European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2458

3.10.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 137/2024

tat-12 ta’ Ġunju 2024

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2024/2458]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/379 tal-25 ta’ Jannar 2024 li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 66wk (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“-

32024 R 0379: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/379 tal-25 ta’ Jannar 2024 (ĠU L, 2024/379, 26.1.2024).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/379 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Ġunju 2024, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 120/2023 tat-28 ta’ April 2023 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ġunju 2024.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L, 2024/379, 26.1.2024.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.

(2)   ĠU L, 2023/2265, 9.11.2023.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2458/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)