European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/5380

3.10.2025

Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika, f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)

(C/2025/5380)

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)

“Verdicchio di Matelica”

PDO-IT-A0481-AM04 — 14.7.2025

1.   Isem il-prodott

Verdicchio di Matelica

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

☒

Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta (DOP)

☐

Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP)

☐

Indikazzjoni Ġeografika (IĠ)

3.   Settur

☐

Prodotti agrikoli

☒

Inbejjed

☐

Xarbiet spiritużi

4.   Pajjiż terz li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika

L-Italja

5.   Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard

Istituto Marchigiano di Tutela Vini (L-Istitut Marchigiano għall-Protezzjoni tal-Inbejjed)

6.   Kwalifika bħala emenda standard

Huwa kkonfermat li l-approvazzjoni u l-komunikazzjoni ta’ din l-emenda standard jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ emenda standard skont ir-Regolament (UE) 2024/1143 u d-dispożizzjonijiet adottati skont dan. Barra minn hekk, huwa ddikjarat ukoll li din l-emenda taqa’ taħt id-definizzjoni ta’ emenda standard fl-Artikolu 24(4) tar-Regolament (UE) 2024/1143 peress li ma taqax taħt l-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) 2024/1143.

7.   Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i

1.   Estensjoni tal-firxa taz-zokkor tat-tip spumanti

Il-firxa taz-zokkor tat-tip Verdicchio di Matelica Spumante ġiet estiża minn brut għal xotta.

Din l-emenda tikkonċerna t-Taqsima 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-Intestatura “Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed” tad-dokument uniku.

2.   Tikkettar u preżentazzjoni

L-introduzzjoni tal-possibbiltà li jiġi inkluż fuq it-tikketta l-isem ġeografiku usa’ “Marche”, li jkopri ż-żona tal-produzzjoni ta’ nbid tad-DOP partikolari.

Din l-emenda tikkonċerna l-artikolu 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-Intestatura “Rekwiżiti oħra applikabbli” tad-dokument uniku.

3.   Tneħħija tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u toponomastiċi addizzjonali

Tneħħija tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u toponomastiċi addizzjonali.

Din l-emenda tikkonċerna l-artikolu 7 u t-tneħħija tal-anness 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

4.   Esklużjoni tal-użu ta’ ċerti sistemi ta’ għeluq

L-esklużjoni tal-użu ta’ tappini u tappijiet taċ-ċappetta li ma jagħmlux sens minn perspettiva kummerċjali.

5.   Aġġornament tal-indikazzjonijiet tal-korp ta’ kontroll

Wara l-emendi li saru fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 bid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2024/1143, il-kontenut obbligatorju tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ma għadux jinkludi l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet jew tal-korpi li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u s-setgħat tagħhom.

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 40(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti, tal-korpi delegati u tal-persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 39(3) ta’ tali regolament għal kull prodott identifikat minn indikazzjoni ġeografika u għandhom iżommu dik l-informazzjoni aġġornata.

Għalhekk, l-artikolu b’referenzi għall-korp ta’ kontroll ġie emendat, u din l-informazzjoni ġiet sostitwita b’referenza għall-pubblikazzjoni fuq is-sit web uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 10 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ma tikkonċernax id-Dokument Uniku.

6.   Korrezzjonijiet ta’ natura formali

Saru bidliet formali u editorjali fl-artikoli kollha tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott…

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/Ismijiet għar-reġistrazzjoni

Verdicchio di Matelica

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika:

DOP — Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

5.

Inbid spumanti ta’ kwalità

3.1.   Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda

22 — XARBIET, SPIRTI U ĦALL

2204 — Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009

4.   Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed:

Verdicchio di Matelica DOP

—

kulur: isfar ċar kulur it-tiben;

—

riħa: delikata, distintiva;

—

togħma: xotta, armonjuża, b’togħma li tibqa’ fil-ħalq pjaċevoli morra;

—

qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,50 %vol;

—

etratt minimu mingħajr zokkor: 16,0 g/l.

Il-parametri analitiċi l-oħrajn li ma jidhrux fit-tabella ta’ hawn taħt, jikkonformaw mal-limiti previsti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali:

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): —

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): —

Aċidità totali minima: 4,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): —

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): —

Verdicchio di Matelica passito DOP

—

kulur: minn isfar lewn it-tiben għal ambra;

—

riħa: distintiva, etereali, intensa;

—

togħma: bejn medja-ħelwa u ħelwa; armonjuża, bellusija b’togħma morra karatteristika li tibqa’ fil-ħalq;

—

qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 15,00 % tal-volum li minnhom il-qawwa proprja hija mill-inqas 12,00 % tal-volum;

—

etratt minimu mingħajr zokkor: 19,0 g/l.

Il-parametri analitiċi l-oħrajn li ma jidhrux fit-tabella ta’ hawn taħt, jikkonformaw mal-limiti previsti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali:

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): —

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): —

Aċidità totali minima: 4,00 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): 25

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): —

Verdicchio di Matelica spumante DOP

—

ragħwa: fina u persistenti;

—

kulur: isfar lewn it-tiben pjuttost intens, bi ħjiel ta’ aħdar ċar;

—

riħa: distintiva, delikata, wiesgħa u komposta;

—

togħma: minn brut nature sa xotta; bnina, friska, fina u armonjuża;

—

qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,50 % vol;

—

etratt minimu mingħajr zokkor: 15,0 g/l.

Il-parametri analitiċi l-oħrajn li ma jidhrux fit-tabella ta’ hawn taħt, jikkonformaw mal-limiti previsti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali:

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): —

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): —

Aċidità totali minima: 4,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): —

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): —

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

—

5.2.   Rendimenti massimi:

1.

Verdicchio di Matelica

13 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

2.

Verdicchio di Matelica passito

13 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

3.

Verdicchio di Matelica spumante

13 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika definita

Iż-żona tal-produzzjoni tal-għeneb adattat għall-produzzjoni ta’ dan id-DOP tinkludi parti mit-territorju tal-muniċipalitajiet ta’ Matelica, Esanatoglia, Gagliole, Castelraimondo, Camerino u Pioraco fil-provinċja ta’ Macerata u parti mit-territorju tal-muniċipalitajiet ta’ Cerreto D’Esi u Fabriano fil-provinċja ta’ Ancona.

7.   Varjetà jew varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid

Verdicchio abjad B. - Verdicchio

8.   Deskrizzjoni tar-rabta jew tar-rabtiet

Verdicchio di Matelica

Il-fatturi umani fil-produzzjoni tal-inbejjed DOP Verdichio di Matelica kellhom rwol ewlieni fl-iżvilupp tat-tekniki tal-kultivazzjoni u tal-produzzjoni tal-inbid tal-Verdicchio. Il-produzzjoni u l-konsum tal-inbejjed frizzanti u “passiti” tul is-sekli huma ddokumentati u miżmuma bi tradizzjoni fiż-żona. L-interazzjoni tal-fatturi umani mal-fatturi naturali uniċi taż-żona tal-produzzjoni, bħall-klima u n-natura tal-ħamrija, tagħti lill-inbejjed DOP Verdicchio di Matelica karatteristiċi analitiċi, aromatiċi u organolettiċi, li huma uniċi u mingħajr paragun, u li huma attribwibbli speċifikament għall-varjetà nattiva użata bħala l-kombinazzjoni predominanti tal-varjetajiet tal-għeneb.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (imballaġġ, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Indikazzjoni tas-sena tal-produzzjoni tal-għeneb

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Rekwiżiti speċifiċi tat-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

Fit-tikkettar tal-inbejjed DOP Verdicchio di Matelica, bl-eċċezzjoni tal-inbejjed frizzanti mhux ittikkettati bħala millesimati, jeżisti l-obbligu li s-sena tal-qtugħ tal-għeneb tiġi indikata.

Referenza għall-isem ġeografiku usa’

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Rekwiżiti speċifiċi tat-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

L-introduzzjoni tal-possibbiltà li jiġi inkluż fuq it-tikketta t-terminu vigna u l-isem ġeografiku usa’ “Marche” li jkopri ż-żona tal-produzzjoni ta’ nbid tad-DOP partikolari.

Imballaġġ u kontenituri

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Rekwiżiti speċifiċi tat-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

L-inbejjed tad-DOP Verdicchio di Matelica, bl-eċċezzjoni tat-tip Passito, jistgħu jiġu ppakkjati f’kontenituri tal-kapaċità stabbilita fil-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

Għall-imballaġġ tal-inbid Verdicchio di Matelica mingħajr ebda speċifikazzjoni addizzjonali, jistgħu jintużaw kontenituri alternattivi għall-ħġieġ, li jikkonsistu f’borża magħmula minn materjal tal-plastik tal-polietilen u tal-poliester b’diversi saffi magħluqa f’kaxxa tal-kartun jew ta’ materjal riġidu ieħor, kif stabbilit mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

L-inbid tat-tip Passito bid-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata msemmi fl-Artikolu 1 għandu jiġi kkummerċjalizzat biss fi fliexken tal-ħġieġ li ma jesgħux aktar minn 1.50 litru.

L-għeluq tal-fliexken huwa dak permess mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ, bl-eċċezzjoni tat-tappini u tappijiet taċ-ċappetta.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.masaf.gov.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/23152


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5380/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)