|
10.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 319/5 |
DEĊIŻJONI (UE) 2021/1462 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
tat-8 ta’ Settembru 2021
li taħtar Imħallef tal-Qorti Ġenerali
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-mandati ta’ tlieta u għoxrin Imħallef tal-Qorti Ġenerali skadew fil-31 ta’ Awwissu 2019. |
|
(2) |
F’dan il-kuntest, is-Sur Pēteris ZILGALVIS ġie propost għall-kariga ta’ Mħallef tal-Qorti Ġenerali. |
|
(3) |
Il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni favorevoli dwar l-idoneità ta’ dan il-kandidat għall-qadi tal-funzjonijiet ta’ Mħallef tal-Qorti Ġenerali. |
|
(4) |
Jenħtieġ għalhekk li jinħatar is-Sur Pēteris ZILGALVIS għall-perijodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni sal-31 ta’ Awwissu 2025, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Pēteris ZILGALVIS huwa b’dan maħtur Imħallef tal-Qorti Ġenerali għall-perijodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni sal-31 ta’ Awwissu 2025.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Settembru 2021.
Il-President
I. JARC