SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla)
22 ta’ Mejju 2014 ( *1 )
“Direttivi 92/40/KEE u 2005/94/KE — Deċiżjonijiet 2006/105/KE u 2006/115/KE — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikoli 16, 17 u 47 — Miżuri ta’ ġlieda kontra l-influwenza tat-tjur — Kumpens għad-danni”
Fil-Kawża C‑56/13,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Szegedi ítélőtábla (l-Ungerija), permezz ta’ deċiżjoni tat-28 ta’ Jannar 2013, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-4 ta’ Frar 2013, fil-proċedura
Érsekcsanádi Mezőgazdasági Zrt
vs
Bács-Kiskun Megyei Kormányhivatal,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),
komposta minn A. Borg Barthet, President tal-Awla, E. Levits (Relatur), u M. Berger, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: Y. Bot,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
— |
għall-Bács-Kiskun Megyei Kormányhivatal, minn I. Olasz, u J. Kerényi, bħala aġenti, |
|
— |
għall-Gvern Ungeriż, minn M. Z. Fehér u K. Szíjjártó, bħala aġenti, |
|
— |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn V. Bottka, H. Krämer u B. Burggraaf, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 92/40/KEE, tad-19 ta’ Mejju 1992, li tintroduċi miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tal-għasafar (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 12, p. 306), tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE, tal-20 ta’ Diċembru 2005, dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 270M, p. 5), tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/105/KE, tal-15 ta’ Frar 2006, dwar ċerti miżuri provviżorji ta’ protezzjoni rigward każijiet sospetti ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja f’għasafar selvaġġi fl-Ungerija (ĠU L 118M, p. 219), tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/115/KE, tas-17 ta’ Frar 2006, dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni rigward l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja f’għasafar selvaġġi fil-Komunità u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2006/86/KE, 2006/90/KE, 2006/91/KE, 2006/94/KE, 2006/104/KE u 2006/105/KE (ĠU L 48, p. 28), kif ukoll tal-Artikoli 16, 17 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”). |
|
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Érsekcsanádi Mezőgazdasági Zrt, impriża agrikola tat-trobbija tal-annimali u l-Bács-Kiskun Megyei Kormányhivatal (uffiċċju amministrattiv tad-dipartiment ta’ Bács-Kiskun), dwar ir-rifjut ta’ dan tal-aħħar li jagħti lir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, fil-kuntest tal-kumpens għal dannu kkawżat fl-eżerċizzju ta’ kompetenza amministrattiva, kumpens li jikkorrispondi għan-nuqqas ta’ qligħ sostnut mill-imsemmija rikorrenti. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
|
3 |
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/40 jipprovdi: “Din id-Direttiva tiddefinixxi l-miżuri ta’ kontroll Komunitarji li jridu jiġ applikati f’każ li tfaqqa’ l-influwenza ta’ l-għasafar fit-tajr mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet Komunitarji li jirregolaw il-Kummerċ intra-Komunitarju.” |
|
4 |
L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2005/94 jipprovdi: “Din id-Direttiva tistabbilixxi:
|
|
5 |
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 67(1) tad-Direttiva 2005/94 jipprovdi:
|
|
6 |
L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2006/105, intitolat “It-twaqqif ta’ żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza”, fil-paragrafu (1) tiegħu jipprovdi:
|
|
7 |
L-Artikolu 3(2)(a) u (ċ) ta’ din id-direttiva jistabbilixxi:
[...]
[...]” |
|
8 |
Skont l-Artikolu 6(1) tal-imsemmija deċiżjoni: “1. B’deroga mill-Artikolu 3(2)(a), l-Ungerija tista’ tawtorizza t-trasport ta’ għattuq lest biex ibid u dundjan għat-tismin miż-żona għal stabbilimenti taħt kontroll uffiċjali li jinsabu fiż-żona ta’ protezzjoni jew f’dik ta’ sorveljanza.” |
|
9 |
L-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni 2006/105 jipprovdi: “L-Ungerija għandha minnufih tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tikkonforma ma’ din id-Deċiżjoni, u tippubblika dawk il-miżuri. Għandha tgħarraf lill-Kummissjoni b’dan minnufih.” |
|
10 |
L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2006/115, intitolat “It-twaqqif ta’ żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza”, fil-paragrafu (1) tiegħu jipprovdi:
|
|
11 |
Skont il-formulazzjoni tal-Artikolu 3(2) ta’ din id-deċiżjoni, dwar il-miżuri fl-imsemmija żona ta’ protezzjoni:
[...]” [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
|
12 |
Skont l-Artikolu 6(1) tal-imsemmija deċiżjoni: “1. B’deroga mill-Artikolu 3(2)(a), l-Istat Membru kkonċernat jista’ jawtorizza t-trasport ta’ għattuq lest biex ibid, ta’ dundjani għat-tismin u ta’ tjur u għasafar selvaġġi tat-trobbija oħra lejn stabbilimenti taħt kontroll uffiċjali li jinsabu fiż-żona ta’ protezzjoni jew f’dik ta’ sorveljanza.” [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
|
13 |
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 2006/115 jipprovdi: “L-Istati Membri kollha għandhom minnufih jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ruħhom ma’ din id-deċiżjoni u jippubblikawhom. Dawn għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih.” [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
Id-dritt Ungeriż
|
14 |
Il-Liġi Nru CLXXVI tal-2005 dwar il-saħħa tal-annimal (állategészségügyről szóló 2005. évi CLXXVI. törvény), fil-verżjoni tagħha fis-seħħ fid-data tal-fatti tal-kawża prinċipali, tinkludi dispożizzjonijiet li jikkonċernaw miżuri epidemjoloġiċi. |
|
15 |
Skont l-Artikolu 7(4) ta’ din il-liġi: “L-awtorità veterinarja tista’, f’każijiet partikolari, bl-għan li tippreveni jew li tikkonferma l-preżenza tal-marda tal-annimal suġġetta għal notifika, li tikkontrolla l-firxa tagħha jew li tnaqqas id-dannu li din tikkawża, jew bil-għan li teqridha, tadotta, b’teħid inkunsiderazzjoni tan-natura u tal-espansjoni tal-marda, dispożizzjonijiet partikolari li jipprevedu l-miżuri epidemjoloġiċi li ġejjin: [...]
[...]
|
|
16 |
L-Artikolu 8(1) tal-imsemmija liġi jipprovdi: “Jistgħu jiġu ordnati diversi miżuri epidemjoloġiċi simultanjament. Id-deċiżjonijiet li jordnaw il-miżuri għandhom jiġu applikati b’mod immedjat, minkejja kwalunkwe oġġezzjoni.” |
|
17 |
Barra minn hekk, l-Artikolu 10 tal-istess liġi jipprovdi: “1. Jistgħu jistennew kumpens min-naħa tal-Istat meta tittieħed miżura epidemjoloġika bħal dik imsemmija fl-Artikolu 7(4)(i) sa (q) — u bla ħsara għal dak previst fl-Artikolu 10(4): [...]
[...] 3. L-ammont tal-kumpens għandu jkun daqs il-valur fis-suq tal-annimal, tal-materjal, tal-għodda jew tal-oġġett. Fil-każ ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 7(4)(p) jew (q), dan jiddependi fuq id-dannu kkawżat mir-rekwiżizzjoni jew mill-kontribuzzjoni (bl-esklużjoni ta’ nuqqas ta’ qligħ). Ir-regoli dettaljati dwar l-evalwazzjoni tad-dannu u l-ħlas tal-kumpensi huma suġġetti għal dispożizzjonijiet partikolari. Id-deċiżjonijiet li jordnaw il-miżuri għandhom jiddeterminaw il-metodu ta’ kif isir il-ħlas tal-kumpensi. [...]” |
|
18 |
Skont l-Artikolu 14 tad-Deċiżjoni Nru 44 tal-Ministru għall-Agrikoltura u għall-Iżvilupp Rurali, tas-17 ta’ Mejju 2002, dwar il-protezzjoni kontra l-influwenza tat-tjur u tal-marda ta’ Newcastle, kif fis-seħħ fid-data tal-fatti tal-kawża prinċipali: “1. Jekk tiġi kkonfermata dijanjożi tal-influwenza tat-tjur jew tal-marda ta’ Newcastle mill-veterinarju prinċipali tad-dipartiment f’razzett jew f’unità oħra ta’ produzzjoni, l-awtorità għandha tordna l-istabbiliment, madwar ir-razzett jew l-unità ta’ produzzjoni infettata, ta’ żona ta’ protezzjoni ta’ raġġ minimu ta’ tliet kilometri. Fid-definizzjoni taż-żoni ta’ protezzjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-irziezet lokali li fihom jinsab xi tjur, il-biċċeriji, il-limiti ġeografiċi naturali, kif ukoll il-possibbiltajiet ta’ sorveljanza. [...]” |
|
19 |
L-Artikolu 339(1) tal-kodiċi ċivili stabbilit bil-Liġi Nru IV tal-1959 (Polgári törvénykönyvről szóló 1959. évi IV. Törvény), dwar il-kumpens għal dannu, jipprevedi: “Kull persuna li, b’mod illegali, tikkawża dannu lil ħaddieħor għandha tikkumpensah. Hija tista’ tevita din ir-responsabbiltà jekk hija tagħti prova li hija aġixxiet kif ġeneralment mistenni f’tali sitwazzjoni.” |
|
20 |
L-Artikolu 349(1) ta’ dan il-kodiċi jipprovdi: “Responsabbiltà għal dannu kkawżat fl-eżerċizzju ta’ kompetenza amministrattiva tista’ tiġi stabbilita biss jekk id-dannu ma setax jiġi evitat bl-eżerċizzju ta’ rimedji legali ordinarji jew jekk il-vittma eżerċitat rimedji legali ordinarji tagħha stess sabiex tippreveni li d-dannu jseħħ.” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
|
21 |
Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, impriża agrikola ta’ trobbija tal-annimali li tieħu ħsieb, b’mod partikolari, it-tismin tad-dundjani, ikkonkludiet ma’ kooperattiva agrikola kuntratt ta’ kera għal żmien determinat mis-6 ta’ Frar sal-31 ta’ Diċembru 2006, li jikkonċerna sit tat-trobbija tad-dundjani fil-periferija ta’ Nagybaracska (l-Ungerija). Hija ppjanat li tuża s-sit mikri għat-tismin ta’ żewġ lottijiet ta’ dundjani mkabbra qabel. |
|
22 |
Fl-10 ta’ Frar 2006, ċinju mutu, li miet b’infezzjoni tal-virus H5N1, instab fit-territorju ta’ Nagybaracska, madwar 50 metru mir-razzett mikri. |
|
23 |
F’dan ir-rigward, u sabiex jittieħdu miżuri ta’ ġlieda kontra l-influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli, il-Kummissjoni adottat, fil-15 u fis-17 ta’ Frar 2006 rispettivament, id-Deċiżjonijiet 2006/105 u 2006/115. |
|
24 |
Permezz tad-Deċiżjonijiet amministrattivi 945-0/BACSK/2006 u 945‑1/BACSK/2006 tal-15 u l-21 ta’ Frar 2006 rispettivament, u b’mod konformi mal-qafas leġiżlattiv nazzjonali eżistenti, il-konvenut fil-kawża prinċipali ordna l-istabbiliment ta’ żona ta’ protezzjoni li kienet testendi wkoll għat-territorju amministrattiv ta’ Csátalja u Nagybaracska u adotta miżuri oħra bħal, b’mod partikolari, il-projbizzjoni tal-ġarr tat-tjur f’din iż-żona ta’ protezzjoni. Din l-aħħar miżura tħassret fil-21 ta’ April 2006. |
|
25 |
Fit-23 ta’ Frar 2006, permezz tal-Avviż amministrattiv 1011‑5/BACSK/2006, li ma jistax jiġi kkontestat, il-konvenut fil-kawża prinċipali ċaħad it-talba għal awtorizzazzjoni mressqa mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali sabiex xi dundjani jinżammu fis-sit tat-trobbija li jinsab f’Nagybaracska, minħabba restrizzjonijiet applikabbli fiż-żona ta’ protezzjoni ordnata, kif ukoll minħabba li l-imsemmija rikorrenti u l-imsieħba tagħha kellhom diversi siti fejn id-dundjani setgħu, fl-opinjoni tiegħu, jitqiegħdu skont l-ispazju disponibbli f’kull wieħed minnhom. |
|
26 |
Fis-16 ta’ Marzu 2006, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ressqet quddiem il-konvenut fil-kawża prinċipali talba għall-kumpens għad-dannu kollu li hija kienet sostniet minħabba l-istabbiliment taż-żona ta’ protezzjoni u taċ-ċaħda tat-talba tagħha li tikkonċerna l-akkomodazzjoni tad-dundjani inkwistjoni f’din iż-żona ta’ protezzjoni. |
|
27 |
Bħala riżultat tad-deċiżjonijiet amministrattivi, suġġetti għall-istħarriġ ġudizzjarju, ġie deċiż u mogħti lir-rikorrenti fil-kawża prinċipali l-ammont totali ta’ 3509879 forint Ungeriż (HUF) (madwar EUR 12 000) bħala kumpens, filwaqt li t-talba tagħha għall-ammont li jirrappreżenta n-nuqqas ta’ qligħ ġiet miċħuda. |
|
28 |
Fuq dan l-isfond, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ressqet azzjoni kontra l-Bács-Kiskun Megyei Kormányhivatal, billi sostniet li l-konvenut fil-kawża prinċipali ma setax jipprojbixxi t-trasport tad-dundjani lejn is-sit mikri, b’mod li l-imsemmi konvenut kien obbligat jagħti kumpens għad-danni li jinkludu n-nuqqas ta’ qligħ, li ma kienx ingħata fil-kuntest tal-proċedura amministrattiva ta’ kumpens. |
|
29 |
Fit-13 ta’ Mejju 2012, il-Kecskeméti törvényszék (tribunal dipartimentali ta’ Kecskemét) ċaħad it-talba tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali minħabba li d-deċiżjonijiet meħuda mill-konvenut fil-kawża prinċipali fil-kuntest tas-setgħa diskrezzjonali tiegħu ma kinux illegali u, fi kwalunkwe każ, minħabba li l-kundizzjonijiet għar-responsabbiltà għal dannu kkawżat fl-eżerċizzju ta’ kompetenza amministrattiva ma kinux issodisfatti. Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali appellat minn din id-deċiżjoni quddiem is-Szegedi ítélőtábla (qorti reġjonali ta’ Szeged). |
|
30 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-Szegedi ítélőtábla ddeċidiet illi tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
Osservazzjonijiet preliminari
|
31 |
Għandu jiġi osservat li, skont iċ-ċirkustanzi speċifikati fid-deċiżjoni tar-rinviju, it-tfaqqigħ tal-influwenza tat-tjur fil-kawża prinċipali kien ġie kkonstatat fuq għasfur selvaġġ. F’dan il-każ kien ċinju li nstab mejjet wara infezzjoni bl-influwenza tat-tjur. |
|
32 |
Issa, fir-rigward tad-Direttivi 92/40 u 2005/94, mill-Artikolu 1 ta’ dawn tal-aħħar jirriżulta li l-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom jestendi ruħu biss sal-istabbiliment tal-miżuri preventivi u tal-miżuri ta’ ġlieda fil-każ ta’ suspett jew ta’ okkorrenza effettiva, fi ħdan stabbiliment, ta’ tfaqqigħ ta’ influwenza tat-tjur f’xi tjur jew għasafar miżmuma mill-bniedem. |
|
33 |
Konsegwentement, l-imsemmija direttivi ma japplikawx għall-każ ineżami, sa fejn il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom ma jinkludix il-każ ta’ tfaqqigħ tal-influwenza tat-tjur f’għasfur selvaġġ li n-natura iżolata tiegħu titlob miżuri inqas restrittivi. |
|
34 |
Għalhekk, huwa fid-dawl ta’ dawn l-osservazzjonijiet li għandhom jiġu eżaminati d-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju. |
Fuq is-seba ’ u t-tmien domandi
|
35 |
Permezz tas-seba’ u t-tmien domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati fl-ewwel lok, il-qorti tar-rinviju tfittex li ssir taf sa fejn il-qorti nazzjonali għandha l-possibbiltà li titlob lill-Kummissjoni tipprovdilha kjarifikazzjonijiet fil-kuntest ta’ tilwima li tikkonċerna miżuri intiżi li jiġi implementat id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari, meta tkun inbdiet proċedura mill-Kummissjoni għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li tikkonċerna t-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/94 u b’liema mod l-informazzjoni miġbura tista’ tintuża. |
|
36 |
F’dan ir-rigward, skont ġurisprudenza stabbilita, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ biss tirrifjuta li tiddeċiedi dwar domanda preliminari magħmula minn qorti nazzjonali meta jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba ma għandha ebda relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali, meta l-problema hija ta’ natura ipotetika jew ukoll meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li sarulha (ara s-sentenza PreussenElektra, C‑379/98, EU:C:2001:160, punt 39 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
37 |
F’dan il-każ, peress li d-Direttiva 2005/94 ma hijiex applikabbli fil-każ ineżami, l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni, sabiex isir magħruf jekk il-Kummissjoni għandhiex tipprovdi kjarifikazzjonijiet fir-rigward ta’ azzjoni għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ppreżentat kontra l-Ungerija dwar it-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva, ma hijiex rilevanti fir-rigward tad-deċiżjoni li l-qorti tar-rinviju hija mitluba tagħti. |
|
38 |
Minn dan jirriżulta li s-seba’ u t-tmien domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju huma inammissibbli. |
Fuq l-ewwel domanda
|
39 |
Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk id-Deċiżjonijiet 2006/105 u 2006/115 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu, minn naħa, miżuri nazzjonali bħall-atti amministrattivi tal-15 u tal-21 ta’ Frar 2006, li jordnaw l-istabbiliment ta’ żona ta’ protezzjoni fit-territorju amministrattiv ta’ Csátalja u Nagybaracska u li jipprojbixxu l-ġarr ta’ tjur f’din iż-żona, u, min-naħa l-oħra, avviż amministrattiv bħal dak tat-23 ta’ Frar 2006, li jirrifjuta li jawtorizza lil impriża bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali li takkomoda dundjani fis-sit ta’ trobbija tagħha li jinsab f’Nagybaracska. |
|
40 |
Fl-ewwel lok, l-Artikoli 2(1) u 3(2)(ċ) tad-Deċiżjoni 2006/105 kif ukoll id-dispożizzjonijiet identiċi tad-Deċiżjoni 2006/115, minn naħa, jobbligaw lill-Istat Membru kkonċernat li jistabbilixxi madwar iż-żona, fejn il-preżenza tal-influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli fl-għasafar selvaġġi ġiet ikkonfermata, żona ta’ protezzjoni ta’ raġġ minimu ta’ tliet kilometri u, min-naħa l-oħra, jipprojbixxu t-trasport ta’ tjur u ta’ għasafar oħra miżmuma mill-bniedem minn ġewwa din iż-żona, minbarra l-ġarr fit-toroq ewlenin jew bil-ferroviji u t-trasport lejn il-biċċerija għall-qtil immedjat. |
|
41 |
F’dan il-każ, mill-formulazzjoni tal-imsemmija dispożizzjonijiet jirriżulta li l-miżuri nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri l-istabbiliment ta’ żona ta’ protezzjoni u l-projbizzjoni tal-ġarr ta’ tjur minn ġewwa din iż-żona, adottati bħala atti amministrattivi mill-awtoritajiet Ungeriżi fil-15 u fil-21 ta’ Frar 2006 rispettivament, jikkonformaw ma’ dawn l-istess dispożizzjonijiet, u dan huwa fatt li ebda waħda mill-partijiet fil-kawża prinċipali ma kkontestat. |
|
42 |
Fit-tieni lok, sa fejn l-Artikolu 3(2)(ċ) tad-Deċiżjoni 2006/105 jipprojbixxi l-ġarr ta’ tjur minn ġewwa ż-żona ta’ protezzjoni, jiġifieri ġarr li ma jinkludi ebda tip ta’ imbark jew ħatt tal-annimali, minn dan jirriżulta li, a fortiori, il-ġarr tat-tjur lejn sit ta’ trobbija li jinsab f’din iż-żona, kif previst fil-każ ineżami, huwa wkoll ipprojbit. Barra minn hekk, hekk kif issostni l-Kummissjoni, id-derogi previsti fl-Artikolu 6 ta’ din id-dispożizzjoni japplikaw esklużivament għall-ġarr imwettaq fi ħdan iż-żona ta’ protezzjoni jew għat-tluq minnha. Dawn id-derogi għaldaqstant ma japplikawx għall-ġarr imwettaq barra minn din iż-żona lejn din iż-żona, kif inhu l-każ fil-kawża prinċipali. |
|
43 |
Minn dan isegwi li r-rifjut, bl-avviż amministrattiv tat-23 ta’ Frar 2006, tal-awtoritajiet Ungeriżi li jawtorizzaw il-ġarr ta’ tjur lejn iż-żona ta’ protezzjoni huwa konformi mal-Artikolu 3(2)(ċ) tad-Deċiżjonijiet 2006/105 u 2006/115. L-għażla tal-forma ta’ avviż amministrattiv ma għandha ebda effett fuq din l-evalwazzjoni, peress li dawn id-deċiżjonijiet ma jipprevedux modalitajiet partikolari għall-implementazzjoni tagħhom. |
|
44 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li d-Deċiżjonijiet 2006/105 u 2006/115 għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux, minn naħa, miżuri nazzjonali bħall-atti amministrattivi tal-15 u tal-21 ta’ Frar 2006 li jordnaw l-istabbiliment ta’ żona ta’ protezzjoni fit-territorju amministrattiv ta’ Csátalja u Nagybaracska u li jipprojbixxu l-ġarr ta’ tjur f’din iż-żona u, min-naħa l-oħra, avviż amministrattiv bħal dak tat-23 ta’ Frar 2006, li jirrifjuta lil impriża bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali li takkomoda dundjani fis-sit tat-trobbija tagħha li jinsab f’Nagybaracska. |
Fuq it-tieni u r-raba ’ domandi
|
45 |
Permezz tat-tieni u r-raba’ domandi, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk id-Deċiżjonijiet 2006/105 u 2006/115 li jistabbilixxu miżuri ta’ ġlieda kontra l-influwenza tat-tjur, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li huma jinkludu, jew jagħmlu riferiment għal dispożizzjonijiet li huma intiżi li jistabbilixxu sistema ta’ kumpens għad-danni kkawżati mill-miżuri li huma jipprevedu u, jekk dan ma jkunx il-każ, jekk il-fatt li l-leġiżlazzjoni nazzjonali teskludi n-nuqqas ta’ qligħ mill-kumpens għad-danni kkawżati minn miżuri nazzjonali ta’ protezzjoni bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, meħuda b’mod konformi mad-Deċiżjonijiet 2006/105 u 2006/115, jippreġudikax il-libertà tal-intrapriża, id-dritt għall-proprjetà u d-dritt għal rimedju effettiv, imniżżla rispettivament fl-Artikolu 16, 17 u 47 tal-Karta. |
|
46 |
Fl-ewwel lok, għandu jiġi kkonstatat, hekk kif isostnu kemm il-konvenut fil-kawża prinċipali, il-Gvern Ungeriż kif ukoll il-Kummissjoni, li d-Deċiżjonijiet 2006/105 u 2006/115 ma jinkludu ebda dispożizzjoni intiża li tistabbilixxi sistema ta’ kumpens għad-danni kkawżati lill-individwi mill-implementazzjoni tal-miżuri ta’ ġlieda kontra l-influwenza tat-tjur previsti b’dawn id-deċiżjonijiet. |
|
47 |
Barra minn hekk, sa fejn l-imsemmija deċiżjonijiet jikkostitwixxu atti ta’ eżekuzzjoni meħuda bis-saħħa tal-Artikolu 9(3) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE, tal-11 ta’ Diċembru 1989, dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 9, p. 214), u tal-Artikolu 10(3) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE, tas-26 ta’ Ġunju 1990, dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (ĠU L 224, p. 29), ebda kompetenza li tattribwixxi lill-Kummissjoni s-setgħa li tistabbilixxi sistema ta’ kumpens ma tirriżulta mill-formulazzjoni jew mill-għan ta’ dawn id-direttivi, li servew ta’ bażi għall-adozzjoni tad-Deċiżjonijiet 2006/105 u 2006/115. |
|
48 |
Fi kwalunkwe każ, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-leġiżlatur tal-Unjoni jista’ jqis, fil-kuntest tas-setgħa diskrezzjonali wiesgħa li huwa għandu fil-qasam tal-politika agrikola, li huwa xieraq li jingħata kumpens, parzjali jew totali, lill-proprjetarji tal-irziezet li fihom jinqerdu u jinqatlu l-annimali. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li minn din il-konstatazzjoni ma tistax tiġi dedotta l-eżistenza, fid-dritt tal-Unjoni, ta’ prinċipju ġenerali li jimponi l-għoti ta’ kumpens fiċ-ċirkustanzi kollha (ara s-sentenza Booker Aquaculture u Hydro Seafood, C‑20/00 u C‑64/00, EU:C:2003:397, punt 85). |
|
49 |
Din il-ġurisprudenza hija wkoll applikabbli fil-kawża prinċipali, b’teħid inkunsiderazzjoni b’mod partikolari tal-fatt li l-miżuri nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali huma inqas gravi mill-miżuri ta’ qirda u ta’ qtil fil-kawża li wasslet għas-sentenza Booker Aquaculture u Hydro Seafood (EU:C:2003:397). |
|
50 |
Minn dan isegwi li d-Deċiżjonijiet 2006/105 u 2006/115, li jistabbilixxu miżuri ta’ ġlieda kontra l-influwenza tat-tjur, la jinkludu u lanqas ma jagħmlu riferiment għal dispożizzjonijiet intiżi li jistabbilixxu sistema ta’ kumpens għad-danni kkawżati mill-miżuri li huma jipprevedu. Konsegwentement, dawn id-deċiżjonijiet ma jistabbilixxux obbligu ta’ kumpens fir-rigward tal-Istati Membri. |
|
51 |
Fit-tieni lok, sa fejn il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-kompatibbiltà tas-sistema ta’ kumpens għad-danni kkawżati bl-adozzjoni tal-miżuri inkwistjoni fil-kawża prinċipali, kif stabbilita mil-leġiżlatur nazzjonali, mal-libertà tal-intrapriża, mad-dritt għall-proprjetà u mad-dritt għal rimedju effettiv, kif iggarantiti mill-Karta, qabelxejn għandu jiġi enfasizzat li, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, operatur ekonomiku, marbut li jikkoopera fil-kuntest ta’ miżura epidemjoloġika, għandu dritt għall-kumpens għad-danni kkawżati minn din il-kooperazzjoni, minbarra n-nuqqas ta’ qligħ. |
|
52 |
Issa, għandu jiġi kkonstatat li, meta obbligu ta’ kumpens ma jistax ikun ibbażat fuq id-dritt tal-Unjoni, miżura nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li tipprevedi l-ħlas, mill-Istat ikkonċernat, ta’ kumpens li jikkorrispondi għad-dannu u għall-ispejjeż effettivi, b’esklużjoni tan-nuqqas ta’ qligħ, ma tkunx taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, iżda esklużivament taħt l-għażla tal-leġiżlatur nazzjonali. |
|
53 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-proċedura ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari, prevista fl-Artikolu 267 TFUE, hija bbażata, skont ġurisprudenza stabbilita, fuq separazzjoni ċara tal-funzjonijiet bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja, fejn din tal-aħħar għandha biss is-setgħa li tiddeċiedi dwar l-interpretazzjoni jew il-validità tal-atti tal-Unjoni msemmija f’dak l-artikolu. F’dan il-kuntest, ma hijiex il-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tevalwa l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali jew li tiddeċiedi jekk l-interpretazzjoni tagħhom li l-qorti nazzjonali tagħti hijiex korretta (sentenza Texdata Software, C‑418/11, EU:C:2013:588, punt 28 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
54 |
Barra minn hekk, skont l-Artikolu 51(1) tal-Karta, li jirregola l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, id-dispożizzjonijiet tagħha huma indirizzati lill-Istati Membri biss meta dawn jimplementaw id-dritt tal-Unjoni. Din id-dispożizzjoni tikkonferma l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja li tgħid li d-drittijiet fundamentali ggarantiti fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni huma intiżi li jiġu applikati fis-sitwazzjonijiet kollha rregolati mid-dritt tal-Unjoni, iżda ma jistgħux japplikaw barra minn tali sitwazzjonijiet. Meta sitwazzjoni legali ma tkunx taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex ġurisdizzjoni sabiex tagħti deċiżjoni dwarha, u d-dispożizzjonijiet eventwalment invokati tal-Karta ma jistgħux, fihom infushom, jistabbilixxu dik il-ġurisdizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Åkerberg Fransson, C‑617/10, EU:C:2013:105, punti 17, 19 u 22, kif ukoll id-digriet Sociedade Agrícola e Imobiliária da Quinta de S. Paio, C‑258/13, EU:C:2013:810, punti 18 sa 20). |
|
55 |
Konsegwentement, l-evalwazzjoni tal-legalità ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tipprevedix kumpens sħiħ, inkluż in-nuqqas ta’ qligħ, għad-danni sostnuti minħabba l-adozzjoni, b’mod konformi mad-dritt tal-Unjoni, ta’ miżuri nazzjonali ta’ protezzjoni kontra l-influwenza tat-tjur, fir-rigward tad-drittijiet għal rimedju effettiv u għall-proprjetà kif ukoll tal-libertà tal-intrapriża, ma taqax taħt il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
56 |
Fil-fatt, hekk kif inhu rrilevat fil-punti 48 u 49 tas-sentenza preżenti, prinċipju ġenerali li jimponi fuq l-Istati Membri obbligu ta’ kumpens għad-danni li jirriżultaw minn tali miżuri ma jeżistix fid-dritt tal-Unjoni. |
|
57 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha ta’ hawn fuq, ir-risposta għat-tieni u għar-raba’ domandi għandha tkun li, minn naħa, id-Deċiżjonijiet 2006/105 u 2006/115, li jistabbilixxu miżuri ta’ ġlieda kontra l-influwenza tat-tjur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma la jinkludu u lanqas ma jagħmlu riferiment għal dispożizzjonijiet intiżi li jistabbilixxu sistema ta’ kumpens għad-danni kkawżati mill-miżuri li huma jipprevedu u, min-naħa l-oħra, l-evalwazzjoni tal-legalità ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tipprevedix kumpens sħiħ, inkluż in-nuqqas ta’ qligħ, għad-danni sostnuti minħabba l-adozzjoni, b’mod konformi mad-dritt tal-Unjoni, ta’ miżuri nazzjonali ta’ protezzjoni kontra l-influwenza tat-tjur, fir-rigward tad-drittijiet għal rimedju effettiv u għall-proprjetà kif ukoll tal-libertà tal-intrapriża, ma taqax taħt il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
Fuq it-tielet u l-ħames domandi
|
58 |
Skont id-deċiżjoni tar-rinviju, it-tielet u l-ħames domandi għandhom jingħataw risposta fil-każ li jingħataw risposti fl-affermattiv għat-tieni u r-raba’ domandi. |
|
59 |
Issa, fid-dawl tar-risposta mogħtija għat-tieni u r-raba’ domandi, it-tielet u l-ħames domandi ma jeħtiġux risposta. |
Fuq is-sitt domanda
|
60 |
Permezz tas-sitt domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk il-prinċipju ta’ ekwivalenza għandux jiġi interpretat fis-sens li, fl-ipoteżi fejn dritt għal kumpens għad-dannu sostnut minn impriża bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali ma jirriżultax mid-dritt tal-Unjoni, dan il-prinċipju jista’ jiġi applikat sabiex jippermetti l-implementazzjoni tal-istess regoli proċedurali għall-eżami, minn naħa, ta’ talbiet li jistgħu jintlaqgħu abbażi tad-dritt tal-Unjoni u, min-naħa l-oħra, ta’ talbiet simili li jistgħu jintlaqgħu bis-saħħa tar-regoli tad-dritt Ungeriż. |
|
61 |
F’dak li jikkonċerna l-prinċipju ta’ ekwivalenza, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-osservanza ta’ dan il-prinċipju tippresupponi li r-regola nazzjonali inkwistjoni tapplika mingħajr distinzjoni għall-azzjonijiet ibbażati fuq drittijiet li l-litiganti jisiltu mid-dritt tal-Unjoni u għal dawk ibbażati fuq in-nuqqas ta’ osservanza tad-dritt intern li għandhom suġġett u kawża li jixxiebhu. Hija l-qorti nazzjonali, li għandha għarfien dirett tal-modalitajiet proċedurali applikabbli, li għandha tivverifika x-xebh tal-azzjonijiet ikkonċernati mill-perspettiva tas-suġġett tagħhom, tal-kawża tagħhom u tal-elementi essenzjali tagħhom (ara s-sentenza Agrokonsulting-04, C‑93/12, EU:C:2013:432, punt 39 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
62 |
Issa, fid-dawl tar-risposta mogħtija għat-tieni u għar-raba’ domandi, ebda dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni ma timponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jistabbilixxu sistema ta’ kumpens għad-danni kkawżati minn miżuri nazzjonali ta’ protezzjoni bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Għall-kuntrarju, il-possibbiltà li tiġi stabbilita tali sistema taqa’ esklużivament taħt l-għażla tal-leġiżlatur nazzjonali. |
|
63 |
Minn dan isegwi li, sa fejn l-osservanza tal-prinċipju ta’ ekwivalenza tippresupponi l-applikazzjoni mingħajr distinzjoni ta’ regola nazzjonali f’sitwazzjonijiet li jirriżultaw, minn naħa, mill-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u, min-naħa l-oħra, mid-dritt intern, dan il-prinċipju ma jistax jiġi applikat f’sitwazzjoni li ma taqax taħt id-dritt tal-Unjoni, bħal dik fil-kawża prinċipali. |
|
64 |
Fi kwalunkwe każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, f’dak li jikkonċerna l-azzjonijiet għall-kumpens għad-danni kkawżati mill-miżuri nazzjonali ta’ protezzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ebda element ma jindika applikazzjoni differenzjata ta’ regoli nazzjonali proċedurali tad-drittijiet iggarantiti mid-dritt tal-Unjoni u lanqas ta’ dawk previsti mid-dritt nazzjonali. |
|
65 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-prinċipju ta’ ekwivalenza ma huwiex applikabbli f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali. |
Fuq l-ispejjeż
|
66 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż.