European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/7484

17.12.2024

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/3151, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/3152 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

(C/2024/7484)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness II u l-Anness III tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/3151 (2), u fl-Anness XV u l-Anness XVI tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/3152 (4) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2024/3151, u fir-Regolament (UE) 2017/1509, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2024/3152, għandhom ikomplu japplikaw għall-persuni u l-entitajiet deżinjati fl-Anness II u fl-Anness III tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, u fl-Anness XV u fl-Anness XVI tar-Regolament (UE) 2017/1509. Ir-raġunijiet għall-elenkar ta' dawk il-persuni u l-entitajiet jinsabu f'dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati dwar il-possibbiltà ta' rikors lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew pagamenti speċifiċi (ara l-Artikolu 35 tar-Regolament).

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq titqies mill-ġdid, qabel it-30 ta' Mejju 2025 , fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-finijiet tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 36(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 u l-Artikolu 34(7) tar-Regolament (UE) 2017/1509.

L-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.

(2)   ĠU L, 2024/3151, 16.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/3151/oj.

(3)   ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1.

(4)   ĠU L, 2024/3152, 16.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/3152/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7484/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)