31979L0641



Official Journal L 183 , 19/07/1979 P. 0013 - 0016
Greek special edition: Chapter 03 Volume 25 P. 0230
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 16 P. 0163
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 16 P. 0163
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 11 P. 0032
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 11 P. 0032


Id-Direttiva tal-Kummissjoni

tas-27 ta' Ġunju 1979

li temenda d-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 69/208/KEE u 70/458/KEE dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf, iż-żerriegħa taċ-ċereali u ż-żerriegħa taż-żejt u tal-pjanti tal-fibri u ż-żerriegħa tal-ħxejjex

(79/641/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 78/1020/KEE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 21a tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa taċ-ċereali [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 78/1020/KEE, u b'mod partikolari l-Artikolu 2 (1a) u 21a tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 69/208/KEE tat-30 ta' Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa taż-żejt u tal-pjanti tal-fibri [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 78/1020/KEE, u b'mod partikolari l-Artikoli 2 (1a) u 40 (a) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/458/KEE tad-29 ta' Settembru 1970 dwar it-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa tal-ħxejjex [5], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 78/692/KEE [6], u b'mod partikolari l-Artikoli 2 (1a) u 40a tagħha,

Billi, fid-dawl ta' l-iżvilupp ta' l-għerf xjentifiku, numru ta' ismijiet botaniċi użati fid-Direttivi dwar it-tqegħid fis-suq taż-żrieragħ intwerew li ma kienux korretti jew ta' awtentiċità dubjuża;

Billi dawk l-ismijiet għandhom jiġu allineati ma' dawk normalment aċċettati internazzjonalment;

Billi d-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 69/208/KEE u 70/458/KEE dwar it-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf, taż-żerriegħa taċ-ċereali u taż-żerriegħa taż-żejt u tal-pjanti tal-fibri u taż-żerriegħa tal-ħxejjex għandhom għalhekk jiġu emendati;

Billi ċerti disposizzjonijiet tad-Direttivi msemmija hawn fuq u tad-Direttiva tal-Kunsill 70/457/KEE tad-29 ta' Settembru 1970 dwar il-katalogu komuni ta' l-ispeċi tal-varjetajiet ta'l-pjanti agrikoli [7], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 78/55/KEE [8], jużaw il-kunċett ta' l-ispeċi, b'hekk jistabbilixxu l-iskop ta' dawn id-disposizzjonijiet; billi il-bidliet tan-nomenklatura magħmula b'din id-Direttiva m'għandhomx jaffettwaw l-interpretazzjoni ta' dawk id-disposizzjonijiet;

Billi l-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal tal-Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikoltura u l-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE dwar it-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa għall-pjanti ta' l-għalf hija b'dan emendata kif ġej:

1. Fl-Artikolu 2 (1) (A) (a) l-ismijiet ta' l-ispeċi li ġejjin:

Agrostis canina L. ssp. canina Hwd. — Velvet bent grass,

Arrhenatherum elatius (L.) J. et C. Presl. — Tall oat grass,

Phleum bertolinii DC — Timothy,

Trisetum flavescens (L.) Pal. Beauv. — Golden oat grass,

għandhom jiġu mibdula b'dan li ġej:

Agrostis canina L. — Ħaxix iebes bellusi,

Arrhenatherum elatius (L.) Beauv. ex J. et K. Presl. — Ħaxix twil tal-ħafur,

Phleum bertolonii DC — Timothy (Timotju),

Trisetum flavescens (L.) Beauv. — Ħaxix dehbi tal-ħafur.

2. Fl-Artikolu 2 (1) (A) (b) l-ismijiet ta' l-ispeċi li ġejjin:

Medicago varia Martyn — Lucerne,

Onobrychis sativa Lam. — Sainfoin,

Pisum arvense L. — piżelli ħadra,

Trigonella foenumgraecum L. — Fenugreek,

għandhom jiġu mibdula b'dan li ġej:

Medicago x varia Martyn — Lucerne,

Onobrychis viciifolia Scop. — Sainfoin,

Pisum sativum L. (partim) — piżelli ħadra,

Trigonella foenum-graecum L. — Fenugreek.

3. Fl-Artikolu 2 (1) (A) (b) l-ismijiet ta' l-ispeċi li ġejjin:

Vicia faba L. ssp. faba var. equina Pers. — favetta,

Vicia faba L. var. minor (Peterm.) Bagħlija — favetta,

għandhom jiġu mibdula b'dan li ġej:

Vicia faba L. (partim) — Favetta.

4. Fl-Artikolu 3 (1) l-ismijiet ta' l-ispeċi li ġejjin:

Medicago varia Martyn,

Pisum arvense L.,

għandhom jiġu mibdula b'dan li ġej:

Medicago x varia Martyn,

Pisum sativum L.

5. Fl-Anness I (2), fl-Anness I (4), fl-Anness II (I) (1) u fl-Anness II (II) (1) l-isem ta' l-ispeċi li ġejjin:

Pisum arvense,

għandu jiġi mibdula b'dan li ġej:

Pisum sativum.

6. Fl-Anness II (1) (2) (A), fl-Anness II (II) (2) (A), u fl-Anness III l-ismijiet ta' l-ispeċi li ġejjin:

Agrostis canina ssp. canina,

Medicago varia,

Onobrychis sativa,

Pisum arvense,

għandhom jiġi mibdula b'dan li ġej:

Agrostis canina,

Medicago x varia,

Onobrychis viciifolia,

Pisum sativum.

7. Fl-Anness II (1) (2) (A), fl-Anness II (II) (2) (A), u fl-Anness III l-ismijiet ta' l-ispeċi li ġejjin:

Vicia faba ssp. var. equina,

Vicia faba var. minor,

għandhom jiġu mibdula b'dan li ġej:

Vicia faba.

8. Fl-Anness II (1) (2) (B) (e) l-ismijiet ta' l-ispeċi li ġejjin:

Pisum arvense,

Vicia faba spp.,

għandhom jiġu mibdula b'dan li ġej:

Pisum sativum,

Vicia faba.

Artikolu 2

Id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE dwar it-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa taċ-ċereali hija b'dan emendata kif ġej:

1. Fl-Artikolu 2 (1) (A) (b) l-ismijiet ta' l-ispeċi li ġejjin:

Hordeum distichum L. — xgħir ta' żewġ fillieri,

Hordeum polystichum L. — xgħir ta' sitt fillieri,

għandhom jiġu mibdula b'dan li ġej:

Hordeum vulgare L. — Xgħir.

2. Fl-Artikolu 2 (1) (A) l-ismijiet ta' l-ispeċi li ġejjin:

Triticum aestivum L. — Qamħ komuni,

Triticum durum L. — Qamħ durum,

għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

Triticum aestivum L. emend. Fiori et Paol. — Qamħ,

Triticum durum Desf. — Qamħ durum.

3. Fl-Anness I (5) (B) (a), fl-Anness II (I) (A), fl-Anness II (1) (A) u fl-Anness III l-ismijiet ta' l-ispeċi li ġejjin:

Hordeum distichum,

Hordeum polystichum,

għandhom jiġu mibdula b'dan li ġej:

Hordeum vulgare.

Artikolu 3

Id-Direttiva tal-Kunsill 69/208/KEE dwar it-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa taż-żejt u tal-pjanti tal-fibri hija b'dan emendata kif ġej:

1. L-ismijiet li ġejjin għandhom jiġu sostitwiti għall-ismijiet elenkati fl-Artikolu 2 (1) (A):

Arachis hypogaea L. — Karawett,

Brassica juncea (L.) Czern. et Coss. in Czern. — Mustarda kannella,

Brassica napus L. ssp. oleifera (Metzg.) Sinsk. — Rapa Svediża,

Brassica nigra (L.) W. Koch — Mustarda sewda,

Brassica rapa L. (partim) — Rapa tan-nevew,

Cannabis sativa L. — Qanneb,

Carum carvi L. — Ħlewwa,

Glycine max (L.) Merr. — Fażola tas-sojja,

Gossypium spp. — Qoton,

Helianthus annuus L. — Ġirasol,

Linum usitatissimum L. — Qanneb, kittien,

Papaver somniferum L. — Peprin tal-loppju,

Sinapis alba L. — Mustarda bajda.

2. Fl-Artikolu 3 (1) l-isem ta' l-ispeċje Brassica campestris L. ssp. oleifera (Metzg.) Sinsk. għandu jitħassar.

L-isem Brassica rapa L. (partim) għandu jiddaħħal wara l-isem Brassica napus L. ssp. oleifera (Metzg.) Sinsk.

3. Fl-Anness I (2) l-isem ta' l-ispeċi Brassica napus oleifera għandu jiġi mibdul bi Brassica napus ssp. oleifera.

4. Fl-Anness II (1) (3) (A) l-isem ta' l-ispeċje Brassica campestris L. ssp. oleifera għandu jitħassar

L-isem Brassica rapa għandu jiddaħħal wara l-isem Brassica napus ssp. oleifera.

5. Fl-Anness III l-isem ta' l-ispeċi Brassica campestris spp. oleifera għandu jiġi mibdul bi Brassica rapa.

Artikolu 4

Id-Direttiva tal-Kunsill 70/458/KEE dwar it-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa tal-ħxejjex hija b'dan emendata kif ġej:

1. Fl-Artikolu 2 (1) (A) l-ismijiet ta' l-ispeċi li ġejjin:

Citrullus vulgaris L. — Dulliegħ,

Daucus carota L. ssp. sativus (Hoffm.) Hayek — Zfunnarija,

Petroselinum hortense Hoffm. — Tursin,

Pisum sativum L. (excl. P. arvense L.) — Piżelli,

Valerianella locusta (L.) Betcke (V. olitoria Polt.) — Ħass ta' l-inslata tal-qamħ jew tal-ħaruf,

Vicia faba major L. — Ful kbir,

għandhom jiġu mibdula b'dan li ġej:

Citrullus lanatus (Thunb.) Matsum. et Nakai — Dulliegħ,

Daucus carota L. — Zfunnarija,

Petroselinum crispum (Mill.) Nym. ex A. W. Hill — Tursin,

Pisum sativum L. (partim) — Piżelli, exjkluża l-piżelli ħadra,

Valerianella locusta (L.) Laterr. — Ħass ta' l-inslata tal-qamħ jew tal-ħaruf,

Vicia faba L. (partim) — Ful kbir.

2. Fl-Artikolu 2 (1) (a) l-isem ta' l-ispeċje Solanum lycopersicum L. (Lycopersicum esculentum Mill.) — Tomato — għandu jitħassar.

L-isem Lycopersicon lycopersicum (L.) Karst. ex Farwell — Tadam — għandu jiddaħħal wara l-isem Lactuca sativa L. — Ħass.

3. Fl-ANNESS II (3) (a) u l-Anness III (2) l-ismijiet ta' l-ispeċi:

Citrullus vulgaris,

Petroselinum hortense,

Solanum lycopersicum,

għandhom jiġu mibdula b'dan li ġej:

Citrullus lanatus,

Petroselinum crispum,

Lycopersicon lycopersicum.

Artikolu 5

Din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet tad-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 69/208/KEE, u 70/458/KEE jew id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 70/457/KEE.

Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolament u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 1980. Għandhom javżaw minnufih b'dan lill-Kummissjoni.

Artikolu 7

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, 27 ta' Ġunju 1979.

Għall-Kummissjoni

Finn Gundelach

Viċi-President

[1] ĠU 125, tal- 11.7.1966, pġ. 2298/66.

[2] ĠU L 350, ta’ l-14.12.1978, pġ. 27.

[3] ĠU 125, tal- 11.7.1966, pġ. 2309/66.

[4] ĠU L 169, ta’ l-10.7.1969, pġ. 3.

[5] ĠU L 225, tat-12.10.1970, pġ. 7.

[6] ĠU L 236, tas-26.8.1978, pġ. 13.

[7] ĠU L 225, tat-12.10.1970, pġ. 1.

[8] ĠU L 16, ta’ l-20.1.1978, pġ. 23.

--------------------------------------------------