|
3.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 211/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/961
tad-29 ta’ Ġunju 2020
li tagħti lis-Sur Jeppe Tranholm-Mikkelsen awtorizzazzjoni għall-aċċess għal informazzjoni kklassifikata sal-livell TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta’ Settembru 2013 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (1), u b’mod partikolari l-punt (a) tal-paragrafu 18 tal-Anness I tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/262 tas-6 ta’ Frar 2017 li tiddetermina għas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, l-awtorità bis-setgħa tal-ħatra u l-awtorità bis-setgħa ta’ konklużjoni tal-kuntratti ta’ reklutaġġ, u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/811/UE (2),
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/618 tat-30 ta’ April 2020 li taħtar lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2025 (3),
Billi:
|
(1) |
L-awtorità kompetenti Daniża għas-sigurtà nazzjonali tat assigurazzjoni pożittiva fil-11 ta’ Ġunju 2020 fir-rigward tal-aċċess għal informazzjoni kklassifikata sal-livell TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET mis-Sur Jeppe TRANHOLM-MIKKELSENT. |
|
(2) |
Huwa neċessarju, minħabba l-inkarigu tiegħu u l-ħtiġijiet tas-servizz, li s-Sur Jeppe TRANHOLM-MIKKELSEN jiġi awtorizzat li jkollu aċċess għal informazzjoni kklassifikata sal-livell TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET miżmuma mill-Kunsill u l-Kunsill Ewropew, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Is-Sur Jeppe TRANHOLM-MIKKELSEN b’dan qed jingħata awtorizzazzjoni għall-aċċess għal informazzjoni kklassifikata sal-livell TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET miżmuma mill-Kunsill u l-Kunsill Ewropew għall-finijiet tal-inkarigu tiegħu.
2. L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun valida għall-perijodu tal-inkarigu li għalih tingħata din l-awtorizzazzjoni u m’għandhiex taqbeż perijodu ta’ ħames snin, li jibda mid-data li din id-Deċiżjoni ssir effettiva.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fl-1 ta’ Lulju 2020.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lis-Sur Jeppe TRANHOLM-MIKKELSEN.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
A. METELKO-ZGOMBIĆ