Official Journal L 281 , 04/10/1982 P. 0001 - 0001
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 16 P. 0013
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 16 P. 0013
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2613/82 tal-21 ta' Settembru 1982 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim Kwadru ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 113 u 235 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Billi l-Komunità għandha tapprova, biex jinkisbu l-finijiet tagħha fil-qasam tar-relazzjonijiet ekonomiċi esterni, Ftehim Kwadru dwar koperazzjoni mar-Repubblika Federattiva tal-Brażil; billi xi forom ta' koperazzjoni ekonomika li hemm provvediment għalihom fil-Ftehim jeċċedu l-poteri ta' azzjoni speċifikati fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-Ftehim Kwadru dwar koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil hu hawnhekk approvat f'isem il-Komunità. It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Skond l-Artikolu IX tal-Ftehim, il-President tal-Kunsill għandu jinnotifika li l-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim ġew kompletati min-naħa tal-Komunità Ekonomika Ewropea [2]. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, 21 ta' Settembru 1982. Għall-Kunsill Il-President U. Ellemann-Jensen [1] ĠU C 28, tad-9.2.1981. [2] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet ta' l-Ewropa mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. --------------------------------------------------