<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-313/17 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CC0313</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:748">EU:C:2018:748</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mengozzi – Kawża C-313/17 P</HT></P><P><HT TYPE="SC">Haswani vs Il-Kunsill</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Mengozzi</HT></P><P>ippreżentati fl-<DATE ISO="20180920">20 ta’ Settembru 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C-313/17 P</HT></P><P>George Haswani</P><P>vs</P><P>Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali</KEYWORD><KEYWORD>Ammissibbiltà</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura ta’ adattament tar-rikors</KEYWORD><KEYWORD>Ħtieġa ta’ adattament tal-motivi u tal-argumenti</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja</KEYWORD><KEYWORD>Lista tal-persuni li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi</KEYWORD><KEYWORD>Inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Kemm huwa wiesa’ l-marġni ta’ diskrezzjoni li għandha l-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex tiddetermina jekk rikorrent għandux iressaq motivi u argumenti adattati meta, fil-kuntest ta’ rikors dirett, dan ir-rikorrent estenda t-talbiet għall-annullament inizjali tiegħu għal att li kellu l-istess suġġett u li ġie adottat fil-mori tal-kawża?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Din hija, essenzjalment, il-mistoqsija mqajma f’dan l-appell ippreżentat minn G. Haswani mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170322">22 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Haswani vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T-231/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:200">EU:T:2017:200</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) inkwantu din tal-aħħar ċaħdet għaliex inammissibbli t-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/850<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="141" PAGE.FIRST="125" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 141, p. 125</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> tas-<DATE ISO="20160527">27 ta’ Mejju 2016</DATE> li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/840<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="141" PAGE.FIRST="30" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 141, p. 30</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> tas-<DATE ISO="20160527">27 ta’ Mejju 2016</DATE> li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>atti tas-<DATE ISO="20160527">27 ta’ Mejju 2016</DATE><QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Bħala prinċipju, il-produzzjoni ta’ talbiet u motivi ġodda hija pprojbita. Iċ-ċertezza legali u l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja jeħtieġu formulazzjoni ċara u preċiża tat-talba tar-rikorrent quddiem il-qrati tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jipprovdi, b’mod partikolari, li r-rikors għandu jinkludi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>it-talbiet u espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</P></NOTE>. Madankollu, partikolarment fil-qasam tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni, spiss jiġri li l-att ikkontestat inizjalment ikun issostitwit fil-mori tal-kawża. Avveniment bħal dan jista’ jippermetti lill-partijiet jiżviluppaw ir-rikorsi tagħhom billi jadattaw it-talbiet tagħhom u, jekk ikun il-każ, il-motivi u l-argumenti tagħhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Din il-kawża tagħti lill-Qorti tal-Ġustizzja l-opportunità li tiddeċiedi dwar il-<HT TYPE="ITALIC">modus operandi</HT> tal-Qorti Ġenerali meta ssirilha talba għal adattament tat-talbiet, mingħajr adattament tal-motivi u tal-argumenti. L-Artikolu 86(4) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Ir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20150304">4 ta’ Marzu 2015</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="105" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 105, p. 1</REF.DOC.OJ>). L-Artikolu 1(7) tal-emendi għal dawn ir-Regoli tat-<DATE ISO="20160713">13 ta’ Lulju 2016</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="217" PAGE.FIRST="73" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 217, p. 73</REF.DOC.OJ>), li daħlu fis-seħħ fl-<DATE ISO="20160901">1 ta’ Settembru 2016</DATE>, biddel in-numerazzjoni tal-Artikolu 86(3) sa (6). Dawn il-paragrafi saru l-paragrafi 4 sa 7 tal-imsemmi artikolu. Għalkemm is-sentenza appellata rreferiet għan-numerazzjoni l-ġdida tal-Artikolu 86, għandi nirrileva li n-noti tal-partijiet fl-appell ġieli kkwotaw b’mod żbaljat in-numerazzjoni preċedenti, li tista’ twassal għal konfużjoni.</P></NOTE>, li l-interpretazzjoni tiegħu hija l-qofol ta’ din il-kawża, jindika li n-nota ta’ adattament, minbarra t-talbiet adattati, għandha tinkludi, b’mod partikolari, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>jekk ikun il-każ, il-motivi u l-argumenti adattati<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>. Huwa għalhekk xieraq li tiġi ddeterminata l-portata tal-frażi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>jekk ikun il-każ<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Din il-kawża turi t-tensjoni li tista’ tinħoloq bejn, minn naħa, il-paralleliżmu tal-forom li jorbot ir-regoli dwar l-adattament tat-talbiet u tal-motivi u l-argumenti ma’ dawk dwar il-preżentata tar-rikors inizjali u, min-naħa l-oħra, l-eżiġenzi ta’ ekonomija tal-proċedura li għandhom l-għan li jiġi evitat li r-rikorrent jiġi obbligat jippreżenta rikors ġdid għal kull att li jestendi jew li jemenda deċiżjoni preċedenti meħuda fir-rigward tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Sabiex tirrispondi għad-domanda li tqajmet f’din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja ser tkun meħtieġa ssib bilanċ ġust bejn dawn ir-regoli u rekwiżiti, filwaqt li tiżen id-diversi prinċipji involuti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-atti kontenzjużi, il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-appellant huwa negozjant ta’ nazzjonalità Sirjana, imħarreġ bħala inġinier, u fundatur tal-kumpannija HESCO, speċjalizzata fis-settur taż-żejt u tal-gass.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-appellant kien suġġett għal miżuri restrittivi fil-kuntest tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK). Ismu ġie inkluż fil-lista li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, tal-<DATE ISO="20130531">31 ta’ Mejju 2013</DATE>, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="147" PAGE.FIRST="14" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 147, p. 14</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>, permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/383 tas-<DATE ISO="20150306">6 ta’ Marzu 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="064" PAGE.FIRST="41" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 64, p. 41</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>, kif ukoll fil-lista li tinsab fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-<DATE ISO="20120118">18 ta’ Jannar 2012</DATE> dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="016" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 16, p. 1</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/375<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="064" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 64, p. 10</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>atti tas-<DATE ISO="20150306">6 ta’ Marzu 2015</DATE><QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>). B’mod partikolari, l-Artikolu 28(1) tad-Deċiżjoni 2013/255 jipprovdi għall-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi kollha ta’ persuni u entitajiet li jibbenefikaw mill-politika mħaddna mir-reġim jew li jappoġġawh.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Permezz tal-atti tas-<DATE ISO="20150306">6 ta’ Marzu 2015</DATE>, l-assi tal-appellant ġew iffriżati għar-raġunijiet li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Negozjant Sirjan prominenti, koproprjetarju ta’ HESCO Engineering and Construction Company, kumpanija tal-inġinerija u tal-kostruzzjoni ewlenija fis-Sirja. Huwa għandu rabtiet mill-qrib mar-reġim Sirjan.</P><P>George Haswani jagħti sostenn lir-reġim u jibbenefika minnu permezz tar-rwol tiegħu bħala persuna intermedjarja f’negozjati għax-xiri taż-żejt mill-ISIL mir-reġim Sirjan.</P><P>Huwa jibbenefika wkoll mir-reġim permezz ta’ trattament favorevoli inkluż l-għoti ta’ kuntratt (bħala sottokuntrattur) ma’ Stroytransgaz, kumpannija taż-żejt ewlenija Russa.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20150505">5 ta’ Mejju 2015</DATE>, l-appellant ippreżenta rikors quddiem il-Qorti Ġenerali intiż għall-annullament tal-atti tas-<DATE ISO="20150306">6 ta’ Marzu 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20150528">28 ta’ Mejju 2015</DATE>, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/837, li temenda d-Deċiżjoni 2013/255<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="132" PAGE.FIRST="82" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 132, p. 82</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> li testendi dik id-deċiżjoni sal-<DATE ISO="20160601">1 ta’ Ġunju 2016</DATE> u temenda l-Anness I għal dik id-deċiżjoni. Fl-istess jum, il-Kunsill adotta wkoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/828, li jimplimenta r-Regolament Nru 36/2012<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="132" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 132, p. 3</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>, li jemenda l-Anness II għall-imsemmi regolament (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>atti tat-<DATE ISO="20150528">28 ta’ Mejju 2015</DATE><QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Permezz ta’ nota ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20150623">23 ta’ Ġunju 2015</DATE>, l-appellant adatta t-talba bil-għan li jikseb ukoll l-annullament tal-atti tat-<DATE ISO="20150528">28 ta’ Mejju 2015</DATE> (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>ewwel nota ta’ adattament<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20151012">12 ta’ Ottubru 2015</DATE>, il-Kunsill adotta, minn naħa, id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1836, li temenda d-Deċiżjoni 2013/255<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="266" PAGE.FIRST="75" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 266, p. 75</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>, u, min-naħa l-oħra, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1828, li jemenda r-Regolament Nru 36/2012<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="266" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 266, p. 1</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>atti tat-<DATE ISO="20151012">12 ta’ Ottubru 2015</DATE><QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>). B’mod partikolari, id-Deċiżjoni 2015/1836 iżżid il-paragrafu 2 mal-Artikolu 28 tad-Deċiżjoni 2013/255, fejn huwa ppreċiżat li huma ffriżati l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi li jappartjenu lill-persuni li jaqgħu, b’mod partikolari, fil-kategorija ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>negozjanti ewlenin li joperaw fis-Sirja<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Permezz tal-ittra tad-<DATE ISO="20160429">29 ta’ April 2016</DATE>, il-Kunsill innotifika lill-appellant bl-intenzjoni tiegħu li jżommu fil-listi inkwistjoni kif ukoll il-modifika tal-motivazzjoni użata fir-rigward tiegħu. L-appellant, permezz tal-avukat tiegħu, wieġeb lill-Kunsill bl-ittra datata t-<DATE ISO="20160512">12 ta’ Mejju 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Permezz tal-atti tas-<DATE ISO="20160527">27 ta’ Mejju 2016</DATE>, il-Kunsill inkluda isem l-appellant fl-annessi għall-imsemmija atti għar-raġunijiet li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b’interessi u/jew attivitajiet fis-setturi tal-inġinerija, tal-bini u taż-żejt u l-gass. Għandu interessi fi u/jew għandu influwenza sinifikanti f’għadd ta’ kumpaniji u entitajiet fis-Sirja, b’mod partikolari HESCO Engineering and Construction Company, kumpanija ewlenija tal-inġinerija u tal-bini.</P><P>George Haswani għandu rabtiet mill-qrib mar-reġim Sirjan. Huwa jagħti appoġġ lir-reġim u jgawdi minnu permezz tar-rwol tiegħu bħala medjatur f’negozjati għax-xiri taż-żejt mingħand l-ISIL mir-reġim Sirjan. Huwa jgawdi wkoll mir-reġim permezz ta’ trattament favorevoli inkluż l-għoti ta’ kuntratt (bħala sottokuntrattur) ma’ Stroytransgaz, kumpanija ewlenija taż-żejt Russa.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Permezz ta’ nota ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20160707">7 ta’ Lulju 2016</DATE>, l-appellant talab sabiex jadatta t-talba fl-ewwel istanza sabiex jikseb ukoll l-annullament tal-atti tas-<DATE ISO="20160527">27 ta’ Mejju 2016</DATE> (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>tieni nota ta’ adattament<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> jew it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>tieni talba għal adattament<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Permezz tal-ittra tat-<DATE ISO="20160722">22 ta’ Lulju 2016</DATE>, il-Kunsill ippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu dwar din in-nota.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali, l-ewwel nett, ċaħdet bħala inammissibbli t-tieni talba għal adattament tar-rikors minħabba li t-tieni nota ta’ adattament kellha tiddikjara l-motivi u l-argumenti adattati insostenn tat-talbiet għall-annullament, skont l-Artikolu 86(4) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>B’mod iktar preċiż, il-Qorti Ġenerali, essenzjalment, iddeċidiet, fil-punti 41 sa 47 tas-sentenza appellata, li, peress li l-kuntest ġuridiku dwar il-miżuri restrittivi u/jew il-kriterji għall-elenkar fil-listi nbidlu, kien l-appellant li kellu jadatta l-motivi u l-argumenti tiegħu sabiex jittieħed kont ta’ dan. Issa, skont il-Qorti Ġenerali, dan ir-rekwiżit ma ġiex sodisfatt peress li t-talba għal adattament inkwistjoni sempliċement talbet l-estensjoni tat-talbiet tar-rikors, mingħajr ma pprovdiet spjegazzjoni ulterjuri jew ma invokat punt ta’ fatt u ta’ liġi ġdid, li jqisu l-iżvilupp tal-kuntest ġuridiku applikabbli, b’mod partikolari l-introduzzjoni ta’ kriterji ġodda għall-elenkar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali ċaħdet ukoll bħala infondata t-talba għad-danni ppreżentata mill-appellant, sa fejn l-eżistenza ta’ dannu ma ġietx ipprovata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali laqgħet it-tielet motiv tar-rikors ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni tal-Kunsill u annullat l-atti tas-<DATE ISO="20150306">6 ta’ Marzu 2015</DATE>, kif ukoll l-atti tat-<DATE ISO="20150528">28 ta’ Mejju 2015</DATE>. Skont il-Qorti Ġenerali, l-elementi ppreżentati f’dan il-każ mill-Kunsill ma kinux jikkostitwixxu sensiela ta’ indizji suffiċjentement konkreti, preċiżi u konkordanti li jippermettu li tiġi stabbilita b’mod suffiċjenti l-fondatezza tar-raġunijiet meqjusa kontra l-appellant għall-finijiet tal-liġi, ladarba l-Kunsill ma pproduċiex provi li jistgħu juru l-eżistenza ta’ rabta bejn l-appellant u r-reġim Sirjan.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u t-talbiet tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tiegħu, l-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata inkwantu din tiddikjara inammissibbli t-talba għal annullament tal-atti tas-<DATE ISO="20160527">27 ta’ Mejju 2016</DATE>, inkwantu din tiċħad it-talba għad-danni, u inkwantu tikkundanna lill-appellant ibati, minbarra l-ispejjeż relatati mat-talbiet tiegħu stess, żewġ terzi mill-ispejjeż imġarrba mill-Kunsill;</P></ITEM><ITEM><P>tiddeċiedi l-kawża fuq il-mertu, tordna t-tneħħija ta’ isem l-appellant mill-annessi għall-atti msemmija hawn fuq, u taqta’ l-kawża u tannulla l-atti tat-<DATE ISO="20151012">12 ta’ Ottubru 2015</DATE>;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kunsill għall-ħlas ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">700000</FT> f’danni bħala kumpens għad-danni kollha mġarrba;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u għall-ispejjeż kollha quddiem il-Qorti Ġenerali.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Il-Kunsill jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell bħala manifestament inammissibbli u/jew manifestament infondat;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-appellant għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 172 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni Ewropea, intervenjenti fl-ewwel istanza, ippreżentat risposta li fiha hija ngħaqdet mat-talbiet tal-Kunsill u talbet li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tiċħad l-appell kollu u tikkundanna lill-appellant għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tiegħu, li jirreferi għall-punti 39 sa 47 tas-sentenza appellata, l-appellant iqajjem ħames aggravji. Essenzjalment, tlieta minn dawn l-aggravji jirrigwardaw l-ewwel punt tad-dispożittiv tas-sentenza appellata u jilmentaw li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 86(4) u (5) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha billi ċaħdet bħala inammissibbli t-tieni talba għal adattament. Ir-raba’<?PAGE NO="5"?> aggravju jitlob l-annullament tal-atti tat-<DATE ISO="20151012">12 ta’ Ottubru 2015</DATE> u li jingħata l-kumpens mitlub fl-ewwel istanza, filwaqt li l-ħames aggravju jirrigwarda r-raba’ u l-ħames punti tad-dispożittiv tas-sentenza appellata inkwantu l-Qorti Ġenerali kkundannat lill-appellant għall-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll għal parti mill-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Hawnhekk ser niffoka fuq l-eżami tal-ewwel tliet aggravji, li nqis li għandhom jiġu milqugħa. Min-naħa l-oħra, ir-raba’ aggravju, li permezz tiegħu l-appellant jitlob l-annullament tal-atti tat-<DATE ISO="20151012">12 ta’ Ottubru 2015</DATE>, jidhirli li huwa manifestament inammissibbli, peress li dawn l-atti ma ġewx ikkontestati fl-ewwel istanza. L-eżitu tal-ħames motiv, min-naħa l-oħra, jiddependi essenzjalment mill-kwistjoni dwar jekk l-appell quddiem il-Qorti Ġenerali jistax jinqata’ mill-Qorti tal-Ġustizzja jew le. Nindika minn issa li jidhirli li l-kawża ma hijiex fi stat li tiġi deċiża. Għaldaqstant, jiena tal-fehma li għandha tiġi rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali u li l-ispejjeż jiġu rriżervati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Nippreċiża li din il-proposta hija valida għall-ispejjeż relatati mal-proċedura dwar it-tieni talba għal adattament tar-rikors, li kienu s-suġġett tal-punt 5 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata. Għandu jiġi rrilevat li, fir-raba’ kap tat-talbiet, l-appellant jitlob ukoll l-annullament tal-punt 4 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata inkwantu jikkundanna lill-appellant ibati żewġ terzi mill-ispejjeż tiegħu tal-proċedura dwar l-atti tas-<DATE ISO="20150306">6 ta’ Marzu 2015</DATE> u tat-<DATE ISO="20150528">28 ta’ Mejju 2015</DATE>. Issa, billi tali atti ġew annullati mill-Qorti Ġenerali, ir-rikorrent ma jistax, taħt piena ta’ inammissibbiltà, jikkontesta biss, fl-istadju tal-appell, id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali dwar l-oneru u l-ammont tal-ispejjeż ta’ dik il-parti tal-proċedura li tikkonċerna l-legalità ta’ atti bħal dawn, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Mhux se nirreferi aktar għal dan il-punt f’dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel tliet aggravji, ibbażati fuq ksur tal-Artikolu 86(4) u (5) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Sunt tal-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>L-appellant jesponi li l-Artikolu 86(4) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali ma jippermettix lil din tal-aħħar tiddeċiedi dwar l-inammissibbiltà tat-tieni talba għal adattament. Kuntrarjament għall-Artikolu 86(5) ta’ dawn ir-Regoli tal-Proċedura, il-paragrafu 4 ta’ dak l-Artikolu bl-ebda mod ma jipprevedi li l-elementi li huma mistennija min nota ta’ adattament huma preskritti taħt piena ta’ inammissibbiltà. L-appellant isostni li l-Qorti Ġenerali ma tistax tiċħad it-talbiet ta’ nota ta’ adattament mingħajr ma teżamina jekk ir-rikorrent irċeviex jew le talba għal regolarizzazzjoni mingħand ir-Reġistratur. Sabiex wasal għal din il-konklużjoni, l-appellant jestendi għall-Artikolu 86(4) l-obbligu espliċitu tal-paragrafu 5 tal-istess artikolu, li jgħid li r-Reġistratur għandu jitlob ir-regolarizzazzjoni tan-nuqqas ta’ preżentazzjoni tal-att li jiġġustifika l-adattament qabel ma l-Qorti Ġenerali tiddikjara, jekk ikun il-każ, l-inammissibbiltà tan-nota ta’ adattament. Barra minn hekk, l-appellant isostni li l-frażi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>jekk ikun il-każ<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, li tinsab fl-Artikolu 86(4)(b) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, tfisser li n-nota ta’ adattament irid ikun fiha l-motivi u l-argumenti adattati biss meta dawn ikunu meħtieġa, jiġifieri biss meta d-deċiżjonijiet ikkontestati jkunu sostanzjalment differenti, lil hinn minn sempliċi differenzi ta’ formulazzjoni. Issa, dan ma huwiex il-każ fil-kawża preżenti. Fil-fatt, fl-opinjoni tal-appellant, l-emenda tar-raġunijiet għall-elenkar, li seħħet fid-dokumenti tas-<DATE ISO="20160527">27 ta’ Mejju 2016</DATE>, ma kinitx teħtieġ l-adattament ulterjuri tal-motivi u tal-argumenti esposti fil-kuntest tar-rikors fl-ewwel istanza, kuntrarjament għal dak li ddeċidiet il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Preliminarjament, il-Kunsill, sostnut mill-Kummissjoni, jallega li l-appellant ma jispeċifikax biżżejjed skont il-liġi d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li l-Qorti Ġenerali hija allegata li kisret, u dan iwassal għall-inammissibbiltà tal-ewwel tliet aggravji. Il-Kummissjoni żżid li, meta jsostni li r-raġunijiet għall-elenkar ma nbidlux, l-appellant għandu l-għan li jikkontesta l-evalwazzjoni tal-fatti magħmula mill-Qorti Ġenerali, xi ħaġa li hija inammissibbli fl-istadju ta’ appell.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-mertu, skont il-Kunsill, il-kwistjoni tar-regolarizzazzjoni prevista fl-Artikolu 86(5) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali ma tqumx li kieku t-tieni nota ta’ adattament kienet akkumpanjata mill-atti li jiġġustifikaw l-adattament tar-rikors u li, għaldaqstant, eventwali regolarizzazzjoni ma kinitx meħtieġa. Barra minn hekk, mill-Artikolu 86(4) tal-imsemmija regoli jirriżulta li hija l-persuna kkonċernata li għandha l-obbligu li tippreżenta l-motivi u l-argumenti adattati <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>jekk ikun il-każ<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>. Dan l-obbligu għandu jiġi applikat fuq bażi ta’ każ b’każ, u dan jippreżupponi evalwazzjoni, mill-Qorti Ġenerali, fil-mertu tal-bżonn li jiġu ppreżentati motivi u argumenti adattati. F’dan ir-rigward, il-Kunsill iqis li, peress li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-kriterji u r-raġunijiet għall-elenkar tal-appellant kienu ġew emendati permezz tal-adozzjoni tal-atti msemmija mit-tieni nota ta’ adattament tal-appellant, kien dan tal-aħħar li kellu l-obbligu li jippreżenta l-motivi u l-argumenti adattati għal emenda tal-kuntest ġuridiku applikabbli. Għalhekk, fit-tieni nota ta’ adattament l-appellant kellu jippreżenta argumenti li setgħu jiftħu dibattitu dwar il-mertu fir-rigward tal-legalità tal-atti tas-<DATE ISO="20160527">27 ta’ Mejju 2016</DATE> u jippermetti lill-Kunsill jipprepara d-difiża tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Filwaqt li taqbel mal-Kunsill, il-Kummissjoni żżid li l-appellant, fit-tieni nota ta’ adattament tiegħu, naqas milli jwettaq l-obbligu tiegħu ta’ diliġenza billi ppreżenta nota partikolarment inkompleta li bl-ebda mod ma tissodisfa r-rekwiżiti imposti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Evalwazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Preliminarjament, l-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà tal-appell imqajma mill-Kunsill u mill-Kummissjoni għandhom jiġu miċħuda malajr. Fir-rigward ta’ dik esposta mill-Kunsill, ma hemmx dubju li permezz tal-ewwel tliet aggravji, l-appellant jikkritika lill-Qorti Ġenerali talli interpretat ħażin l-Artikolu 86(4) u (5) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, meta ddeċidiet, fil-punti 39 sa 47 tas-sentenza appellata, li t-tieni talba għal adattament kellha tiġi kkunsidrata bħala inammissibbli minħabba li ma kinitx tinkludi motivi u argumenti adattati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>L-oġġezzjoni magħmula mill-Kummissjoni, li tgħid li l-appellant sempliċiment jikkontesta l-konstatazzjoni fattwali tal-Qorti Ġenerali li tgħid li l-kuntest ġuridiku u r-raġunijiet individwali għall-elenkar tal-appellant fil-listi kienu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>modifikati<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, lanqas ma hija konvinċenti. F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-appellant jikkritika, essenzjalment, il-konsegwenzi legali li l-Qorti Ġenerali siltet mill-introduzzjoni ta’ kriterji ġodda għall-elenkar u mill-emenda tar-raġunijiet tal-elenkar ta’ ismu fil-listi għall-finijiet tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 86(4) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. Fi kliem ieħor, l-appellant jikkunsidra li l-konstatazzjoni ta’ emenda tal-kuntest ġuridiku rilevanti u tar-raġunijiet għall-elenkar individwali ma hijiex biżżejjed sabiex tiġi miċħuda nota ta’ adattament ta’ rikors li ma jkunx fiha motivi u argumenti adattati, skont l-Artikolu 86(4) tal-imsemmija regoli. Din il-kwistjoni hija ċertament kwistjoni ta’ dritt, li taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tal-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-osservazzjonijiet preliminari, niġi għall-qalba tal-kawża rrinvijata lill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza, it-talbiet tal-partijiet huma bħala prinċipju kkaratterizzati mill-immutabbiltà tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara s-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>HX vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-423/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:848">EU:C:2017:848</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja madankollu ammettiet, minn tal-inqas, eċċezzjoni għal dan il-prinċipju, jiġifieri l-possibbiltà għall-partijiet li jadattaw it-talbiet u l-motivi tagħhom meta l-att ikkontestat huwa, fil-mori tal-kawża, issostitwit jew emendat permezz ta’ att ġdid, li għandu l-istess għan<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030410">10 ta’ April 2003</DATE>, <NAME.CASE>Hendrickx vs Cedefop</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-217/01 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:226">EU:C:2003:226</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Din l-eċċezzjoni hija ġustifikata għall-finijiet ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u l-ħtieġa ta’ ekonomija tal-ġudizzju, biex jiġi evitat li r-rikorrent ikollu jippreżenta rikors ġdid. Barra minn hekk, hija bbażata wkoll fuq il-fatt li jkun inġust li l-istituzzjoni inkwistjoni tkun tista’, sabiex tikkonfronta l-kritika magħmula f’rikors ippreżentat kontra att quddiem Qorti tal-Unjoni, timmodifika l-att ikkontestat jew tibdlu b’att ieħor u tinqeda, fil-mori tal-kawża, minn din il-modifika jew minn dan il-bdil sabiex iċċaħħad lill-parti l-oħra mill-possibbiltà li testendi t-talbiet u l-motivi inizjali tagħha għall-att li jsir wara jew mill-possibbiltà li tippreżenta talbiet u motivi addizzjonali kontrih<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19820303">3 ta’ Marzu 1982</DATE>, <NAME.CASE>Alpha Steel vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>14/81</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1982:76">EU:C:1982:76</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0008">8</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19880714">14 ta’ Lulju 1988</DATE>, <NAME.CASE>Stahlwerke Peine-Salzgitter vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>103/85</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1988:398">EU:C:1988:398</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0011">11</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170125">25 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Almaz-Antey Air and Space Defence vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T-255/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:25">EU:T:2017:25</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Kif diġà kkonstatat il-Qorti tal-Ġustizzja, l-Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali jikkostitwixxi l-kodifikazzjoni tal-ġurisprudenza ċċitata iktar ’il fuq dwar din l-eċċezzjoni għall-prinċipju tal-immutabbiltà<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>HX vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-423/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:848">EU:C:2017:848</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Fil-fatt l-Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali jiddikjara li, meta att li jkun qiegħed jintalab l-annullament tiegħu jiġi ssostitwit jew emendat b’att ieħor li jkollu l-istess suġġett, ir-rikorrent jista’, qabel l-għeluq tal-fażi orali tal-proċedura jew qabel ma l-Qorti Ġenerali tiddeċiedi li taqta’ l-kawża mingħajr il-fażi orali tal-proċedura, jadatta r-rikors sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni dan l-element ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Dan l-artikolu jippreċiża, fil-paragrafu 4 tiegħu, li n-nota ta’ adattament għandha tinkludi mhux biss it-talbiet adattati, iżda wkoll <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/><HT TYPE="ITALIC">jekk ikun il-każ</HT>, il-motivi u l-argumenti adattati<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Korsiv miżjud minni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont l-Artikolu 86(5) tar-Regoli tal-Proċedura, in-nota ta’ adattament għandha jkollha magħha l-att li jiġġustifika l-adattament tar-rikors. Jekk dan l-att ma jiġix prodott, ir-Reġistratur għandu jiffissa għar-rikorrent terminu raġonevoli għall-produzzjoni tiegħu. Fin-nuqqas ta’ din ir-regolarizzazzjoni fit-terminu mogħti, il-Qorti Ġenerali għandha tiddeċiedi jekk in-nuqqas ta’ osservanza ta’ dan ir-rekwiżit jimplikax l-inammissibbiltà tan-nota li tadatta r-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, skont il-paragrafu 6 ta’ dan l-istess artikolu, il-President għandu jiffissa terminu għall-konvenut sabiex jippreżenta risposta għan-nota ta’ adattament, <HT TYPE="ITALIC">bla ħsara għad-deċiżjoni li għad tkun trid tingħata mill-Qorti Ġenerali dwar l-ammissibbiltà tan-nota li tadatta r-rikors</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fl-ewwel u t-tieni aggravji</HT>, l-appellant isostni, b’riferiment għall-Artikolu 86(5) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, li din tal-aħħar ma setgħetx tiddikjara t-tieni talba għal adattament tar-rikors inammissibbli minħabba li n-nuqqas ta’ preżentazzjoni ta’ motivi u argumenti adattati ma huwiex sanzjonat b’mod espliċitu bl-inammissibbiltà. Sussidjarjament, l-appellant isostni li, anki jekk jitqies li l-Qorti Ġenerali tista’ tiddikjara l-inammissibbiltà tat-tieni talba għal adattament minħabba l-assenza ta’ motivi u argumenti rilevanti, il-Qorti Ġenerali xorta kellha tistieden minn qabel lill-appellant jirregolarizza l-imsemmija talba, skont l-Artikolu 86(5) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Din it-teżi ma tikkonvinċinix.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-argument żviluppat b’mod prinċipali, inqis li l-appellant qed jaqra parzjalment l-Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. Fil-fatt, il-paragrafu 6 ta’ dan l-artikolu jagħti lill-Qorti Ġenerali l-possibbiltà li tiddikjara l-inammissibbiltà tan-nota ta’ adattament tar-rikors, anki jekk din in-nota tkun ġiet innotifikata lill-konvenut, għal kwalunkwe raġuni oħra minbarra dik tal-ommissjoni li jiġi prodott l-att li jiġġustifika l-adattament tar-rikors prevista fl-Artikolu 86(5) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. Fi kliem ieħor, meta jindika li l-Qorti<?PAGE NO="8"?> Ġenerali tistieden lill-konvenut iwieġeb għan-nota ta’ adattament <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>bla ħsara għad-deċiżjoni li għad tkun trid tingħata mill-Qorti Ġenerali dwar l-ammissibbiltà tan-nota li tadatta r-rikors<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, l-Artikolu 86(6) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali japplika neċessarjament għall-każijiet l-oħrajn kollha minbarra dak li huwa speċifikament irregolat mill-paragrafu 5 tal-imsemmi artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Li s-setgħa tal-Qorti Ġenerali li tiddikjara n-nota ta’ adattament tar-rikors inammissibbli tiġi limitata, kif isostni l-appellant, għas-sempliċi ipoteżi msemmija fl-Artikolu 86(5) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, jkun ifisser, pereżempju, li ma tkunx tista’ tiddikjara inammissibbli tali nota li tkun ġiet ippreżentata bi ksur tat-terminu previst fis-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, kif huwa msemmi fl-Artikolu 86(2) tal-imsemmija Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Ma nemminx li din kienet l-intenzjoni tal-Kunsill meta adotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Barra minn hekk, anki kieku din kienet ir-rieda tal-Kunsill, sa fejn id-dispożizzjonijiet li jirregolaw it-termini għall-preżentata ta’ rikors ġudizzjarju huma ta’ ordni pubbliku u ma humiex fid-dispożizzjoni tal-partijiet, ir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali jistgħu jitqiesu inkompatibbli mal-Artikolu 263(6) TFUE.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>L-Artikolu 86(6) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali għandu għalhekk jiġi interpretat, fil-fehma tiegħi, bħala li jawtorizza lill-Qorti Ġenerali tiddeċiedi fuq l-ammissibbiltà tan-nota li tadatta t-talba minħabba kwalunkwe nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-imsemmi artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-argument tal-appellant żviluppat sussidjarjament, bil-kontra ta’ dak li dan tal-aħħar jallega, ma naħsibx li wieħed jista’ jibbaża argument fuq l-Artikolu 86(5) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali sabiex jobbliga lil din tal-aħħar, qabel ma tiddikjara inammissibbli nota ta’ adattament ta’ rikors, tistieden lill-appellant sabiex jirrimedja jew jikkoreġi n-nota tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Ċertament, stedina bħal din mill-Qorti Ġenerali ma hijiex limitata għall-każ tan-nuqqas ta’ preżentazzjoni tal-att li jiġġustifika l-adattament tar-rikors previst espressament fl-Artikolu 86(5) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Fil-fatt, fis-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>HX vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-423/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:848">EU:C:2017:848</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja annullat sentenza tal-Qorti Ġenerali li permezz tagħha din kienet iddikjarat inammissibbli talba għal adattament tar-rikors għar-raġuni li din ma ġietx ippreżentata permezz ta’ att separat b’mod konformi mal-Artikolu 86(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. B’hekk il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, jekk il-Qorti Ġenerali kienet tal-fehma li t-talba għall-adattament tar-rikors ippreżentata oralment matul is-seduta quddiem il-Qorti Ġenerali ma kinitx tosserva l-kundizzjonijiet formali previsti fir-Regoli tal-Proċedura tagħha, hija kellha f’tali każ, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>minn tal-inqas, tindika dan l-iżball lill-appellant u tagħtih l-opportunità li jirrimedjah<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Mingħajr ma l-Qorti tal-Ġustizzja eskludiet il-possibbiltà li l-Qorti Ġenerali tissanzjona n-nuqqas ta’ osservanza ta’ tali rekwiżit formali, previst mir-Regoli tal-Proċedura tagħha, permezz ta’ dikjarazzjoni ta’ inammissibbiltà tan-nota ta’ adattament tar-rikors, madankollu hija ssuġġettat din il-possibbiltà għall-obbligu tal-Qorti Ġenerali li qabel tistieden lir-rikorrent jirregola jew jirrettifika t-talba tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Madankollu, dak li huwa validu għal estensjoni għal rekwiżiti ta’ forma oħra differenti minn dak tal-Artikolu 86(5) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, ma jistax, fil-fehma tiegħi, jiġi traspost għall-kontenut tan-nota ta’ adattament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Fil-fatt, bħalma l-Qorti Ġenerali ma tistax tistieden lil rikorrent jestendi l-portata tat-talbiet tiegħu għal att ġdid li dan ir-rikorrent naqas milli jadatta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>F’dan ir-rigward, jiena ma naqbilx mal-<HT TYPE="ITALIC">obiter dictum</HT> li jirriżulta mill-punt 42 tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170531">31 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>DEI vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-228/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:409">EU:C:2017:409</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), fejn il-Qorti tal-Ġustizzja, b’riferiment għall-Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, indikat li din tal-aħħar <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>setgħet<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> tistaqsi lill-appellanti f’din il-kawża jekk, wara l-intervent ta’ deċiżjoni konfermattiva, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>hija kellhiex l-intenzjoni tadatta t-talbiet tagħha<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> għall-annullament ta’ deċiżjoni preċedenti u tressaqhom ukoll kontra d-deċiżjoni konfermattiva. Fil-fatt, minn naħa, kif jirriżulta b’mod ċar mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest partikolari ta’ din il-kawża, il-Qorti Ġenerali kienet adita b’żewġ rikorsi separati, wieħed kontra l-ewwel deċiżjoni (Kawża T-639/14, li kienet is-suġġett tal-appell fil-Kawża C-228/16 P) u l-ieħor kontra d-deċiżjoni konfermattiva (kawża T-352/15). Madankollu, ladarba l-Qorti Ġenerali hija adita b’żewġ rikorsi distinti kontra atti li jkollhom l-istess suġġett, ma tibqax kwistjoni ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, iżda tat-tgħaqqid eventwali taż-żewġ rikorsi. Min-naħa l-oħra, il-Qorti Ġenerali ma tistax tadixxi lilha nfisha bit-talbiet għal annullament. Fi kliem ieħor, il-Qorti Ġenerali tiskopri biss l-eżistenza ta’ att li jemenda jew jissostitwixxi att preċedenti, li għandhom l-istess suġġett, jekk din tkun ġiet adita preċedentement jew b’talbiet għal annullament f’rikors awtonomu, skont l-Artikolu 76 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, jew b’talbiet ta’ adattament, skont l-Artikolu 86 ta’ dak ir-regolament. Konsegwentement, fl-ewwel ipoteżi, kif indikat hawn fuq, il-kawża ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, u ma hemmx lok li din tistieden lir-rikorrenti sabiex tadatta t-talbiet tagħha. Bl-istess mod, fit-tieni ipoteżi, ma hemm l-ebda bżonn li tistieden lir-rikorrenti sabiex tadatta t-talbiet tagħha, peress li talba għal adattament diġà ġiet ippreżentata.</P></NOTE>, u għalhekk li jikkontesta, lanqas ma tista’ titlob lil dan ir-rikorrent jadatta l-motivi u l-argumenti tiegħu, anki jekk dan naqas milli jadattahom, volontarjament jew le.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Dan l-approċċ jirriżulta mir-rwol tal-qorti tal-Unjoni fis-sistema tal-kontenzjuż tal-legalità tal-atti tal-Unjoni. Infakkar li din is-sistema hija kkaratterizzata mill-prinċipju dispożittiv li jipprevedi li huma l-partijiet li għandhom l-inizjattiva tal-proċess u li jiddeterminaw is-suġġett tal-kawża, u l-qorti għandha, konsegwentement, tiddeċiedi fuq dak kollu li tintalab u biss fuq dak li tintalab<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara l-punt 84 tal-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>British Airways vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-122/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:406">EU:C:2017:406</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) li għaliha tagħmel riferiment il-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 87 tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171114">14 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>British Airways vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-122/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:861">EU:C:2017:861</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Il-prinċipju dispożittiv huwa espress preċiżament f’regoli differenti dwar il-proċedura quddiem il-qrati tal-Unjoni, b’mod partikolari fl-Artikolu 21 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 120(c) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja u fl-Artikolu 76(d) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, li jipprovdu li l-qrati tal-Unjoni jiġu aditi b’rikors li għandu jindika, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-suġġett tal-kawża, it-talbiet u sunt tal-motivi invokati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>British Airways vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-122/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:406">EU:C:2017:406</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) kif ukoll, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171114">14 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>British Airways vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-122/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:861">EU:C:2017:861</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0086">86</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Huwa ċar, fil-fehma tiegħi, li dan l-istess prinċipju huwa espress ukoll fl-Artikolu 86(4) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, li jelenka l-elementi li n-nota ta’ adattament għandha tinkludi, bħall-Artikolu 76 tar-Regoli tal-Proċedura, fir-rigward tal-introduzzjoni tar-rikors. Dan ifisser li l-Qorti Ġenerali ma tistax, mingħajr ma tikser l-awtonomija tal-partijiet kif ukoll il-prinċipju ta’ bilanċ istituzzjonali, tistieden rikorrent jirregolarizza n-nota tiegħu ta’ adattament tar-rikors sabiex jadatta l-motivi u l-argumenti tiegħu, anki jekk dan tal-aħħar inizjalment ikun qies li dan ma kienx meħtieġ. Fl-aħħar mill-aħħar, il-kwistjoni dwar jekk u sa fejn rikorrent jinvoka d-drittijiet tiegħu quddiem il-qorti jiddependi ħafna mir-rieda tiegħu, u ma huwiex il-kompitu tal-qorti tal-Unjoni li jissostitwixxih.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-kompetenza tal-Qorti Ġenerali li tiddikjara inammissibbli nota ta’ adattament tar-rikors li ma jkunx fiha l-motivi u l-argumenti adattati, ma hijiex suġġetta għal stedina minn qabel sabiex ir-rikorrent jirregolarizza l-imsemmija nota.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Iżda din il-kompetenza ma tfissirx li l-Qorti Ġenerali tista’ tiċħad immedjatament kwalunkwe nota ta’ adattament tar-rikors li ma tkunx tinkludi motivi u argumenti adattati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont l-Artikolu 86(4)(b) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, din il-kompetenza hija suġġetta għall-verifika minn din tal-aħħar ta’ jekk kienx hemm lok li dawn il-motivi u l-argumenti adattati jiġu ppreżentati.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Kif sostnew kemm ir-rikorrent <HT TYPE="ITALIC">fit-tielet aggravju tiegħu</HT> kif ukoll il-Kunsill, il-kwistjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>jekk ikun il-każ<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, fis-sens tal-Artikolu 86(4)(b) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, teħtieġ l-eżami, f’kull każ partikolari, tal-ħtieġa għar-rikorrent li jagħmel dan l-adattament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ara wkoll f’dan is-sens, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>HX vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-423/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:493">EU:C:2017:493</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Dan il-kriterju ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>neċessità<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> għandu jinftiehem fid-dawl tal-għanijiet tal-Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. Fil-fatt, ikun kuntrarju għall-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u tal-ekonomija tal-ġudizzju li r-rikorrent, <HT TYPE="ITALIC">li jkun adatta t-talbiet tiegħu</HT>, jintalab jirrepeti fin-nota ta’ adattament tar-rikors motivi u argumenti identiċi għal dawk żviluppati kontra l-att ikkontestat inizjalment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>F’din il-perspettiva, il-preżentazzjoni ta’ motivi u ta’ argumenti adattati hija neċessarja meta, għalkemm ikollu l-istess għan<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Naturalment jekk l-att sussegwenti ma jkollux l-istess għan tal-att ikkontestat inizjalment, għandu jiġi ppreżentat rikors promotur ġdid skont l-Artikolu 76(d) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.</P></NOTE>, l-att li jiġġustifika l-adattament tar-rikors ikollu differenzi sostanzjali mill-att ikkontestat inizjalment u mhux differenzi purament formali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara, f’dan is-sens, ir-raġunament żviluppat mill-Qorti Ġenerali fil-punti 61 sa 73 tas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160128">28 ta’ Jannar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Klyuyev vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T-341/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:47">EU:T:2016:47</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fil-fatt, jekk l-att sussegwenti jkun fih biss differenzi purament formali mill-att ikkontestat inizjalment, l-estensjoni impliċita tal-motivi u tal-argumenti mqajma kontra dan tal-aħħar, li tirriżulta mill-adattament espliċita tat-talbiet, hija biżżejjed.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ u fl-ewwel lok, mingħajr ma huwa kkontestat li l-atti inkwistjoni għandhom l-istess għan, mis-sentenza appellata jirriżulta li l-Qorti Ġenerali sempliċement irrilevat jew ikkonstatat li <HT TYPE="ITALIC">r-raġunijiet għall-elenkar</HT> tar-rikorrent kienu ġew emendati, mingħajr ma spjegat kif, minn naħa, l-atti tas-<DATE ISO="20150306">6 ta’ Marzu 2015</DATE> (l-atti inizjalment ikkontestati) u dawk tat-<DATE ISO="20150528">28 ta’ Mejju 2015</DATE> (l-atti li kienu s-suġġett tal-ewwel talba ta’ adattament) u, min-naħa l-oħra, l-atti tas-<DATE ISO="20160527">27 ta’ Mejju 2016</DATE> (li kienu s-suġġett tat-tieni talba għal adattament) kienu sostanzjalment differenti b’tali mod li jeħtieġu l-produzzjoni ta’ motivi u argumenti adattati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Fil-fatt, fil-punt 42 tal-istess sentenza, il-Qorti Ġenerali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>osservat<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>r-raġunijiet għall-elenkar u għaż-żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi inkwistjoni inbidlu<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, u illimitat ruħha li tikkwota, <HT TYPE="ITALIC">in extenso</HT> f’dak il-punt u fil-punt 43 tas-sentenza appellata, iż-żewġ verżjonijiet tar-raġunijiet individwali kontra r-rikorrent li kienu jiġġustifikaw l-inklużjoni tiegħu fil-listi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Issa, il-Qorti Ġenerali ma identifikat l-ebda differenza sostanzjali bejn ir-raġunijiet individwali kontra r-rikorrent użati fl-atti tas-6 ta’ Marzu u tat-<DATE ISO="20150528">28 ta’ Mejju 2015</DATE> minn naħa, u f’dawk tas-<DATE ISO="20160527">27 ta’ Mejju 2016</DATE>, min-naħa l-oħra. Barra minn hekk, is-sempliċi qari ta’ dawn il-kwotazzjonijiet, li huma riprodotti fil-punti 9 u 15 ta’ dawn il-konklużjonijiet, ma jindika l-ebda differenza sostanzjali bejn dawn ir-raġunijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>L-identifikazzjoni ta’ tali differenza sostanzjali bejn ir-raġunijiet individwali tal-elenkar tar-rikorrent kienet iktar u iktar importanti, fil-fehma tiegħi, ladarba l-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-Kunsill la kien issostanzja r-rwol ta’ intermedjarju tar-rikorrent fit-tranżazzjonijiet tax-xiri taż-żejt u l-eżistenza ta’ rabta bejn ir-rikorrent u r-reġim Sirjan u lanqas ma kien ipprovda biżżejjed preċiżjoni fir-rigward tal-kuntratt konkluż mal-kumpannija Stroytransgaz, raġunijiet li huwa stabbilit li huma indikati kemm fl-atti tas-6 ta’ Marzu u tat-<DATE ISO="20150528">28 ta’ Mejju 2015</DATE>, li l-Qorti Ġenerali annullat, kif ukoll f’dawk tas-<DATE ISO="20160527">27 ta’ Mejju 2016</DATE> li ġġustifikaw t-tieni talba għal adattament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, jekk qed nifhem tajjeb ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali, jidher li sempliċi modifika tal-<HT TYPE="ITALIC">kuntest ġuridiku</HT>, wara l-preżentata tar-rikors, tista’ tkun biżżejjed biex ir-rikorrent ikollu jadatta l-motivi u l-argumenti tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Fil-fatt, fil-punt 41 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali l-ewwel nett ikkonstatat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>li l-kuntest ġuridiku tal-miżuri restrittivi ġie emendat<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> permezz tal-atti tat-<DATE ISO="20151012">12 ta’ Ottubru 2015</DATE>. Imbagħad, fil-punt 44 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali rrilevat mill-ġdid u fakkret li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>ir-raġunijiet oriġinarjament użati […] ġew emendati u ssostitwiti bir-raġunijiet imsemmija fl-Annessi<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> għall-atti tas-<DATE ISO="20160527">27 ta’ Mejju 2016</DATE>, billi indikat li dawn l-atti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>jieħdu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, il-kriterji ta’ elenkar miżjuda<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> bl-atti tat-<DATE ISO="20151012">12 ta’ Ottubru 2015</DATE> <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>b’mod partikolari dak […] dwar l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi li jappartjenu lil negozjanti ewlenin li joperaw fis-Sirja […]<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>. Minn dan, hija kkonkludiet, fil-punt 45 tas-sentenza appellata, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>[billi l-atti tat-<DATE ISO="20151012">12 ta’ Ottubru 2015</DATE>] ġew adottati […] wara l-preżentata tar-rikors, ir-rikorrent ma setax jieħu inkunsiderazzjoni, fir-rikors, il-kriterji ta’ elenkar introdotti minn dawn l-atti biex jikkontesta r-raġunijiet adottati fil-konfront tiegħu f[l-atti tas-<DATE ISO="20160527">27 ta’ Mejju 2016</DATE>]. Għalhekk, sabiex jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 86(4) tar-Regoli tal-Proċedura, ir-rikorrent kellu jadatta l-motivi u l-argumenti tiegħu sabiex jiħu inkunsiderazzjoni l-imsemmija kriterji ta’ elenkar<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Issa, f’ebda mument fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ma tispjega, u lanqas ma turi <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> li l-emenda tal-kriterji tal-elenkar wasslet għal differenza sostanzjali tar-raġunijiet għall-elenkar u għaż-żamma ta’ isem tar-rikorrent fil-listi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali bl-ebda mod ma tispjega r-rabta bejn l-Artikolu 28(1) tad-Deċiżjoni 2013/255 li jindika li għandhom jiġu ffriżati l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>persuni […] li jibbenefikaw minn jew li jappoġġaw ir-reġim<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, u l-Artikolu 28(2) ta’ dik id-deċiżjoni, miżjud permezz tad-Deċiżjoni 2015/1836 tat-<DATE ISO="20151012">12 ta’ Ottubru 2015</DATE>, li jispeċifika li huma ffriżati b’mod partikolari l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>negozjanti ewlenin li joperaw fis-Sirja<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Tali spjegazzjoni kienet tkun, fil-fehma tiegħi, partikolarment neċessarja, fid-dawl tal-fatt li, minn naħa, il-Qorti Ġenerali annullat l-atti tas-<DATE ISO="20150306">6 ta’ Marzu 2015</DATE> u tat-<DATE ISO="20150528">28 ta’ Mejju 2015</DATE>, minħabba li l-Kunsill ma kien ipproduċa ebda prova li tista’ ssostni jew li tikkorrobora l-eżistenza ta’ rabta bejn ir-rikorrent u r-reġim Sirjan, jiġifieri, finalment, minħabba l-ksur tal-Artikolu 28(1) tad-Deċiżjoni 2013/255 u, min-naħa l-oħra, li n-natura <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>ewlenija<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> tan-negozjanti msemmija fl-Artikolu 28(2) ta’ dik id-deċiżjoni, tista’ tkun biss sempliċi preċiżazzjoni tar-rabta meħtieġa bejn il-persuna kkonċernata u r-reġim Sirjan, kif stabbilit fil-paragrafu 1 tal-imsemmi artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Għalhekk ma kienx biżżejjed li l-kriterji għall-elenkar ġew emendati wara l-preżentata tar-rikors biex l-appellant kellu jadatta l-motivi u l-argumenti tiegħu. Deċiżjoni mod ieħor, bħal dak li ħadet il-Qorti Ġenerali, tkun tfisser li kull nota ta’ adattament ‐, li b’definizzjoni, hija introdotta wara l-adozzjoni ta’ att li seħħ wara l-preżentata tar-rikors ‐ għandha tinkludi motivi u argumenti adattati, li huwa ċertament kuntrarju għall-kliem (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>jekk ikun il-każ<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>) u għall-għanijiet tal-Artikolu 86(4) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Għalhekk, fil-fehma tiegħi, il-Qorti Ġenerali ma mmotivatx biżżejjed id-deċiżjoni tagħha, fil-punt 46 tas-sentenza appellata, li r-rikorrent kellu jipprovdi, fir-rigward tal-motivi għal annullament insostenn tar-rikors, spjegazzjonijiet u punti ta’ fatt u ta’ dritt ġodda, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>b’kont meħud tal-evoluzzjoni tal-kuntest ġuridiku applikabbli, b’mod partikolari tal-introduzzjoni ta’ kriterji ġodda ta’ elenkar u tal-emenda tar-raġunijiet allegati fil-konfront tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, nipproponi li l-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata jiġi annullat sa fejn dan jiċħad bħala inammissibbli t-tieni talba għal adattament tar-rikors ippreżentat mill-appellant fl-ewwel istanza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ aggravju</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tar-raba’ aggravju tiegħu, l-appellant jitlob, fl-ewwel lok, li tiġi kkonstatata l-illegalità tal-atti tat-<DATE ISO="20151012">12 ta’ Ottubru 2015</DATE> li jiġu ffriżati l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>negozjanti ewlenin li joperaw fis-Sirja<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, peress li kwalifika daqstant wiesgħa u vaga, li tinkludi numru daqshekk kbir ta’ persuni hija manifestament kuntrarja għall-Kapitolu VI tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Fit-tieni lok, huwa jitlob li jingħata kumpens ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">700000</FT> bħala kumpens għal kull dannu mġarrab.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, dawn it-talbiet huma b’mod ċar, inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel waħda, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 170(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-appell ma jistax ibiddel is-suġġett tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita, il-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’appell hija limitata għal evalwazzjoni tas-soluzzjoni legali mogħtija fir-rigward tal-motivi diskussi quddiem il-qrati tal-ewwel istanza. Għalhekk parti ma tistax tqajjem għall-ewwel darba quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja motiv li hija ma tkunx qajmet quddiem il-Qorti Ġenerali, peress li dan ikun ifisser li din il-parti titħalla tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li l-kompetenza tagħha fil-qasam ta’ appell hija limitata, tilwima iktar estiża minn dik li tressqet quddiem il-Qorti Ġenerali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170713">13 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Saint-Gobain Glass Deutschland vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-60/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:540">EU:C:2017:540</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat, kif sostna ġustament il-Kunsill, li l-annullament mitlub tal-atti tat-<DATE ISO="20151012">12 ta’ Ottubru 2015</DATE> ma ntalabx fl-ewwel istanza. Għaldaqstant, dan l-ilment tar-raba’ aggravju huwa inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>L-istess jgħodd fir-rigward tat-talba għal kumpens. Fil-fatt, l-appellant bl-ebda mod ma kkontesta r-raġunijiet li għalihom il-Qorti Ġenerali, fil-punt 89 tas-sentenza appellata, ċaħdet it-talba tiegħu għall-kumpens għad-danni allegatament imġarrba, ippreżentata fl-ewwel istanza. Barra minn hekk, l-appellant ma jippreżenta l-ebda argument insostenn tal-kap tat-talbiet tiegħu intiż sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tagħtih il-kumpens mitlub.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Kif indikajt fil-punti 73 u 74 ta’ dawn il-konklużjonijiet, nistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla l-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata inkwantu l-Qorti Ġenerali ma mmotivatx biżżejjed ir-raġuni li għaliha hija ddikjarat bħala inammissibbli t-tieni talba għal adattament tar-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddeċiedi b’mod definittiv fuq il-kawża, meta din tkun fi stat li tiġi deċiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, dan ma huwiex il-każ inkwistjoni. Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala inammissibbli t-tieni nota ta’ adattament tar-rikors, mingħajr ma semgħet lill-partijiet dwar in-natura sostanzjali tad-differenzi li jeżistu bejn, minn naħa, l-atti tas-<DATE ISO="20150306">6 ta’ Marzu 2015</DATE> (inizjalment ikkontestati) u tat-<DATE ISO="20150528">28 ta’ Mejju 2015</DATE> (li kienu s-suġġett tal-ewwel talba għal adattament) u, min-naħa l-oħra, l-atti tas-<DATE ISO="20160527">27 ta’ Mejju 2016</DATE> (li huma s-suġġett tat-tieni talba għal adattament), fid-dawl tal-atti tat-<DATE ISO="20151012">12 ta’ Ottubru 2015</DATE> (li emendaw il-kriterji tal-elenkar). Huwa għalhekk l-obbligu tagħha li tisma’ lill-partijiet fuq din il-kwistjoni u tislet il-konsegwenzi tad-dritt kollha. Għaldaqstant, hemm lok li l-kawża tintbagħat lura lill-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="13"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet esposti iktar ’il fuq, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Il-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170322">22 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Haswani vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T-231/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:200">EU:T:2017:200</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), huwa annullat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sa fejn din tikkonċerna l-ammissibbiltà u, jekk ikun il-każ, il-fondatezza tat-tieni talba għal adattament tar-rikors ippreżentata fl-ewwel istanza mill-appellant;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-ispejjeż huma riżervati.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>