|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/1012 |
27.3.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/1012
tal-25 ta’ Marzu 2024
dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar l-aċċess għall-bastimenti tas-sajd tas-Seychelles għall-ilmijiet ta’ Mayotte
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), u l-Artikolu 218(7) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/658 (1), il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar l-aċċess għall-bastimenti tas-sajd tas-Seychelles għall-ilmijiet ta’ Mayotte (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fl-10 ta’ Marzu 2023, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard. |
|
(2) |
Il-Ftehim ġie applikat fuq bażi provviżorja mid-data tal-iffirmar tiegħu. |
|
(3) |
L-objettiv tal-Ftehim il-ġdid huwa li jippermetti lill-Unjoni u lis-Seychelles isaħħu aktar is-sħubija strateġika tagħhom u li jallinja l-kondizzjonijiet tekniċi u finanzjarji tal-Ftehim mal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles (2) u mal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu ffirmat fl-2020, kif ukoll li jikkontribwixxi għas-sajd responsabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u li jiżviluppa l-politika tas-sajd f’Mayotte. |
|
(4) |
Il-Ftehim jenħtieġ li jiġi approvat. |
|
(5) |
L-Artikolu 8 tal-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt inkarigat mill-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-Ftehim. Barra minn hekk, skont il-Ftehim, il-Kumitat Konġunt jista’ japprova ċerti emendi fih. Jenħtieġ li jkun il-Kunsill li jistabbilixxi l-pożizzjoni tal-Unjoni dwar l-emendi proposti fil-Ftehim. Jenħtieġ li tkun il-Kummissjoni li f’isem l-Unjoni tapprova l-emendi proposti, dment li, f’konformità mal-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, ma jkunx hemm għadd ta’ Stati Membri li jikkostitwixxu minoranza li timblokka, li joġġezzjonaw għalihom. |
|
(6) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u bagħat opinjoni fit-12 ta’ Diċembru 2022, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar l-aċċess għall-bastimenti tas-sajd tas-Seychelles għall-ilmijiet ta’ Mayotte (“il-Ftehim”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika pprovduta fl-Artikolu 20 tal-Ftehim.
Artikolu 3
F’konformità mal-proċedura stipulati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni hija b’dan awtorizzata li, f’isem l-Unjoni, tapprova l-emendi għall-Ftehim adottati mill-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 8 tal-Ftehim.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
A. MARON
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/658 tat-23 ta’ Jannar 2023 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar l-aċċess għall-bastimenti tas-sajd tas-Seychelles għall-ilmijiet ta’ Mayotte (ĠU L 83, 22.3.2023, p. 7).
(3) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
ANNESS
PROĊEDURA GĦALL-APPROVAZZJONI TAL-EMENDI FIL-FTEHIM LI GĦANDHOM JIĠU ADOTTATI MILL-KUMITAT KONĠUNT
Meta f’konformità mal-Artikoli 8 u 9 tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar l-aċċess għal bastimenti tas-sajd tas-Seychelles għall-ilmijiet ta’ Mayotte, il-Kumitat Konġunt jintalab jadotta emendi fil-Ftehim, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata sabiex tapprova l-emendi proposti f’isem l-Unjoni bil-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-approvazzjoni f’isem l-Unjoni:
|
|
(2) |
Qabel ma tapprova l-emendi proposti f’isem l-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tissottomettihom lill-Kunsill fi żmien biżżejjed qabel il-laqgħa rilevanti tal-Kumitat Konġunt. |
|
(3) |
Il-konformità tal-emendi proposti mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (1) ta’ dan l-Anness għandha tiġi vvalutata mill-Kunsill. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni għandha tapprova l-emendi proposti f’isem l-Unjoni, sakemm ma jkunx hemm numru ta’ Stati Membri li jikkostitwixxu minoranza li timblokka fil-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li joġġezzjonaw għal dawk l-emendi. Madankollu, jekk ikun hemm tali minoranza li timblokka, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta l-emendi proposti f’isem l-Unjoni. |
|
(5) |
Jekk, matul il-laqgħat sussegwenti tal-Kumitat Konġunt, inkluż laqgħat fuq il-post, ikun impossibbli li jintlaħaq ftehim dwar l-emendi proposti, il-kwistjoni għandha terġa’ tintbagħat lill-Kunsill, f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-punti (2), (3) u (4), sabiex il-pożizzjoni tal-Unjoni tkun tista’ tqis elementi ġodda. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni mistiedna sabiex, fi żmien xieraq, tieħu kwalunkwe pass meħtieġ sabiex issegwi d-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt rigward l-emendi proposti, inkluż, fejn xieraq, il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni rilevanti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-preżentazzjoni ta’ kwalunkwe proposta meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni. |
|
(7) |
Fir-rigward ta’ kwistjonijiet oħrajn li ma jirrigwardawx emendi fil-Ftehim f’konformità mal-Artikoli 8 u 9 tiegħu, il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt għandha tiġi ddeterminata f’konformità mat-Trattati u mal-prattiki ta’ ħidma stabbiliti. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1012/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)