|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6977 |
18.11.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11656 — ENSTALL / SCHLETTER)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/6977)
1.
Fit-8 ta’ Novembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Rhaegal Topco B.V. (“Enstall”, in-Netherlands), |
|
— |
Schletter International B.V. (“Schletter”, il-Ġermanja). |
Enstall se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Schletter kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni tintlaħaq permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Enstall hija prinċipalment żviluppatur u fornitur ta’ sistemi tal-immuntar tal-pannelli solari primarjament għall-installazzjoni fuq il-bjut fl-Ewropa u fl-Istati Uniti, |
|
— |
Schletter prinċipalment timmanifattura u tforni sistemi tal-immuntar tal-pannelli solari għall-installazzjoni fuq il-bjut u fuq l-art fl-Ewropa. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11656 — ENSTALL / SCHLETTER
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6977/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)