Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0922 - 0922
C. IL-KWALITÀ TA' L-ILMA 1. 31984 L 0156: Id-Direttiva tal-Kunsill 84/156/KEE tat- 8 ta' Marzu 1984 dwar il-valuri ta' limitu u objettivi ta' kwalità għall-iskariku tal-merkurju minn setturi li mhumiex dawk ta' l-industrija ta' l-elettrolisi tal-kloro-alkali (ĠU L 74, 17.3.1984, p. 49), kif l-aħħar emendata bi: - 31991 L 0692: Id-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE tat- 23.12.1991 (ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48). B'deroga mill-Artikolu 3 u mill-Anness I tad-Direttiva 84/156/KEE, il-valur ta' limitu ta' l-iskargar ta' merkurju u ta' benzopyrene fl-ilmijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 76/464/KEE [8] dwar it-tniġġis kaġunat bl-iskargar ta' ċerti sustanzi perikolużi fl-ambjent ta' l-ilma tal-Komunità, ma għandux japplilka sal- 31 ta' Diċembru 2006 fir-rigward ta' Novácke chemické závody, a.s. f'Nováky, fis-Slovakkja. 2. 31986 L 0280: Id-Direttiva tal-Kunsill 86/280/KEE tat- 12 ta' Ġunju 1986 dwar il-valur ta' limitu u objettivi ta' kwalità għall-iskariku ta' ċerti sustanzi perikolużi inklużi fil-Lista I ta' l-Anness tad-Direttiva 76/464/KEE (ĠU L 181, 4.7.1986, p.16), kif l-aħħar emendata bi: - 31991 L 0692: Id-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE tat- 23.12.1991 (ĠU L 377, 31.12.91, p. 48). B'deroga mill-Artikolu 3 u mill-Anness II tad-Direttiva 86/280/KEE, il-valur ta' limitu ta' l-iskargar ta' tetracloroetilene, ta' tricloroetilene u ta' tetraclorometano fl-ilmijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 76/464/KEE [9] dwar it-tniġġis kaġunat bl-iskargar ta' ċerti sustanzi perikolużi fl-ambjent ta' l-ilma tal-Komunità, ma għandux japplika sal- 31 ta' Diċembru 2006 fir-rigward ta' Duslo, a.s. f'Šal'a fis-Slovakkja. 3. 31991 L 0271: Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal- 21 ta' Mejju 1991 dwar it-trattament ta' l-ilma urban mormi (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40), kif emendata bi: - 31998 L 0015: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/15/KE tas- 27.2.1998 (ĠU L 67, 7.3.1998, p. 29). B'deroga mill-Artikoli 3, 4 u 5(2) tad-Direttiva 91/271/KEE, il-ħtiġijiet għal sistemi ta' ġbir u trattament ta' l-ilma urban mormi ma għandhomx japplikaw fl-intier tagħhom fis-Slovakkja sal- 31 ta' Diċembru 2015 skond il-miri intermedji li ġejjin: - sal- 31 ta' Diċembru 2004, għandha tintlaħaq konformità mad-Direttiva għal 83 % tat-tagħbija bijodegradabbli totali; - sal- 31 ta' Diċembru 2008, għandha tintlaħaq konformità mad-Direttiva għal 91 % tat-tagħbija bijodegradabbli totali; - sal- 31 ta' Diċembru 2010, għandha tintlaħaq konformità mad-Direttiva għal agglomerazzjonijiet ta' popolazzjoni b'ekwivalenza ta' aktar minn 10000; - sal- 31 ta' Diċembru 2012, għandha tintlaħaq konformità mad-Direttiva għal 97 % tat-tagħbija bijodegradabbli totali. [8] ĠU L 129, 18.5.1976, p. 23. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/60/KE (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1). [9] ĠU L 129, 18.5.1976, p. 23. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/60/KE (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1). --------------------------------------------------