|
19.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 202/19 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10705 – BLACKSTONE / CARLYLE / GOLDMAN SACHS / PRIMA)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 202/15)
1.
Fit-12 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Blackstone Inc. (“Blackstone”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Carlyle Group, Inc. (“Carlyle”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Goldman Sachs Group, Inc. (“Goldman Sachs”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Prima Assicurazioni S.p.A. (“Prima”, l-Italja), ikkontrollata bi sħab minn Blackstone u individwu privat. |
Blackstone, Carlyle u Goldman Sachs jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Prima kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma u permezz ta’ kuntratt.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Blackstone hija ditta globali tal-ġestjoni tal-assi li tiġġestixxi l-fondi, |
|
— |
Carlyle hija ditta globali tal-ġestjoni tal-assi li tiġġestixxi l-fondi fi tliet dixxiplini ta’ investiment ewlenin: (i) ekwità privata globali, (ii) kreditu globali u (iii) soluzzjonijiet ta’ investiment, |
|
— |
Goldman Sachs hija kumpanija globali bankarja ta’ investiment, titoli u ġestjoni tal-investiment li tipprovdi servizzi lil korporazzjonijiet, istituzzjonijiet finanzjarji, gvernijiet u individwi, |
|
— |
Prima hija intermedjarju li tiddistribwixxi fl-Italja assikurazzjoni mhux tal-ħajja għall-vetturi, muturi, vannijiet (inkluża assistenza fit-toroq) u assikurazzjonijiet privati tad-dar u tal-familja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.10705 – BLACKSTONE / CARLYLE / GOLDMAN SACHS / PRIMA
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).