<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑376/14 PPU</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CJ0376</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2268">EU:C:2014:2268</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAD-<DATE ISO="20141009">9.10.2014</DATE> — KAWŻA C‑376/14</P><P>C</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20141009">9 ta’ Ottubru 2014</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 2201/2003</KEYWORD><KEYWORD>Żamma illegali</KEYWORD><KEYWORD>Residenza abitwali tal-minuri</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑376/14 PPU,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20140731">31 ta’ Lulju 2014</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20140807">7 ta’ Awwissu 2014</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">C</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">M,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn M. Ilešič, President tal-Awla, A. Ó Caoimh, C. Toader, E. Jarašiūnas (Relatur) u C. G. Fernlund, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: L. Hewlett, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat it-talba tal-qorti tar-rinviju tal-<DATE ISO="20140731">31 ta’ Lulju 2014</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20140807">7 ta’ Awwissu 2014</DATE>, li r-rinviju għal deċiżjoni preliminari jiġi suġġett għal proċedura b’urġenza, skont l-Artikolu 107 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,</VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20140814">14 ta’ Awwissu 2014</DATE> tat-Tielet Awla li tilqa’ din it-talba,</VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20140922">22 ta’ Settembru 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal C, minn C. Walsh, solicitor, R. Costello, BL, u D. Brown, SC,</P></ITEM><ITEM><P>għal M, minn C. Fitzgerald, SC, u K. Kelly, BL,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn F. Gloaguen u F.‑X. Bréchot, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Flynn u M. Wilderspin, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID><CONSID><P>wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali,</P></CONSID></GR.CONSID><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-<DATE ISO="20031127">27 ta’ Novembru 2003</DATE>, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Regolament<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn C u M dwar ir-ritorn fi Franza tal-wild minuri tagħhom li jinsab fl-Irlanda ma’ ommu.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1980</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar l-aspetti ċivili tal-ħtif internazzjonali ta’ minuri, konkluża fil-<DATE ISO="19801025">25 ta’ Ottubru 1980</DATE> f’Den Haag (<HT TYPE="ITALIC">Ġabra tat-Trattati tan-Nazzjonijiet Uniti</HT>, Vol. 1343, Nru 22514, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1980<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>L-għan ta’ din il-Konvenzjoni huwa:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>li jiġi żgurat ir-ritorn immedjat ta’ minuri mneħħija jew miżmuma illegalment f’xi Stat Kontraenti;</TXT><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmija konvenzjoni jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>It-tneħħija jew iż-żamma ta’ minuri għandhom jitqiesu li huma illegali meta:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>iseħħu bi ksur ta’ dritt ta’ kustodja, vestit f’persuna, istituzzjoni jew organu ieħor, individwalment jew b’mod konġunt, mid-dritt tal-Istat fejn il-minuri kellu r-residenza abitwali tiegħu immedjatament qabel it-tneħħija jew iż-żamma tiegħu; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>dan id-dritt kien eżerċitat effettivament individwalment jew b’mod konġunt, fil-mument tat-tneħħija jew taż-żamma, jew kien ikun hekk eżerċitat li kieku ma seħħewx dawn l-avvenimenti.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Id-dritt ta’ kustodja msemmi fil-punt a) jista’ jirriżulta b’mod partikolari mill-operat tal-liġi jew bis-saħħa ta’ deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva, jew bis-saħħa ta’ ftehim li jkollu effett legali skont il-liġi ta’ dan l-Istat.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 tal-istess konvenzjoni jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Meta minuri jkun tneħħa jew inżamm b’mod illegali fis-sens tal-Artikolu 3 u meta jkun għadda perijodu ta’ inqas minn sena mit-tneħħija jew miż-żamma fil-mument li titressaq it-talba quddiem l-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva tal-Istat Kontraenti fejn ikun jinsab il-minuri, l-awtorità li quddiemha titressaq din it-talba għandha tordna r-ritorn immedjat tiegħu.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 19 tal-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1980 jaqra kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Deċiżjoni dwar ir-ritorn tal-minuri mogħtija fil-kuntest tal-Konvenzjoni ma taffettwax il-mertu tad-dritt ta’ kustodja.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-premessa 12 tar-Regolament tiddikjara:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Ir-raġunijiet ta’ l-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ responsabbilità ta’ l-ġenituri stabbiliti fir-Regolament preżenti huma fformati fi ħdan l-aqwa interessi għall-minuri, u partikolarment dwar il-kriterju ta’ l-qrubija. [...]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>il-kliem <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>responsabbilità ta’ l-ġenituri<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> għandhom ifissru d-drittijiet u r-responsabbilitajiet kollha dwar il-persuna jew il-proprjetà ta’ l-minuri li huma moghtija lil persuna jew persuna legali b’sentenza, bl-operazzjoni ta’ l-liġi jew b’xi fteħim li għandu effetti legali. Il-kliem se jinkludu d-drittijiet ta’ kustodja u d-drittijiet ta’ l-aċċess;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>il-kliem <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>min għandu r-responsabilità ta’ l-ġenituri<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> se tfisser kwalunkwe persuna li għandha r-responsabilità ta’ l-ġenituri fuq il-minuri;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>il-kliem <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>drittijiet ta’ kustodja<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> għandhom jinkludu drittijiet u responsabbilitajiet dwar il-kura ta’ l-persuna ta’ l-minuri, u partikolarment id-drittijiet li jiddeterminaw il-post ta’ residenza ta’ l-minuri;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>il-kliem <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>tneħħija nġusta jew iż-żamma [tneħħija jew żamma illegali]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> għandhom ifissru t-tneħħija ta’ l-minuri jew iż-żamma fejn;</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>hemm ksur ta’ liġi tad-drittijiet ta’ kustodja akkwistati permezz ta’ sentenza jew b’operat ta’ liġi jew b’xi fteħim li għandu effett legali taħt il-liġi ta’ l-Istat Membru fejn il-minuri kienu abitwalment residenti mmedjatament qabel it-tneħħija jew iż-żamma;</TXT><P>u</P></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>iżda, f’dak iż-żmien tat-tneħħija jew iż-żamma, id-drittijiet ta’ kustodja kienu attwalment eżerċitati, konġuntament jew unikament, jew kieku kienu ikunu hekk eżerċitati minħabba t-tneħħija jew iż-żamma. Il-kustodja se tiġi kkunsidrata biex tiġi eżerċitata konġuntament meta, skont sentenza jew b’operat ta’ liġi, wieħed mill-ġenituri li għandu jew għandha r-responsabbilità ma tistax tiddeċiedi dwar il-post ta’ residenza tal-minuri mingħajr il-kunsens ta’ persuna oħra li għandha r-responsabbilità tal-ġenitur.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-Kapitolu II tar-Regolament jinkludi r-regoli dwar il-ġurisdizzjoni u jinkludi, fit-Taqsima 1 tiegħu, li tikkonsisti fl-Artikoli 3 sa 7, ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni f’dak li jirrigwarda d-divorzju, is-separazzjoni legali u l-annullament taż-żwieġ, fit-Taqsima 2 tiegħu, li tikkonsisti fl-Artikoli 8 sa 15, ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni f’dak li jirrigwarda r-responsabbiltà tal-ġenituri u, fit-Taqsima 3, li tikkonsisti fl-Artikoli 16 sa 20, id-dispożizzjonijiet komuni.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tar-Regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Il-Ġurisdizzjoni ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-qrati ta’ Stat Membru għandu jkollhom il-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ responsabbilità ta’ l-ġenituri dwar minuri li huma abitwalment residenti f’dak l-Istat Membru fiż-żmien li l-qorti tkun ħadet il-pussess [ġiet adita].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Paragrafu 1 għandu jkun bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 9, 10 u 12.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tar-Regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Il-Kontinwità ta’ l-gurisdizzjoni tar-residenza abitwali ta’ qabel ta’ l-minuri<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, jipprovdi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Fejn minuri jiċċaqalqu legalment minn Stat Membru wieħed għall-ieħor u jakkwistaw residenza abitwali ġdida hemmhekk, il-qrati tal-Istat Membru tar-residenza abitwali ta’ qabel se, skont eċċezzjoni għall-Artikolu 8, iż-żomm il-ġurisdizzjoni matul perjodu ta’ tlett xhur wara ċ-ċaqliqa għall-iskop ta’ modifika ta’ sentenza dwar drittijiet ta’ aċċess maħruġa f’dak l-Istat Membru qabel il-minuri ġew imċaqalqin, fejn il-pussessur tad-drittijiet ta’ aċċess skont is-sentenza dwar id-drittijiet ta’ aċċess ikompli jkollu jew ikollha r-residenza abitwali fl-Istat Membru tar-residenza abitwali ta’ qabel, tal-minuri.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tar-Regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Il-Ġurisdizzjoni f’każijiet ta’ ħtif ta’ minuri<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, jipprovdi li, fil-każ ta’ tneħħija jew ta’ żamma illegali ta’ minuri, il-qrati tal-Istat Membru fejn il-minuri kellu r-residenza abitwali tiegħu immedjatament qabel it-tneħħija jew iż-żamma illegali tiegħu għandhom iżommu l-ġurisdizzjoni tagħhom, ħlief jekk jiġu ssodisfatti ċerti kundizzjonijiet stabbiliti minnu.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tar-Regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Ir-Ritorn ta’ l-minuri<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, jipprovdi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Fejn persuna, istituzzjoni jew xi korp ieħor li għandhom id-drittijiet ta’ kustodja japplika ma’ l-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru biex joħroġu sentenza dwar il-bażi ta’ l-Konvenzjoni [ta’ Den Haag tal-1980] ħalli tikseb ir-ritorn ta’ l-minuri li ġew inġustament [illegalment] imneħħija jew miżmuma fi Stat Membru barra dak li huwa l-Istat Membru fejn il-minuri kienu abitwalment residenti mmedjatament qabel it-tneħħija jew iż-żamma nġusta [illegali], għandhom japplikaw paragrafi 2 sa 8.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Il-Proroga ta’ l-ġurisdizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="012.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-qrati ta’ xi Stat Membru li jeżerċitaw l-ġurisdizzjoni bis-saħħa ta’ l-Artikolu 3 dwar l-applikazzjoni għad-divorzju, għas-separazzjoni legali jew għall-annullament taż-żwieg għandu jkollhom il-ġurisdizzjoni dwar kwalsijasi kwistjoni dwar ir-responsabbilità ta’ l-ġenituri li għandha x’taqsam ma’ dik l-applikazzjoni fejn:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>mill-inqas wieħed mill-konjuġi għandu jew għandha r-responsabbilità bħala ġenituri fir-rigward tal-minuri</TXT></NP></ITEM></LIST><P>u</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-ġurisdizzjoni ta’ l-qrati ġiet aċċettata espressament jew xort’oħra f’mod inekwivokabbli mill-konjuġi u bejn dawk il-ġenituri li huma d-detenturi tar-responsabilità, fil-ħin li l-qorti tieħu pussess ta’ dan [tiġi adita], u tkun fl-aqwa nteressi ta’ l-minuri.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-ġurisdizzjoni mogħtija fil-paragrafu 1 għandha tieqaf jekk [hekk] kif:</ALINEA><ALINEA>(a) is-sentenza li tippermetti jew tirrifjuta l-applikazzjoni għad-divorzju, għas-separazzjoni legali jew għall-annullament taż-żwieg ġiet finalizzata;</ALINEA><ALINEA>(b) f’dawk il-każijiet fejn il-proċedimenti dwar ir-responsabbilità ta’ l-ġenituri għadhom pendenti fid-data imsemmija f’ (a), sentenza f’dawn il-proċedimenti giet iffinalizzata;</ALINEA><ALINEA>(ċ) il-proċedimenti msemmija f’ (a) u f’(b) ġew mitmuma għal raġuni oħra.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-qrati ta’ Stat Membru għandu jkollhom ukoll il-ġurisdizzjoni dwar ir-responsabbilità ta’ l-ġenituri fi proċedimenti minn barra dawk imsemmija fil-paragrafu 1 fejn:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-minuri għandhom konnessjoni sostanzjali ma’ dak l-Istat Membru, u partikolarment bis-saħħa ta’ l-fatt li bejn wieħed minn dawk il-ġenituri li huma d-detenturi tar-responsabilità huwa/hija abitwalment residenti f’dak l-Istat Membru jew li l-minuri huma ċittadini ta’ dak l-Istat Membru;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>u</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-ġurisdizzjoni ta’ l-qrati ġiet espressament aċċettata jew xort’oħra f’mod inekwivokabbli mill-partijiet kollha fil-proċedimenti fil-ħin li l-qorti ħadet il-pussess [tiġi adita] u dan fl-ahjar interess għall-minuri.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 19 tar-Regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/><HT TYPE="ITALIC">Lis [alibi] pendens</HT> u azzjonijiet dipendenti<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="019.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn il-proċedimenti dwar id-divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieg bejn l-istess partijiet jinġiebu quddiem qrati ta’ Stati Membri differenti, it-tieni qorti li tkun ħadet il-pussess [adita] għandha b’mozzjoni proprja żżomm il-proċedimenti sakemm il-ġurisdizzjoni ta’ l-qorti li tkun ħadet il-pussess l-ewwel tigi stabbilita.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="019.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn il-proċedimenti dwar ir-responsabbilità ta’ l-ġenituri dwar l-istess minuri u li tinkludi l-istess kawża se jidħru quddiem qrati fi Stati Membri differenti, it-tieni qorti li ħadet il-pussess għandha b’mozzjoni tagħha stess żżomm il-proċedimenti sakemm il-ġurisdizzjoni ta’ l-ewwel qorti tiġi stabbilita.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Kapitolu III tar-Regolament jinkludi r-regoli dwar ir-rikonoxximent tas-sentenzi mogħtija fi Stat Membru fl-Istati Membri l-oħra u dwar l-eżekuzzjoni ta’ dawn is-sentenzi. L-Artikolu 24 tar-Regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Il-Projbizzjoni ta’ reviżjoni ta’ ġurisdizzjoni fil-qrati ta’ l-oriġini<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, li jinsab fit-Taqsima 1 ta’ dan il-kapitolu, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Il-ġurisdizzjoni ta’ l-qorti ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini ma tistax tiġi riveduta. Il-prova ta’ l-politika pubblika [ordni pubbliku] imsemmija fl-Artikoli 22(a) u 23(a) ma tistax ssir fuq ir-regoli dwar il-ġurisdizzjoni imsemmija fl-Artikolu 3 sa 14.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 28 tar-Regolament, li jinsab fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu III li tirrigwarda r-rikors għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà, jipprovdi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Sentenza dwar l-eżerċitar tar-responsabbilità ta’ l-ġenituri dwar il-minuri mogħtija fi Stat Membru li hija nfurzabbli [eżegwibbli] f’dak l-Istat Membru u li ġiet notifikata għandha tigi nfurzata [eżegwita] fi Stat Membru ieħor meta, fuq applikazzjoni [rikors] ta’ kwalsijasi parti nteressata, ġiet iddikjarata nfurzabbli [eżegwibbli] hemmhekk.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Irlandiż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-Liġi tal-1991 dwar il-ħtif ta’ minuri u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet ta’ kustodja (Child Abduction and Enforcement of Custody Orders Act 1991), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Liġi tal-1991 dwar il-ħtif ta’ minuri u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet ta’ kustodja<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>), tagħti effett fid-dritt Irlandiż lill-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1980. Din il-liġi ġiet emendata bir-Regolamenti tal-2005 dwar il-Komunitajiet Ewropej (sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u ta’ responsabbiltà tal-ġenituri) [European Communities (Judgments in Matrimonial Matters and Matters of Parental Responsibility) Regulations 2005] bil-għan li jittieħed inkunsiderazzjoni r-Regolament fil-kawżi li jaqgħu taħt il-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1980 u li jinvolvu Stati Membri.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>C, ta’ nazzjonalità Franċiża, u M, ta’ nazzjonalità Britannika, iżżewġu fi Franza fl-<DATE ISO="20080524">24 ta’ Mejju 2008</DATE>. Miż-żwieġ tagħhom twieldet ukoll fi Franza t-tifla tagħhom, fl-<DATE ISO="20080714">14 ta’ Lulju 2008</DATE>. Billi r-relazzjoni bejn il-ġenituri malajr iddeterjorat, M ressqet talba għad-divorzju fis-<DATE ISO="20081117">17 ta’ Novembru 2008</DATE>. Sussegwentement tressqu diversi proċeduri li jikkonċernaw lill-minuri mill-missier u mill-omm fi Franza, kemm qabel kif ukoll wara d-deċiżjoni ta’ divorzju u t-tressiq mill-missier, quddiem il-High Court (l-Irlanda) ta’ talba għar-ritorn tal-minuri lejn Franza. Huma biss id-deċiżjoni ta’ divorzju u l-fatti u l-proċeduri sussegwenti li huma rilevanti sabiex tingħata risposta għad-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-deċiżjoni ta’ divorzju, il-fatti u l-proċeduri ġudizzjarji sussegwenti</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Id-divorzju bi ħtija maqsuma bejn il-miżżewġin ġie ddikjarat mit-Tribunal de grande instance d’Angoulême permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20120402">2 ta’ April 2012</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>deċiżjoni tat-<DATE ISO="20120402">2 ta’ April 2012</DATE><QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>). Dik il-qorti stabbilixxiet li d-divorzju bejn il-miżżewġin kellu jkun effettiv mis-<DATE ISO="20090407">7 ta’ April 2009</DATE>, iddikjarat li s-setgħa tal-ġenituri kellha tiġi eżerċitata b’mod konġunt miż-żewġ ġenituri, stabbilixxiet ir-residenza abitwali tal-minuri mal-omm mis-<DATE ISO="20120707">7 ta’ Lulju 2012</DATE> u rregolat id-dritt ta’ aċċess u ta’ akkomodazzjoni favur il-missier fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-partijiet billi pprovdiet għal modalitajiet differenti skont jekk l-omm tistabbilixxix ir-residenza tagħha fi Franza jew titlaqx it-territorju Franċiż sabiex tgħix fl-Irlanda. Din id-deċiżjoni tispeċifika li l-omm hija awtorizzata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>tistabbilixxi r-residenza tagħha fl-Irlanda<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> u tfakkar, fid-dispożittiv tagħha, li hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>eżegwibbli bil-liġi fuq bażi provviżorja f’dak li jirrigwarda d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-minuri<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20120423">23 ta’ April 2012</DATE>, C appella minn din id-deċiżjoni, filwaqt li llimita l-appell tiegħu għall-miżuri dwar il-minuri u għall-kundanna tiegħu sabiex iħallas ċerta somma lil M bħala pagament bil-quddiem fir-rigward tas-sehem tiegħu mill-komunjoni. Fil-<DATE ISO="20120705">5 ta’ Lulju 2012</DATE>, l-Ewwel President tal-Cour d’appel de Bordeaux ċaħad it-talba tiegħu għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni provviżorja tal-imsemmija deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20120712">12 ta’ Lulju 2012</DATE>, M telqet mal-minuri l-Irlanda, fejn illum joqogħdu t-tnejn li huma. Skont id-deċiżjoni tar-rinviju, hija ma kkonformatx ruħha mad-dispożizzjonijiet tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20120402">2 ta’ April 2012</DATE> dwar id-dritt ta’ aċċess u ta’ akkomodazzjoni tal-missier.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>B’sentenza tal-<DATE ISO="20130305">5 ta’ Marzu 2013</DATE>, il-Cour d’appel de Bordeaux irrevokat id-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20120402">2 ta’ April 2012</DATE> f’dak li jirrigwarda d-dispożizzjonijiet dwar ir-residenza tal-minuri, id-dritt ta’ aċċess u ta’ akkomodazzjoni u l-ħlas ta’ pagament bil-quddiem fir-rigward is-sehem mill-komunjoni. Hija stabbilixxiet ir-residenza tal-minuri favur il-misssier u pprovdiet għal dritt ta’ aċċess u ta’ akkomodazzjoni favur l-omm.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20130331">31 ta’ Marzu 2013</DATE>, C, filwaqt li invoka b’mod partikolari l-fatt li M kienet qed tirrifjuta li tirrappreżenta lill-minuri, ressaq proċeduri quddiem il-Qorti tal-Familja tat-Tribunal de grande instance de Niort (Franza) li fihom talab li s-setgħa tal-ġenituri tingħata esklużivament lilu, li jiġi ordnat ir-ritorn tal-minuri fid-dar tiegħu taħt piena ta’ penalità u li jiġi pprojbit il-ħruġ ta’ din tal-aħħar mit-territorju Franċiż mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-missier. Fl-<DATE ISO="20130710">10 ta’ Lulju 2013</DATE>, il-Qorti tal-Familja tat-Tribunal de grande instance de Niort laqgħet it-talbiet ta’ C.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20131218">18 ta’ Diċembru 2013</DATE>, C talab lill-High Court tiddikjara s-sentenza tal-<DATE ISO="20130305">5 ta’ Marzu 2013</DATE> tal-Cour d’appel de Bordeaux eżegwibbli, abbażi tal-Artikolu 28 tar-Regolament. Din it-talba ntlaqgħet, iżda M li, fis-<DATE ISO="20140107">7 ta’ Jannar 2014</DATE>, ippreżentat appell ta’ kassazzjoni minn din is-sentenza, li attwalment jinsab pendenti quddiem il-Cour de cassation (Franza), talbet lill-High Court, fid-<DATE ISO="20140509">9 ta’ Mejju 2014</DATE>, li tissospendi l-proċedura ta’ eżekuzzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-deċiżjoni tal-High Court u d-deċiżjoni tar-rinviju</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20130529">29 ta’ Mejju 2013</DATE>, C ressaq proċeduri quddiem il-High Court bil-għan li jiġi ordnat ir-ritorn tal-minuri lejn Franza, skont l-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1980, tal-Artikoli 10 u 11 tar-Regolament u tal-Liġi tal-1991 dwar il-ħtif ta’ minuri u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet ta’ kustodja, u li jiġi ddikjarat li l-omm żammitha illegalment fl-Irlanda.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>B’sentenza tat-<DATE ISO="20130813">13 ta’ Awwissu 2013</DATE>, il-High Court ċaħdet dawn it-talbiet billi rrilevat, essenzjalment, li t-tneħħija tal-minuri lejn l-Irlanda kienet leġittima peress li seħħet abbażi ta’ deċiżjoni ta’ qorti Franċiża li awtorizzat din it-tneħħija, li t-talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni provviżorja tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20120402">2 ta’ April 2012</DATE> kienet ġiet miċħuda, li din id-deċiżjoni kienet definittiva, peress li la kienet digriet għal miżuri provviżorji u lanqas deċiżjoni temporanja jew provviżorja, u li din id-deċiżjoni la kienet ġiet irriformata u lanqas irrevokata fl-appell fit-terminu ta’ tliet xhur previst fl-Artikolu 9 tar-Regolament. Minn dan hija kkonkludiet li r-residenza abitwali tal-minuri ma kinitx saret kundizzjonali minħabba l-appell ippreżentat minn C minn din id-deċiżjoni u li l-eżitu tal-kawża li kienet tressqet quddiemha kien jiddependi essenzjalment minn evalwazzjoni ta’ natura fattwali, billi xejn fil-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>residenza abitwali<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> ma kien jipprekludi li din tinbidel u billi, barra minn hekk, ir-Regolament kien jipprevedi s-sitwazzjoni fejn tali tibdil isir qabel it-trasferiment tal-ġurisdizzjoni. Fid-dawl ta’ dawn il-fatti, hija qieset li, f’dan il-każ, il-minuri kellha r-residenza abitwali tagħha fl-Irlanda minn mindu ommha kienet ħaditha f’dan l-Istat Membru bl-intenzjoni li tistabbilixxi ruħha hemmhekk.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>C appella minn din id-deċiżjoni fl-<DATE ISO="20131010">10 ta’ Ottubru 2013</DATE> billi, b’mod partikolari, sostna li l-fatt li t-tneħħija tal-minuri lejn l-Irlanda kienet leġittima ma jfissirx li r-residenza abitwali tagħha nbidlet, li tneħħija leġittima ma teskludix żamma illegali, li d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20120402">2 ta’ April 2012</DATE> ġiet iddikjarata eżegwibbli provviżorjament u għalhekk kienet temporanja sakemm l-appell minn din id-deċiżjoni kien għadu pendenti, li l-omm ma indikatx quddiem il-qrati Franċiżi li kellha l-intenzjoni tiżgura l-kustodja tal-minuri fl-Irlanda, li hija qatt ma kkontestat il-ġurisdizzjoni tal-qrati Franċiżi u lanqas ma sostniet li r-residenza abitwali tal-minuri kienet inbidlet, li l-intenzjoni ċara ta’ dawn il-qrati hija li jżommu l-ġurisdizzjoni tagħhom f’dak li jirrigwarda d-dritt ta’ kustodja, li l-qrati Irlandiżi huma marbuta bid-deċiżjonijiet tal-qrati Franċiżi li huma l-ewwel qrati li ġew aditi u li jżommu l-ġurisdizzjoni f’dak li jirrigwarda l-kustodja u, fl-aħħar nett, li l-High Court interpretat ħażin l-Artikolu 9 tar-Regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>B’risposta, M issostni, b’mod partikolari, li r-residenza abitwali tal-minuri għandha tiġi eżaminata fid-dawl tal-fatti u li, f’dan il-każ, kienet inbidlet wara t-tneħħija tiegħu lejn l-Irlanda, skont id-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20120402">2 ta’ April 2012</DATE> li kienet tippermettilha tiddeċiedi waħedha dwar il-post ta’ residenza tal-minuri b’mod li ma kien hemm ebda ksur tad-drittijiet ta’ kustodja. Skontha, la n-natura ta’ din id-deċiżjoni u lanqas l-appell minnha ma jipprekludu tali bidla fattwali fir-residenza. F’dak li jirrigwarda l-kunċett ta’ residenza abitwali, hija tirreferi għas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja A (C‑523/07, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:225">EU:C:2009:225</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u Mercredi (C‑497/10 PPU, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:829">EU:C:2010:829</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tispjega li l-kawża prinċipali tqajjem kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni tal-Artikoli 2, 12, 19 u 24 tar-Regolament. Hija tirrileva li l-qrati Franċiżi kienu l-ewwel qrati li quddiemhom tressqu proċeduri fis-sens tar-Regolament, li l-ġurisdizzjoni tagħhom ġiet aċċettata b’mod inekwivoku miż-żewġ ġenituri meta tressqu proċeduri quddiemhom u li huma jaffermaw li żammew il-ġurisdizzjoni f’dak li jirrigwarda r-responsabbiltà tal-ġenituri minkejja l-preżenza tal-minuri fl-Irlanda. Jekk dan huwa l-każ, l-omm, skontha, żammet il-minuri illegalment sa mill-ewwel ksur tad-dritt ta’ aċċess u ta’ akkomodazzjoni stabbilit mid-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20120402">2 ta’ April 2012</DATE>. Għaldaqstant, hija tistaqsi jekk din il-ġurisdizzjoni ntemmitx jew le fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12(2)(b) jew tal-Artikolu 12(3)(a) u (b) tar-Regolament. Skontha, l-Artikolu 19(2) tar-Regolament huwa applikabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Hija tispjega wkoll, billi tirreferi għas-sentenzi A (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:225">EU:C:2009:225</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u Mercredi (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:829">EU:C:2010:829</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li l-kunċett ta’ residenza abitwali, li ma huwiex iddefinit mir-Regolament, huwa dejjem kwistjoni fattwali u li għandhom, b’mod partikolari, jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi tas-soġġorn fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat u r-raġunijiet għalih. Għalhekk għandha tiġi deċiża l-kwistjoni jekk il-qrati Franċiżi għadhomx iżommu l-ġurisdizzjoni jew jekk l-omm u l-minuri kinux awtorizzati, fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni, li jistabbilixxu r-residenza abitwali tagħhom fl-Irlanda.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-High Court iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>1)</NO.P><TXT>L-eżistenza tal-proċedura Franċiża dwar il-kustodja tal-ulied tipprekludi, fiċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ, l-istabbiliment ta’ residenza abitwali tal-wild fl-Irlanda?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-missier jibqa’ detentur tad-drittijiet ta’ kustodja jew il-qrati Franċiżi jibqa’ jkollhom ġurisdizzjoni fir-rigward tad-drittijiet ta’ kustodja tal-wild b’mod li n-nuqqas ta’ ritorn tal-wild fl-Irlanda jsir illegali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Il-qrati Irlandiżi għandhom is-setgħa li jeżaminaw il-kwistjoni tar-residenza abitwali tal-wild meta dan ikun irrisjeda fl-Irlanda minn Lulju 2012, data li fiha t-teħid tiegħu lejn l-Irlanda ma kienx jikser id-dritt Franċiż?<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq il-proċedura b’urġenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Is-Supreme Court talbet li r-rinviju għal deċiżjoni preliminari jiġi suġġett għall-proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari prevista fl-Artikolu 107 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja għar-raġuni li l-premessa 17 tar-Regolament tiddikjara li, fil-każ ta’ tneħħija jew ta’ żamma illegali ta’ minuri, ir-ritorn tiegħu għandu jinkiseb mingħajr dewmien.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat, fl-ewwel lok, li r-rinviju għal deċiżjoni preliminari jirrigwarda l-interpretazzjoni tar-Regolament li ġie adottat, b’mod partikolari, abbażi tal-Artikolu 61(ċ) KE, illum l-Artikolu 67 TFUE, li jinsab taħt it-Titolu V tal-Tielet Parti tat-Trattat FUE, dwar l-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, b’mod li l-imsemmi rinviju jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari ddefinita fl-Artikolu 107 tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, minkejja li s-setgħa tal-ġenituri fuq il-minuri ngħatat liż-żewġ ġenituri bid-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20120402">2 ta’ April 2012</DATE>, li dritt ta’ aċċess u ta’ akkomodazzjoni kien ingħata lill-missier b’din id-deċiżjoni u li s-sentenza tal-Cour d’appel de Bordeaux tal-<DATE ISO="20130305">5 ta’ Marzu 2013</DATE>, li rrevokat parzjalment l-imsemmija deċiżjoni, stabbilixxiet ir-residenza tal-minuri fid-dar tal-missier, dan tal-aħħar jinsab imċaħħad minn kuntatt regolari mat-tifla tiegħu, li llum għandha sitt snin, minn meta din tal-aħħar tneħħiet lejn l-Irlanda fit-<DATE ISO="20120712">12 ta’ Lulju 2012</DATE>. Billi r-rinviju għal deċiżjoni preliminari sar fil-kuntest ta’ kawża li għandha bħala suġġett talba għar-ritorn tal-minuri lejn Franza mressqa mill-missier u r-risposti għad-domandi magħmula huma determinanti għall-eżitu ta’ din il-kawża, deċiżjoni tardiva f’din il-kawża tista’ tkun ta’ ħsara għall-istabbiliment mill-ġdid tar-relazzjonijiet bejn il-minuri u l-missier u, fil-każ ta’ ritorn lejn Franza, għall-integrazzjoni tal-minuri fl-ambjent tal-familja u soċjali l-ġdid tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali, it-Tielet Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tilqa’ t-talba tal-qorti tar-rinviju sabiex ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari jiġi suġġett għall-proċedura b’urġenza.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi osservat li ma jeżisti ebda kunflitt jew riskju ta’ kunflitt ta’ ġurisdizzjoni bejn il-qrati Franċiżi u Irlandiżi fil-kawża prinċipali, b’mod li d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 12 u 19 tar-Regolament li tirreferi għalihom il-qorti tar-rinviju ma humiex rilevanti għall-eżitu ta’ din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-fatt, huwa paċifiku, minn naħa, li l-minuri kienet residenti abitwalment fi Franza fil-mument meta tressqu l-proċeduri quddiem it-Tribunal de grande instance d’Angoulême u l-Cour d’appel de Bordeaux, b’mod li, skont l-Artikolu 8 tar-Regolament, dawn il-qrati kellhom ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu fuq id-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għandu jiġi kkonstatat li, fid-<DATE ISO="20130529">29 ta’ Mejju 2013</DATE>, tressqet talba quddiem il-High Court għar-ritorn tal-minuri lejn Franza, abbażi tal-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1980, tal-Artikoli 10 u 11 tar-Regolament u tal-Liġi tal-1991 dwar il-ħtif ta’ minuri u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet ta’ kustodja.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Tali azzjoni, li s-suġġett tagħha huwa r-ritorn, fl-Istat Membru ta’ oriġini, tal-minuri li tneħħa jew inżamm illegalment fi Stat Membru ieħor, ma tirrigwardax il-mertu tar-responsabbiltà tal-ġenituri u għalhekk la għandha l-istess suġġett u lanqas l-istess kawża bħal azzjoni intiża sabiex tingħata deċiżjoni fuq il-mertu tar-responsabbiltà tal-ġenituri (ara s-sentenza Purrucker, C‑296/10,<?PAGE NO="10"?> <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:665">EU:C:2010:665</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 68). Barra minn hekk, skont l-Artikolu 19 tal-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1980, deċiżjoni dwar ir-ritorn mogħtija fil-kuntest tal-imsemmija konvenzjoni ma taffettwax il-mertu tad-dritt ta’ kustodja. Għalhekk, ma tistax teżisti <HT TYPE="ITALIC">lis alibi pendens</HT> bejn tali azzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Għandu jiżdied li l-Artikolu 10 tar-Regolament, bl-istess mod, ma japplikax f’din il-kawża, billi din tal-aħħar ma tirrigwardax il-mertu tar-responsabbiltà tal-ġenituri.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi kkonstatat li lanqas ma huma rilevanti għall-eżitu tal-kawża prinċipali d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9 tar-Regolament, li għalihom irreferiet il-High Court fis-sentenza tagħha tat-<DATE ISO="20130813">13 ta’ Awwissu 2013</DATE>, liema artikolu jikkonċerna ż-żamma, għal ċertu perijodu, tal-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru tar-residenza abitwali l-antika tal-minuri fir-rigward tad-dritt ta’ aċċess, u d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 24 tar-Regolament li ssemmi l-qorti tar-rinviju, liema artikolu jifforma parti mit-Taqsima 1 tal-Kapitoli III tar-Regolament, li tikkonċerna r-rikonoxximent ta’ deċiżjonijiet mogħtija fi Stat Membru. Fil-fatt, kif jirriżulta mill-konstatazzjonijiet preċedenti, il-kawża prinċipali la tqajjem kwistjoni ta’ ġurisdizzjoni sabiex tingħata deċiżjoni dwar dritt ta’ aċċess u lanqas kwistjoni ta’ rikonoxximent ta’ deċiżjoni ta’ qorti Franċiża fl-Irlanda.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għandu jiġi rrilevat, min-naħa l-oħra, li huma rilevanti l-Artikolu 2(11) tar-Regolament, li jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>tneħħija nġusta jew iż-żamma [tneħħija jew żamma illegali]<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> ta’ minuri, kif ukoll l-Artikolu 11 tar-Regolament, li jissupplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1980 u japplika meta, bħal fil-kawża prinċipali, qorti tal-Unjoni Ewropea tiġi adita, abbażi ta’ din il-konvenzjoni, b’talba għar-ritorn fi Stat Membru ta’ minuri li jkun tneħħa jew inżamm illegalment fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel u t-tielet domandi</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi enfasizzat li, fil-kawża prinċipali, il-minuri tneħħiet minn Franza lejn l-Irlanda b’mod leġittimu, wara d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20120402">2 ta’ April 2012</DATE> li stabbilixxiet ir-residenza abitwali tal-minuri fid-dar tal-omm u li awtorizzat lil din tal-aħħar <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>tistabbilixxi r-residenza tagħha fl-Irlanda<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>. Kif speċifika l-Gvern Franċiż bi tweġiba għal talba għal kjarifika magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja u waqt is-seduta, din id-deċiżjoni ma kellhiex awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>, għaliex kienet suġġetta għal appell, iżda d-dispożizzjonijiet tagħha dwar il-minuri kienu eżegwibbli fuq bażi provviżorja. L-imsemmija deċiżjoni, li ġiet appellata qabel it-tneħħija tal-minuri, ġiet irrevokata, kważi tmien xhur wara t-tneħħija tal-minuri lejn l-Irlanda, permezz tas-sentenza tal-Cour d’appel de Bordeaux tal-<DATE ISO="20130305">5 ta’ Marzu 2013</DATE>, li stabbilixxiet ir-residenza tal-minuri fid-dar ta’ missierha li joqgħod Franza. Skont l-informazzjoni mogħtija mill-Gvern Franċiż, din is-sentenza, li minnha M ippreżentat appell ta’ kassazzjoni, hija eżegwibbli u għandha awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>, billi l-appell ta’ kassazzjoni ma għandux effett sospensiv fid-dritt Franċiż.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet magħmula fil-punti 37 sa 43 ta’ din is-sentenza, għandu jiġi kkunsidrat li, permezz tal-ewwel u tat-tielet domandi, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 2(11) u 11 tar-Regolament għandhomx jiġu interpretati fis-sens li, f’ċirkustanzi fejn it-tneħħija tal-minuri seħħet skont deċiżjoni ġudizzjarja eżegwibbli provviżorjament li sussegwentement ġiet irrevokata b’deċiżjoni ġudizzjarja li stabbilixxiet ir-residenza tal-minuri fid-dar tal-ġenitur li joqgħod fl-Istat Membru ta’ oriġini, il-qorti tal-Istat Membru li lejh tneħħiet il-minuri, adita b’talba għar-ritorn tal-minuri, għandha tivverifika, billi twettaq evalwazzjoni taċ-ċirkustanzi kollha speċifiċi għall-każ inkwistjoni, jekk il-minuri kinitx għadha residenti abitwalment fl-Istat Membru ta’ oriġini immedjatament qabel l-allegata żamma illegali.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, skont id-definizzjoni tat-tneħħija jew taż-żamma illegali mogħtija fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament, li t-termini tagħha huma simili ħafna għal dawk tal-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1980, sabiex it-tneħħija jew iż-żamma titqies li hija illegali fis-sens tar-Regolament, din għandha tkun seħħet bi ksur ta’ dritt ta’ kustodja li jirriżulta minn<?PAGE NO="11"?> deċiżjoni ġudizzjarja, mill-operat tal-liġi jew minn ftehim fis-seħħ, bis-saħħa tad-dritt tal-Istat Membru li fih il-minuri kellha r-residenza abitwali tagħha immedjatament qabel it-tneħħija jew iż-żamma tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Minn din id-definizzjoni jirriżulta li l-eżistenza ta’ tneħħija jew ta’ żamma illegali fis-sens tal-Artikolu 2(11) tar-Regolament tippresupponi li l-minuri kellha r-residenza abitwali tagħha fl-Istat Membru ta’ oriġini immedjatament qabel it-tneħħija jew iż-żamma illegali tagħha u tirriżulta mill-ksur tad-dritt ta’ kustodja mogħti skont id-dritt ta’ dan l-Istat Membru.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Min-naħa tiegħu, l-Artikolu 11(1) tar-Regolament jipprovdi li l-paragrafi 2 sa 8 ta’ dan l-artikolu għandhom japplikaw meta d-detentur tal-kustodja jitlob lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jagħtu deċiżjoni abbażi tal-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1980 bil-għan li jikseb ir-ritorn ta’ minuri li jkun tneħħa jew inżamm illegalment fi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>Stat Membru barra dak li huwa l-Istat Membru fejn il-minuri kienu abitwalment residenti mmedjatament qabel it-tneħħija jew iż-żamma nġusta [illegali]<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>. Minn dan isegwi li dan ma huwiex il-każ jekk il-minuri ma kellux ir-residenza abitwali tiegħu fl-Istat Membru ta’ oriġini immedjatament qabel it-tneħħija jew iż-żamma tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Għaldaqstant, kemm mill-Artikolu 2(11) kif ukoll mill-Artikolu 11(1) tar-Regolament jirriżulta li dan l-artikolu tal-aħħar jista’ japplika għall-finijiet li tintlaqa’ t-talba għar-ritorn biss jekk il-minuri kellu, immedjatament qabel l-allegata żamma illegali, ir-residenza abitwali tiegħu fl-Istat Membru ta’ oriġini.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>residenza abitwali<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kkonstatat, meta interpretat l-Artikolu 8 tar-Regolament fis-sentenza A (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:225">EU:C:2009:225</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u l-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament fis-sentenza Mercredi (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:829">EU:C:2010:829</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li r-Regolament ma jinkludi ebda definizzjoni ta’ dan il-kunċett u kkunsidrat li t-tifsira u l-portata ta’ dan tal-aħħar għandhom jiġu ddeterminati, b’mod partikolari, skont l-għan li jirriżulta mill-premessa 12 tar-Regolament, li skontha r-regoli ta’ ġurisdizzjoni stabbiliti minnu huma fformati fid-dawl tal-aħjar interessi tal-minuri u, b’mod partikolari, tal-kriterju tal-qrubija (sentenzi A, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:225">EU:C:2009:225</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 31 u 35, u Mercredi, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:829">EU:C:2010:829</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 44 u 46).</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dawk is-sentenzi, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li r-residenza abitwali tal-minuri għandha tiġi stabbilita mill-qorti nazzjonali billi tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi fattwali kollha speċifiċi għal kull każ inkwistjoni (sentenzi A, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:225">EU:C:2009:225</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 37 u 44, u Mercredi, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:829">EU:C:2010:829</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 47 u 56). F’dan ir-rigward, hija kkunsidrat li, minbarra l-preżenza fiżika tal-minuri fi Stat Membru, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fatturi oħra li jistgħu juru li din il-preżenza bl-ebda mod ma hija ta’ natura temporanja jew okkażjonali u li r-residenza tal-minuri tikkorrispondi għall-post li jirrifletti ċerta integrazzjoni f’ambjent soċjali u familjari (sentenzi A, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:225">EU:C:2009:225</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 38 u 44, u Mercredi, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:829">EU:C:2010:829</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 47, 49 u 56).</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat li, għal dan l-iskop, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, it-tul, ir-regolarità, il-kundizzjonijiet u r-raġunijiet tas-soġġorn fit-territorju ta’ Stat Membru u tat-trasferiment tal-familja f’dan l-Istat, in-nazzjonalità tal-minuri, il-post u l-kundizzjonijiet ta’ tagħlim, il-konoxxenzi lingwistiċi u r-relazzjonijiet familjari u soċjali tal-minuri fl-imsemmi Stat (sentenzi A, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:225">EU:C:2009:225</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 39 u 44, u Mercredi, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:829">EU:C:2010:829</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 48, 49 u 56). Hija kkunsidrat ukoll li l-intenzjoni tal-ġenituri jew ta’ wieħed minnhom li jistabbilixxu ruħhom mal-minuri fi Stat Membru ieħor, espressa permezz ta’ ċerti miżuri tanġibbli bħall-akkwist jew il-kiri ta’ akkomodazzjoni f’dan l-Istat Membru, tista’ tikkostitwixxi indizju tat-trasferiment tar-residenza abitwali tal-minuri (ara s-sentenzi A, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:225">EU:C:2009:225</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 40 u 44, u Mercredi, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:829">EU:C:2010:829</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 50).</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-punti 51 sa 56 tas-sentenza Mercredi (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:829">EU:C:2010:829</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li t-tul tas-soġġorn jista’ jservi biss bħala indizju fil-kuntest tal-evalwazzjoni taċ-ċirkustanzi fattwali kollha speċifiċi għall-każ inkwistjoni u speċifikat l-elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni b’mod partikolari meta l-minuri jkun ta’ età żgħira.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>residenza abitwali<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> tal-minuri li jinsab fl-Artikoli 2(11) u 11 tar-Regolament ma jistax ikollu kontenut differenti minn dak spjegat fis-sentenzi msemmija iktar ’il fuq fir-rigward tal-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament. Għaldaqstant, mill-kunsiderazzjonijiet magħmula fil-punti 46 sa 53 ta’ din is-sentenza jirriżulta li hija l-qorti tal-Istat Membru li lejh tneħħiet il-minuri, adita b’talba għar-ritorn ibbażata fuq il-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1980 u l-Artikolu 11 tar-Regolament, li għandha tivverifika jekk il-minuri kellhiex ir-residenza abitwali tagħha fl-Istat Membru ta’ oriġini immedjatament qabel l-allegati tneħħija jew żamma illegali, billi tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi fattwali kollha speċifiċi għall-każ inkwistjoni u billi ssegwi l-kriterji ta’ evalwazzjoni pprovduti f’dawk is-sentenzi.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Meta jiġu eżaminati, b’mod partikolari, ir-raġunijiet għas-soġġorn tal-minuri fl-Istat Membru li lejh tneħħiet u l-intenzjoni tal-ġenitur li ħadha hemmhekk, huwa importanti, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, li jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li d-deċiżjoni ġudizzjarja li awtorizzat it-tneħħija setgħet tiġi eżegwita provviżorjament u li ġiet appellata. Fil-fatt, dawn l-elementi ma jimmilitawx favur konstatazzjoni ta’ trasferiment tar-residenza abitwali tal-minuri billi l-imsemmija deċiżjoni kienet ta’ natura provviżorja u billi dan il-ġenitur ma setax ikun ċert, fil-mument tat-tneħħija, li s-soġġorn f’dan l-Istat Membru ma kienx ser ikun temporanju.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Fid-dawl tan-neċessità li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-aħjar interessi tal-minuri, dawn l-elementi għandhom jiġu bbilanċjati, fil-kuntest tal-evalwazzjoni taċ-ċirkustanzi kollha speċifiċi għall-każ inkwistjoni, ma’ elementi fattwali oħra li jistgħu juru ċerta integrazzjoni tal-minuri f’ambjent soċjali u familjari minn meta tneħħiet, bħal dawk imsemmija fil-punt 52 ta’ din is-sentenza u, b’mod partikolari, iż-żmien li għadda bejn din it-tneħħija u d-deċiżjoni ġudizzjarja li annullat id-deċiżjoni tal-ewwel istanza u li stabbilixxiet ir-residenza tal-minuri fid-dar tal-ġenitur li joqgħod fl-Istat Membru ta’ oriġini. Min-naħa l-oħra, iż-żmien li għadda minn din id-deċiżjoni fl-ebda każ ma jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel u għat-tielet domanda għandha tkun li l-Artikoli 2(11) u 11 tar-Regolament għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’ċirkustanzi fejn it-tneħħija tal-minuri seħħet skont deċiżjoni ġudizzjarja eżegwibbli provviżorjament li sussegwentement ġiet irrevokata b’deċiżjoni ġudizzjarja li stabbilixxiet ir-residenza tal-minuri fid-dar tal-ġenitur li joqgħod fl-Istat Membru ta’ oriġini, il-qorti tal-Istat Membru li lejh tneħħiet il-minuri, adita b’talba għar-ritorn tal-minuri, għandha tivverifika, billi twettaq evalwazzjoni taċ-ċirkustanzi kollha speċifiċi għall-każ inkwistjoni, jekk il-minuri kinitx għadha residenti abitwalment fl-Istat Membru ta’ oriġini immedjatament qabel l-allegata żamma illegali. Fil-kuntest ta’ din l-evalwazzjoni, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li d-deċiżjoni ġudizzjarja li awtorizzat it-tneħħija setgħet tiġi eżegwita provviżorjament u li ġiet appellata.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Billi l-Gvern Franċiż u l-Kummissjoni jidhrilhom li hemm dubji dwar l-ammissibbiltà tat-tieni domanda sa fejn din tal-aħħar tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1980, għandu jiġi osservat li, kif jirrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 54 sa 57 tal-opinjoni tiegħu, peress li, f’uħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu, ir-Regolament jirriproduċi t-termini tal-imsemmija konvenzjoni jew jirreferi għaliha, l-interpretazzjoni mitluba hija neċessarja sabiex ir-Regolament u l-imsemmija konvenzjoni jiġu applikati b’mod uniformi fi ħdan l-Unjoni u ma tidhirx li hija irrilevanti għall-eżitu tal-kawża prinċipali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza McB., C‑400/10 PPU, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:582">EU:C:2010:582</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 32 sa 37).</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Preliminarjament, fuq il-mertu, għandu jiġi rrilevat, l-ewwel nett, li l-Gvern Franċiż iddikjara, waqt is-seduta, li, skont id-dritt Franċiż, qorti ma setgħetx tkun detentur tad-dritt ta’ kustodja.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>It-tieni nett, sa fejn il-qorti tar-rinviju tidher li qed torbot il-kwistjoni tal-ġurisdizzjoni tal-qrati Franċiżi sabiex jiddeċiedu fuq id-dritt ta’ kustodja tal-minuri mal-kwistjoni tan-natura illegali taż-żamma, għandu jiġi osservat li, kif ġie rrilevat fil-punt 28 ta’ din is-sentenza, il-Cour d’appel de Bordeaux kellha ġurisdizzjoni bis-saħħa tal-Artikolu 8 tar-Regolament meta, permezz tas-sentenza tagħha tal-<DATE ISO="20130305">5 ta’ Marzu 2013</DATE>, stabbilixxiet ir-residenza tal-minuri fid-dar tal-missier. Madankollu, dan ma jaffettwax il-kwistjoni jekk iż-żamma tal-minuri kinitx ta’ natura illegali, billi tali natura ma tirriżultax mill-ġurisdizzjoni, fiha nfisha, tal-qrati tal-Istat Membru ta’ oriġini, iżda, kif ġie kkonstatat fil-punt 47 ta’ din is-sentenza, minn ksur tad-dritt ta’ kustodja mogħti skont id-dritt tal-Istat Membru ta’ oriġini.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>It-tielet nett, għandu jiġi enfasizzat li l-Artikolu 2(11) tar-Regolament ma jinkludix, fid-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>tneħħija nġusta jew iż-żamma [tneħħija jew żamma illegali]<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, il-ksur ta’ dritt ta’ aċċess jew ta’ akkomodazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkunsidrat li, permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk ir-Regolament għandux jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi fejn it-tneħħija tal-minuri seħħet skont deċiżjoni ġudizzjarja eżegwibbli provviżorjament li sussegwentement ġiet irrevokata b’deċiżjoni ġudizzjarja li stabbilixxiet ir-residenza tal-minuri fid-dar tal-ġenitur li joqgħod fl-Istat Membru ta’ oriġini, in-nuqqas ta’ ritorn tal-minuri f’dan l-Istat Membru wara din it-tieni deċiżjoni huwa illegali, b’mod li l-Artikolu 11 tar-Regolament huwa applikabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li n-nuqqas ta’ ritorn tal-minuri fl-Istat Membru ta’ oriġini wara deċiżjoni ġudizzjarja ta’ dan l-Istat Membru li tistabbilixxi r-residenza tal-minuri fid-dar tal-ġenitur li joqgħod fl-imsemmi Stat Membru jikkostitwixxi ksur ta’ dritt ta’ kustodja, fis-sens tar-Regolament, billi d-dritt ta’ kustodja jinkludi, skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament, id-dritt li jiġi ddeterminat il-post ta’ residenza tal-minuri. Għaldaqstant, iż-żamma tal-minuri bi ksur ta’ tali deċiżjoni hija illegali fis-sens tar-Regolament. Għalhekk, l-Artikolu 11 ta’ dan tal-aħħar ikun applikabbli fil-każ li, immedjatament qabel din iż-żamma, il-minuri kellha r-residenza abitwali tagħha fl-Istat Membru ta’ oriġini.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Jekk jitqies li din il-kundizzjoni ta’ residenza ma ġietx issodisfatta, id-deċiżjoni li tiċħad it-talba għar-ritorn ibbażata fuq l-Artikolu 11 tar-Regolament, li ma taffettwax il-mertu tad-dritt ta’ kustodja li fuqu diġà ddeċidiet il-qorti tal-Istat Membru ta’ oriġini, tittieħed mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti fil-Kapitolu III tar-Regolament dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi mogħtija fi Stat Membru.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fil-kawża prinċipali, in-nuqqas ta’ ritorn tal-minuri fi Franza jikkostitwixxi ksur tad-dritt ta’ kustodja, fis-sens tar-Regolament, li jirriżulta mis-sentenza tal-<DATE ISO="20130305">5 ta’ Marzu 2013</DATE> tal-Cour d’appel de Bordeaux. Il-konsegwenza ta’ dan hija li din iż-żamma hija illegali, fis-sens tar-Regolament, u li l-Artikolu 11 ta’ dan tal-aħħar jista’ jiġi applikat għall-finijiet li tintlaqa’ t-talba għar-ritorn jekk jiġi kkunsidrat, mill-qorti Irlandiża kompetenti, li, immedjatament qabel din is-sentenza, il-minuri kellha r-residenza abitwali tagħha fi Franza. Jekk, għall-kuntrarju, dik il-qorti jidhrilha li, dak iż-żmien, il-minuri kellha r-residenza abitwali tagħha fl-Irlanda, id-deċiżjoni tagħha li tiċħad it-talba għar-ritorn tittieħed mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli tal-Kapitolu III tar-Regolament bil-għan li tinkiseb l-eżekuzzjoni tal-imsemmija sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>F’din l-ipoteżi tal-aħħar, għandu jitfakkar li, skont il-premessa 21 tar-Regolament, dan tal-aħħar huwa bbażat fuq il-kunċett li r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi mogħtija fi Stat Membru għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipju ta’ fiduċja reċiproka u l-motivi ta’ nuqqas ta’ rikonoxximent għandhom ikunu limitati għall-minimu neċessarju (sentenza Rinau, C‑195/08 PPU, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:406">EU:C:2008:406</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 50).</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Il-fatt li r-residenza abitwali tal-minuri setgħet inbidlet wara deċiżjoni tal-ewwel istanza, fil-mori tal-proċedura ta’ appell, u li, jekk ikun il-każ, dan it-tibdil ġie kkonstatat mill-qorti adita b’talba għar-ritorn ibbażata fuq il-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1980 u l-Artikolu 11 tar-Regolament, ma<?PAGE NO="14"?> jistax jikkostitwixxi element li jista’ jibbaża ruħu fuqu l-ġenitur li jżomm minuri bi ksur ta’ dritt ta’ kustodja sabiex itawwal is-sitwazzjoni fattwali maħluqa mill-aġir illegali tiegħu u sabiex jopponi għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni mogħtija fl-Istat Membru ta’ oriġini fuq l-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri, li hija eżegwibbli hemmhekk u li ġiet innotifikata. Fil-fatt, li kieku kellu jitqies li l-konstatazzjoni tat-tibdil fir-residenza abitwali tal-minuri magħmula mill-qorti adita b’tali talba tippermetti li tittawwal din is-sitwazzjoni fattwali u li tiġi ostakolata l-eżekuzzjoni ta’ tali deċiżjoni, dan jikkostitwixxi evażjoni tal-mekkaniżmu stabbilit mit-Taqsima 2 tal-Kapitolu III tar-Regolament u jċaħħad lil dan il-mekkaniżmu mis-sinjifikat tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Bl-istess mod, f’każ bħal dak tal-kawża prinċipali, il-preżentata ta’ appell minn tali deċiżjoni mogħtija mill-Istat Membru ta’ oriġini fuq l-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri ma jistax ikollha effett fuq l-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta li għandha tingħata għat-tieni domanda għandha tkun li r-Regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi fejn it-tneħħija tal-minuri seħħet skont deċiżjoni ġudizzjarja eżegwibbli provviżorjament li sussegwentement ġiet irrevokata b’deċiżjoni ġudizzjarja li stabbilixxiet ir-residenza tal-minuri fid-dar tal-ġenitur li joqgħod fl-Istat Membru ta’ oriġini, in-nuqqas ta’ ritorn tal-minuri f’dan l-Istat Membru wara din it-tieni deċiżjoni huwa illegali u l-Artikolu 11 tar-Regolament ikun applikabbli jekk jiġi kkunsidrat li l-minuri kien għad kellha r-residenza abitwali tagħha fl-imsemmi Stat Membru immedjatament qabel din iż-żamma. Jekk, għall-kuntrarju, jiġi kkunsidrat li, dak iż-żmien, il-minuri ma kienx għad kellha r-residenza abitwali tagħha fl-Istat Membru ta’ oriġini, id-deċiżjoni li tiċħad it-talba għar-ritorn ibbażata fuq din id-dispożizzjoni tittieħed mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti fil-Kapitolu III tar-Regolament dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi mogħtija fi Stat Membru.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikoli 2(11) u 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-<DATE ISO="20031127">27 ta’ Novembru 2003</DATE>, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’ċirkustanzi fejn it-tneħħija tal-minuri seħħet skont deċiżjoni ġudizzjarja eżegwibbli provviżorjament li sussegwentement ġiet irrevokata b’deċiżjoni ġudizzjarja li stabbilixxiet ir-residenza tal-minuri fid-dar tal-ġenitur li joqgħod fl-Istat Membru ta’ oriġini, il-qorti tal-Istat Membru li lejh tneħħiet il-minuri, adita b’talba għar-ritorn tal-minuri, għandha tivverifika, billi twettaq evalwazzjoni taċ-ċirkustanzi kollha speċifiċi għall-każ inkwistjoni, jekk il-minuri kinitx għadha residenti abitwalment fl-Istat Membru ta’ oriġini immedjatament qabel l-allegata żamma illegali. Fil-kuntest ta’ din l-evalwazzjoni, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li d-deċiżjoni ġudizzjarja li awtorizzat it-tneħħija setgħet tiġi eżegwita provviżorjament u li ġiet appellata.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Regolament Nru 2201/2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi fejn it-tneħħija tal-minuri seħħet skont deċiżjoni ġudizzjarja eżegwibbli provviżorjament li sussegwentement ġiet irrevokata b’deċiżjoni ġudizzjarja li stabbilixxiet ir-residenza tal-minuri fid-dar tal-ġenitur li joqgħod fl-Istat Membru ta’ oriġini, in-nuqqas ta’ ritorn tal-minuri f’dan l-Istat Membru wara din it-tieni deċiżjoni huwa illegali u l-Artikolu 11 ta’ dan<?PAGE NO="15"?> ir-regolament ikun applikabbli jekk jiġi kkunsidrat li l-minuri kien għad kellha r-residenza abitwali tagħha fl-imsemmi Stat Membru immedjatament qabel din iż-żamma. Jekk, għall-kuntrarju, jiġi kkunsidrat li, dak iż-żmien, il-minuri ma kienx għad kellha r-residenza abitwali tagħha fl-Istat Membru ta’ oriġini, id-deċiżjoni li tiċħad it-talba għar-ritorn ibbażata fuq din id-dispożizzjoni tittieħed mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti fil-Kapitolu III tal-istess regolament dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi mogħtija fi Stat Membru.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>