-kwantitajiet fiżiċi ta’ ħut maqbud, u l-preżentazzjoni tiegħu;
(7) il-kompożizzjoni totali tal-qabdiet abbord sabiex ikunu vverifikati r-regoli dwar il-qbid inċidentali;
(8) il-kompożizzjoni tad-daqs abbord sabiex ikunu vverifikati r-regoli dwar id-daqs minimu;
(9) l-irkaptu tas-sajd abbord;
(10) fil-każ ta’ ħatt l-art ta’ prodotti pproċessati, l-użu tal-fatturi ta’ konverżjoni tal-ICCAT biex jiġi kkalkolat il-piż sħiħ ekwivalenti tat-tonn ipproċessat;
(11) li t-tonn li jinħatt l-art mid-dgħajjes tas-sajd tal-lixka, bastimenti li jistadu bil-konz, dgħajjes bil-qasba jew għat-trejjix fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran jkun immarkat b’mod korrett minn denbu.
1.5. Il-kompiti ta’ spezzjoni waqt it-trażbord
L-uffiċjali għandhom jivverifikaw sistematikament:
(1) li l-bastimenti tas-sajd huma awtorizzati joperaw (il-markar, l-identità, il-liċenzja, l-awtorizzazzjoni tas-sajd u l-listi tal-ICCAT);
(2) li n-notifika minn qabel tal-wasla fil-port tkun intbagħtet u kien fiha l-informazzjoni korretta dwar it-trażbord;
(3) li l-bastimenti tas-sajd tat-trażbord li jixtiequ jittrażbordaw ikunu rċevew awtorizzazzjoni minn qabel mill-Istat tal-bandiera tagħhom;
(4) li l-kwantitajiet notifikati minn qabel għat-trażbord huma vverifikati;
(5) li ntbagħtet dikjarazzjoni tat-trażbord lill-Istati tal-bandiera sa mhux aktar tard minn 48 siegħa wara d-data tat-trażbord fil-port;
(6) li d-dokumentazzjoni rilevanti tkun abbord u mimlija kif suppost, fosthom id-dikjarazzjoni tat-trażbord, id-dokumenti rilevanti tal-qbid tat-tonn tal-ICCAT u ċ-ċertifikat tar-riesportazzjoni;
(7) fil-każ ta’ prodotti pproċessati, l-użu tal-fatturi ta’ konverżjoni tal-ICCAT biex jiġi kkalkolat il-piż sħiħ ekwivalenti tat-tonn ipproċessat.
1.6. Kompiti ta’ spezzjoni fuq stallazzjonijiet tal-irziezet
L-uffiċjali għandhom jivverifikaw sistematikament:
(1) li d-dokumentazzjoni rilevanti hija preżenti u mimlija u rrappurtata kif suppost (id-dokumenti tal-qbid tat-tonn u ċ-ċertifikat tar-riesportazzjoni, id-dikjarazzjoni ta’ trasferiment, id-dikjarazzjoni ta’ trażbord);
(2) li l-operazzjoni ta’ tqegħid fil-gaġeġ ġiet awtorizzata mill-bastimenti tal-qbid u/jew tan-nassa u mill-awtoritajiet tal-Istat Membru tar-razzett;
(3) li osservatur reġjonali tal-ICCAT kien preżenti matul it-tqegħid fil-gaġeġ u l-attivitajiet ta’ ħsad tat-tonn kollha, u vvalida d-dikjarazzjonijiet tat-tqegħid fil-gaġeġ;
(4) li l-attivitajiet kollha tat-trasferimenti mill-gaġeġ għar-razzett ġew immonitorati minn vidjokamera fl-ilma;
(5) li l-Istat Membru tar-razzett mhux se jaċċetta t-tqegħid fil-gaġeġ tat-tonn fejn il-kwantità bil-għadd u/jew piż hija aktar minn dik awtoritzzata biex titqiegħed fil-gaġġa mill-Istat Membru tal-bandiera;
(6) li ttieħed kampjun minn kull operazzjoni ta’ tqegħid fil-gaġeġ inkluż meta l-ħut huwa ttrasferit minn kamra ta’ nassa għat-tonn għal gaġġa tat-tismin.
Se jsiru għadd ta’ spezzjonijiet “fuq il-post” minn spetturi bugħaddasa ta’ Stati Membri fil-gaġeġ tar-razzett biex jikkonfermaw il-kwantitajiet ta’ ħut fil-gaġeġ. Dan għandu jsir minn bugħaddasa li fi Stat Membru wieħed ikunu qed jagħmlu użu wkoll minn kamera sterjoskopika.
1.7. Kompiti ta’ spezzjoni marbuta mat-trasport u l-kummerċjalizzazzjoni
L-uffiċjali għandhom jivverifikaw sistematikament:
(1) fir-rigward tat-trasport, b’mod partikolari d-dokumenti ta’ akkumpanjament rilevanti u jivverifikawhom mal-kwantitajiet fiżiċi ttrasportati;
(2) fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni, li d-dokumentazzjoni rilevanti tkun preżenti u mimlija kif suppost, inklużi d-dokumenti rilevanti tal-qbid tat-tonn u ċ-ċertifikati tar-riesportazzjoni.
2. Rapport tal-ispezzjoni
(1) Għall-ispezzjonijiet imwettqa fil-qafas tal-Iskema għal Spezzjoni Internazzjonali Konġunta tal-ICCAT, l-uffiċjali għandhom jużaw il-mudell fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness.
(2) Għall-ispezzjonijiet l-oħra, l-uffiċjali għandhom jużaw il-mudell tar-rapporti nazzjonali tagħhom mimlija skont l-Artikolu 100 u l-Anness XXVII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta’ April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd ( 6 ).
Appendiċi 1
RAPPORT TA’ SPEZZJONI TAL-ICCAT Nru …
INFRAZZJONI SERJA OSSERVATA
ANNESS III
Kontenut tal-programmi nazzjonali ta’ azzjoni ta’ kontroll kif imsemmi fl-artikolu 12
Il-programmi nazzjonali ta'; azzjoni ta'; kontroll għandhom jispeċifikaw dan li ġej:
1. MEZZI TA’ KONTROLL
1. Mezzi umani
L-għadd ta'; uffiċjali ibbażati fuq l-art u dawk li jbaħħru u l-perjodi u ż-żoni fejn dawn huma disponibbli biex jiġu mħaddma.
2. Mezzi tekniċi
L-għadd ta'; bastimenti u inġenji tal-ajru tar-ronda, u l-perjodi u ż-żoni fejn dawn huma disponibbli biex jiġu mħaddma.
3. Mezzi finanzjarji
L-allokazzjoni baġitarja għall-użu tar-riżorsi umani u tal-bastimenti u l-inġenji tal-ajru tar-ronda.
2. NOMINA TA’ PORTIJIET
Il-lista tal-portijiet deżinjati u l-ħinijiet deżinjati meħtieġa taħt ir-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT.
3. PJANIJIET ANNWALI TAS-SAJD
Id-dettalji ta'; kwalunkwe sistema stabbilita għall-allokazzjoni tal-kwoti, il-monitoraġġ u l-kontroll tal-pjan tas-sajd.
4. PROTOKOLLI TA’ SPEZZJONI
Protokolli dettaljati li jispjegaw il-metodoloġija għall-attivitajiet kollha ta'; spezzjoni.
Il-protokolli għandhom iqisu r-rekwiżiti kif stipulati fl-Artikolu 12 ta'; din id-Deċiżjoni.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-punti li ġejjin ikunu inklużi fl-attivitajiet tagħhom ta'; spezzjoni:
1. Il-qabdiet:
(a) Il-kwantità (l-istima tal-bijomassa) u l-għadd preċiż ta'; kampjuni, –
(b) Il-verifika li l-kwantitajiet tal-qabda jirrispettaw l-allokazzjoni tal-kwoti,
(c) Il-verifika tar-rekwiżiti tad-daqs minimu, b’tolleranza ta'; % fin-numri.
2. It-trasferiment:
(a) L-awtorizzazzjoni minn qabel għal trasferimenti f’gaġġa tal-irmunkar u gaġeġ tal-irziezet,
(b) Il-kwantità eżatta u l-għadd ta'; ħut trasferit f’gaġġa tal-irmunkar,
(c) Il-mortalità waqt l-operazzjoni tal-irmunkar u d-destinazzjoni tal-ħut mejjet.
3. Ir-razzett:
(a) Il-konferma tal-leġittimità tal-qabda kif ukoll awtorizzazzjoni minn qabel mill-Istat Membru tal-bandiera,
(b) IL-kwantità eżatta u l-għadd ta'; ħut trasferit fil-gaġeġ għat-tismin,
(c) Il-programm tat-teħid ta'; kampjuni/tat-tikkettar biex jiġi stmat l-akkwist fil-piż.
4. Il-ħsad u l-esportazzjoni:
(a) Il-kwantità eżatta u l-għadd ta'; ħut li nħasad,
(b) Il-kopertura mill-Programm għal Osservatur Reġjonali tal-ICCAT,
(c) Il-kwantità eżatta skont it-tip tal-prodott (li tindika b’mod ċar il-fatturi ta'; konverżjoni).
5. LINJI GWIDA
Linji gwida ta'; spjega għall-uffiċjali, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u s-sajjieda.
6. PROTOKOLLI TA’ KOMUNIKAZZJONI
Protokolli ta'; komunikazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti magħżula minn Stati Membri oħra bħala li huma responsabbli għall-programm ta'; kontroll u spezzjoni speċifiku għat-tonn.
ANNESS IV
Qagħda ta’ kull xahar tal-programm nazzjonali ta’ azzjoni ta’ Kontroll tat-Tonn
|
Rappurtar minn: |
|||||||||||
|
Stat Membru |
Xahar |
Sena |
|||||||||
TAQSIMA A
Sommarju tal-ispezzjonijiet
|
Bastimenti tas-sajd bil-purse seine |
Bastimenti tas-sajd bil-konz |
Dgħajjes bil-lixka |
Bastimenti tas-sajd bit-tkarkir |
Bastimenti tal-irmunkar |
Bastimenti oħrajn |
Nassa |
Razzett |
Operaturi oħrajn |
|||
|
Jannar |
Spezzjonijiet (total skont l-irkaptu) |
||||||||||
|
fuq il-baħar |
|||||||||||
|
fuq l-art |
|||||||||||
|
ksur (total skont l-irkaptu) |
|||||||||||
|
Frar |
Spezzjonijiet (total skont l-irkaptu) |
||||||||||
|
fuq il-baħar |
|||||||||||
|
fuq l-art |
|||||||||||
|
ksur (total skont l-irkaptu) |
|||||||||||
|
Marzu |
Spezzjonijiet (total skont l-irkaptu) |
||||||||||
|
fuq il-baħar |
|||||||||||
|
fuq l-art |
|||||||||||
|
ksur (total skont l-irkaptu) |
|||||||||||
|
April |
Spezzjonijiet (total skont l-irkaptu) |
||||||||||
|
fuq il-baħar |
|||||||||||
|
fuq l-art |
|||||||||||
|
ksur (total skont l-irkaptu) |
|||||||||||
|
Mejju |
Spezzjonijiet (total skont l-irkaptu) |
||||||||||
|
fuq il-baħar |
|||||||||||
|
fuq l-art |
|||||||||||
|
ksur (total skont l-irkaptu) |
|||||||||||
|
Ġunju |
Spezzjonijiet (total skont l-irkaptu) |
||||||||||
|
fuq il-baħar |
|||||||||||
|
fuq l-art |
|||||||||||
|
ksur (total skont l-irkaptu) |
|||||||||||
|
Lulju |
Spezzjonijiet (total skont l-irkaptu) |
||||||||||
|
fuq il-baħar |
|||||||||||
|
fuq l-art |
|||||||||||
|
ksur (total skont l-irkaptu) |
|||||||||||
|
Awwissu |
Spezzjonijiet (total skont l-irkaptu) |
||||||||||
|
fuq il-baħar |
|||||||||||
|
fuq l-art |
|||||||||||
|
ksur (total għall-irkaptu) |
|||||||||||
|
Settembru |
Spezzjonijiet (total skont l-irkaptu) |
||||||||||
|
fuq il-baħar |
|||||||||||
|
fuq l-art |
|||||||||||
|
ksur (total skont l-irkaptu) |
|||||||||||
|
Ottubru |
Spezzjonijiet (total skont l-irkaptu) |
||||||||||
|
fuq il-baħar |
|||||||||||
|
fuq l-art |
|||||||||||
|
ksur (total skont l-irkaptu) |
|||||||||||
|
Novembru |
Spezzjonijiet (total skont l-irkaptu) |
||||||||||
|
fuq il-baħar |
|||||||||||
|
fuq l-art |
|||||||||||
|
ksur (total skont l-irkaptu) |
|||||||||||
|
Diċembru |
Spezzjonijiet (total skont l-irkaptu) |
||||||||||
|
fuq il-baħar |
|||||||||||
|
fuq l-art |
|||||||||||
|
ksur (total skont l-irkaptu) |
|||||||||||
|
OSSERVAZZJONIJIET |
|||||||||||
TAQSIMA B
Deskrizzjoni tal-ksur
|
Data |
Tip ta’ kontroll |
Żona |
Nru tar-rapport tal-ispezzjoni |
Bandiera |
Nru tal-ICCAT (jew CFR) |
Isem |
Rkaptu |
PNC u SV |
Deskrizzjoni |
Azzjoni meħuda? IVA/LE |
Deskrizzjoni tal-azzjoni |
Stat preżenti |
Tul mistenni tal-investigazzjoni |
Ġustifikazzjoni għan-nuqqas ta’ teħid ta’ azzjoni |
Kummenti |
|
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
(5) |
(6) |
(7) |
(8) |
(9) |
(10) |
(11) |
(12) |
(13) |
(14) |
(15) |
(16) |
SPJEGAZZJONI (għat-Taqsima B)
|
Nru |
qasam |
deskrizzjoni |
|
1 |
DATA |
Data li fiha saret l-ispezzjoni |
|
2 |
TIP TA’ KONTROLL |
S-baħar P-port F-razzett T-nassa O-oħrajn |
|
3 |
ŻONA |
Għal “S” indika l-koordinati. Għal “P, F, T jew O” indika ż-żona jew l-isem tal-port. |
|
4 |
NRU TAR-RAPPORT TAL-ISPEZZJONI |
Numru tar-rapport tal-ispezzjoni tal-ICCAT (jew nazzjonali) |
|
5 |
BANDIERA |
Bandiera tal-bastiment/operatur spezzjonat |
|
6 |
NRU tal-ICCAT (jew CFR) |
Numru tal-ICCAT jew numru tar-Reġistrazzjoni tal-Flotta tal-Unjoni tal-bastiment/operatur spezzjonat |
|
7 |
ISEM |
L-isem tal-bastiment/operatur spezzjonat |
|
8 |
RKAPTU |
Rkaptu prinċipali użat mill-bastiment/operatur fil-mument tal-ispezzjoni |
|
9 |
PNC u SV |
Possibbiltà ta’ Nuqqas ta’ Konformità (PNC) u Ksur Serju (SV) indika r-referenza legali (il-leġiżlazzjoni tal-UE u/jew ir-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT) |
|
10 |
DESKRIZZJONI |
Deskrizzjoni ta’ possibbiltà ta’ nuqqas ta’ konformità u/jew ta’ ksur serju |
|
11 |
AZZJONI MEĦUDA? IVA/LE |
Jekk IVA imla l-kaxxi 12-17, jekk LE, għaddi għan-numru 16 |
|
12 |
DESKRIZZJONI TAL-AZZJONI |
(multa/penali/sekwestru/…) |
|
13 |
STAT PREŻENTI |
Pendenti/magħluq/qed jiġi investigat/eċċ |
|
14 |
TUL MISTENNI TAL-INVESTIGAZZJONI |
Tul mistenni tal-investigazzjoni u/jew tal-proċess |
|
15 |
ĠUSTIFIKAZZJONI GĦAN-NUQQAS TA’ TEĦID TA’ AZZJONI |
Ġustifikazzjoni sħiħa fil-każ li ma tkun ittieħdet l-ebda azzjoni |
|
16 |
KUMMENTI |
Kummenti ġenerali |
( 1 ) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
( 2 ) ĠU L 340, 22.12.2007, p. 8.
( 3 ) ĠU L 96, 15.4.2009, p. 1.
( 4 ) ĠU L 80, 26.3.2009, p. 18.
( 5 ) ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1.
( 6 ) ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1.