European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/5907

4.11.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12121 – NEWPRINCES / CARREFOUR ITALIA)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/5907)

1.   

Fl-24 ta’ Ottubru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

NewPrinces S.p.A. (“NewPrinces”, l-Italja), ikkontrollata minn Newlat Group S.A., (l-Iżvizzera),

—

Carrefour Italia S.p.A. (“Carrefour Italia”, l-Italja), ikkontrollata minn Carrefour S.A., (Franza).

NewPrinces se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Carrefour Italia kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

NewPrinces hija attiva fil-produzzjoni u l-provvista ta’ prodotti tal-ikel, inklużi prodotti tal-ħalib, għaġin niexef, żjut tal-ikel, oġġetti tal-forn, u ikel tat-trabi, distribwiti kemm taħt ditti proprjetarji kif ukoll taħt marki ta’ partijiet terzi, kif ukoll tikketti privati.

—

Carrefour Italia topera fil-pajjiż kollu fid-distribuzzjoni bl-imnut fuq skala kbira ta’ oġġetti tal-konsum ta’ kuljum, billi tmexxi (direttament jew skont ftehimiet ta’ franchising) network ta’ hypermarkets, supermarkets u ħwienet ta’ konvenjenza, kif ukoll fil-bejgħ cash & carry ta’ oġġetti tal-konsum ta’ kuljum. Toffri wkoll prodotti permezz tal-kanal online.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12121 — NEWPRINCES / CARREFOUR ITALIA

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5907/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)