02011R1333 — MT — 11.07.2017 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1333/2011 tad-19 ta' Diċembru 2011 li jistabbilixxi l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għall-banana, regoli dwar il-verifika tal-konformità mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni u r-rekwiżiti għan-notifikazzjonijiet fis-settur tal-banana (ĠU L 336 20.12.2011, p. 23) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 565/2013 tat-18 ta’ Ġunju 2013 |
L 167 |
26 |
19.6.2013 |
|
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1185 tal-20 ta' April 2017 |
L 171 |
113 |
4.7.2017 |
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1333/2011
tad-19 ta' Diċembru 2011
li jistabbilixxi l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għall-banana, regoli dwar il-verifika tal-konformità mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni u r-rekwiżiti għan-notifikazzjonijiet fis-settur tal-banana
(kodifikazzjoni)
KAPITOLU 1
L-ISTANDARDS TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI
Artikolu 1
L-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni applikabbli għall-bananas jidħlu taħt il-kodiċi NM 0803 00 , esklusi l-plantani, banana mqadda u banana intiżi għall-iproċessar, huma stabiliti f'Anness I ta’ hawnhekk.
Dawn l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għandhom japplikaw għall-banana li joriġinaw minn pajjiżi terzi fl-istadu li jkunu rilaxxati fiċ-ċirkulazzjoni ħielsa, għall-banana li jorġinaw fl-Unjoni fl-istadju ta’ l-ewwel sbarkar f'port ta’ l-Unjoni, u banana fornuti friski lill-konsumatur fir-reġjun tal-produzzjoni fl-istadju li jħallu t-tinda ta’ l-ippakjar.
Artikolu 2
L-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni imsemmijin fl-Artikolu 1 m'għandhomx jaffettwaw l-applikazzjoni, fi stadji aktar tard tal-bejgħ, tar-regoli nazzjonlai liema:
(a) ma jimpedixxux iċ-ċirkulazzjoni ħielsa tal-banana li joriġinaw minn pajjiżi terzi jew minn reġjuni oħrajn ta’ l- Unjoni u jħarsu l-istandards imsemmijin fl-Artikolu 1; u
(b) ma humiex inkompatibbli ma’ l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni imsemmijin fl-Artikolu 1.
KAPITOLU 2
IL-VERIFIKA TAL-KONFORMITÀ MA' L-ISTANDARDS TA' KUMMERĊJALIZZAZZJONI
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-ispezzjonijiet skond dan il-Kapitolu biex jivverifikaw li l-banana li taqa' fi ħdan il-kodiċi NM 0803 00 esklusi l-plantani, banana mqadda u banana intiżi għall-iproċessar ikunu konformi ma’ l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni imsemmijin fl-Artikolu 1.
Artikolu 4
Il-banana prodotta fl-Unjoni għandha tkun soġġetta għall-ispezzjonijiet dwar il-konformità tagħha ma’ l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni imsemmijin fl-Artikolu 1 qabel ma’ sseħħ it-tagħbija fuq mezz ta’ trasport bil-ħsieb li jiġi kkummerċjalizzat bħala friska. Tali spezzjonijiet għandhom isiru fl-impjant ta’ l-ippakkjar.
Il-banana li tkun innegozjata ‘lbarra mir-reġjun tagħha tal-produzzjoni għandha tkun soġġetta għall-ispezzjonijiet mhux imħabbrin meta tkun maħtuta l-ewwel darba f'lokalità oħra ta’ l-Unjoni.
L-ispezzjonijiet li hemm referenza dwarhom fl-ewwel u fit-tieni paragrafi għandhom isiru soġġetti għall-Artikolu 9.
Artikolu 5
Qabel ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni, il-banana impurtata minn pajjiżi terzi għandha tkunu soġġetta għall-ispezzjonijiet dwar il-konformità tagħha ma’ l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni imsemmijin fl-Artikolu 1 fl-Istati Membri ta’ l-ewwel ħatt fl-Unjoni, soġġetta għall-Artikolu 9.
Artikolu 6
1. Il-verifiki tal-konformità għandha ssir skond l-Artikolu 17 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011.
2. Għall-prodotti li, għal raġunijiet tekniċi, ma jistgħux jiġu spezzjonati dwar il-konformità fuq l-ewwel ħatt fl- Unjoni, għandhom isiru spezzjonijiet sussegwenti, l-iżjed tard mal-wasla fid-depost tal-maturazzjoni u f'kull każ, fir-rigward tal-prodotti impurtati minn pajjiżi terzi, qabel ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera.
3. Meta jseħħu l-ispezzjonijiet tal-konformità, iċ-ċertifikat imfassal skond l-Anness II għandu jinħareġ għall-prodotti li l-konformità tagħha ma’ l-istandard tkun ġiet aċċertata.
Iċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni maħruġ għall-banana li għandha l-oriġini f'pajjiżi terzi għandu jkun ippreżentat lill-awtoritajiet doganali għar-rilaxx ta’ dawk il-prodotti għaċ-ċirkolazzjoni libera fl- Unjoni.
4. Fl-eventwalità ta’ nuqqas ta’ konformità, punt 2.7 ta’ l-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għandu japplika.
5. Meta l- korp kompetenti ma tkunx spezzjonat ċerti prodotti, għandha tpoġġi t-timbru uffiċjali tagħha fuq in-notifika li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 7 jew, fin-nuqqas ta’ dak, fil-każ ta’ prodotti impurtati għandha tinforma lill-awtoritajiet doganali permezz ta’ mezzi xierqa oħrajn.
6. In-negozjanti għandhom jipprovdu l-faċilitajiet kollha meħtieġa mill-korp kompetenti biex tkun tista' twettaq il-verifika skond dan il-Kapitolu.
Artikolu 7
In-negozjanti ikkonċernati jew ir-rappreżentant tagħhom, li ma jikkwalifikawx għall-eżenzjoni li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 9, għandhom jipprovdu lill-korp kompetenti fi żmien xieraq bl-informazzjoni kollha meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-lottijiet u l-informazzjoni dettaljata dwar il-post u d-data tal-ippakjar u t-tbaħħir għall-banana miġbura fl-Unjoni, il-post u d-data ippjanati ta’ ħatt fl-Unjoni għall-banana minn pajjiżi terzi jew minn reġjuni ta’ l-Unjoni tal-produzzjoni u kunsinni fid-depositi tal-maturazzjoni għall-banana li ma jistgux jiġu spezzjonati meta jkunu maħtuta l-ewwel darba fl-Unjoni.
Artikolu 8
1. L-ispezzjonijiet tal-konformità għandhom isiru mid-dipartimenti jew mill-korpi nnominati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Dawn id-dipartimenti jew korpi għandhom jippreżentaw garanzija xierqa biex iwettqu l-ispezzjonijiet, b'mod partikolari fir-rigward tat-tagħmir, t-taħriġ u l-esperjenza.
2. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jiddelegaw ir-responsabbilità biex isiru l-ispezzjonijiet ta’ konformita' lill-korpi privati approvati għal dak il-għan li:
(a) jkollhom spetturi li jkunu attendew kors ta’ taħriġ rikonoxxut mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti;
(b) jkollhom it-tagħmir u l-faċilitajiet meħtieġa biex isiru l-verifiki u l-ananliżi meħtieġa għall-ispezzjonijiet; u
(c) jkollhom il-faċilitajiet adekwati biex tkun ikkomunikata l-informazzjoni.
3. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jispezzjonaw perjodikament l-eżekuzzjoni u l-effiċenza ta’ l-ispezzjonijiet ta’ konformita'. Għandhom jirtiraw l-approvazzjoni meta jsibu xi anomaliji jew irregolaritajiet li jistgħu jaffettwaw l-eżekuzzjoni korretta ta’ l-ispezzjonijiet ta’ konformita' jew meta l-ħtiġiet ma jkunux aktar milħuqa.
Artikolu 9
1. Il-kummerċjanti li jinnegozjaw il-banana maħżuna fl-Unjoni jew il-banana impurtata minn pajjiżi terzi m'għandhomx ikunu soġġetti għall-ispezzjonijiet dwar il-konformità ta’ l-istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni fl-istadji li hemm referenza dwarhom fl-Artikoli 4 u 5 meta huma:
(a) jkollhom persunal bl-esperjenza fl-istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni u l-immaniġjar u l-faċilitajiet ta’ l-ispezzjoni;
(b) jżommu rekords tal-ħidmiet li huma jagħmlu; u
(c) jippreżentaw garanziji li l-kwalità tal-banana li huma jinnegozjaw ikunu konformi ma’ l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni imsemmijin fl-Artikolu 1.
Il-kummerċjanti eżentati mill-ispezzjonijiet għandhom iġibu ċertifikat ta’ l-eżenzjoni skond il-mudell li jidher fl-Anness III.
2. L-eżenzjoni mill-ispezzjonijiet għandhom ikunu mogħtija, fuq it-talba tan-negozjant ikkonċernat, mid-dipartimenti ta’ l-ispezzjoni jew mill-korpi appuntati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti taż-żewġ Stati Membri tal-produzzjoni, għall-banana innegozjata fir-reġjun tal-produzzjoni ta’ l-Unjoni, jew fl-Istat Membru tal-ħatt, għall-banana ta’ l-Unjoni innegozjati band'oħra fl-Unjoni u l-banana impurtata minn pajjiżi terzi. L-eżenzjoni mill-ispezzjonijiet għandha tingħata għal perijodu massimu ta’ tliet snin u tista' terġa tkun imġedda. Din l-eżenzjoni għandha tapplika għas-suq kollu ta’ l-Unjoni għall-prodotti maħtuta fl-Istat Membru li jkun ta l-eżenzjoni.
Dawk id-dipartimenti jew korpi għandhom jirtiraw l-eżenzjoni meta jsibu anomaliji jew irregolaritajiet li jistgħu jaffetwaw il-konformità tal-banana ma’ l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni imsemmijin fl-Artikolu 1 jew meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ma’ jkunux aktar milħuqa.
L-irtirar għandu jkun jew temporanju jew permanenti, skond il-gravità tan-nuqqasijiet li jinstabu. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu reġistru ta’ negozjanti tal-banana eżentati mill-ispezzjonijiet, jallokawhom numru tar-reġistrazzjoni u jieħdu l-passi xierqa biex ixerdu tali informazzjoni.
3. Id-dipartimenti kompetenti jew korpi ta’ l-Istati Membri għandhom jivverifikaw perjodikament il-kwalità tal-banana kkumerċjalizzata minn-negozjanti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 u l-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti hemmhekk. In-negozjanti eżentati għandhom jipprovdu wkoll il-faċilitajiet kollha meħtieġa biex isiru tali verifiki.
▼M1 —————
Artikolu 10
Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għal kull spezzjonijiet mhux imħabbra li jsiru sussegwentement sa l-istadju tad-depot tal-maturazzjoni.
KAPITOLU 3
NOTIFIKI
▼M2 —————
Artikolu 12
Ir-Regolamenti (KE) Nru 2257/94, (KE) Nru 2898/95 u (KE) Nru 239/2007 huma mħassrin.
Referenzi għar-Regolamenti li ġew imħassrin għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VI.
Artikolu 13
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Standards ta' kummerċjalizzazzjoni għall-banana
I. DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT
Dan l-istandard japplika għall-banana tal-varjetajiet (cultivars) tal-Musa (AAA) spp., is-subgruppi Cavendish u Gros Michel, kif ukoll l-Ibridi, imsemmija fl-Anness IV, għall-forniment frisk għall-konsumatur wara l-preparazzjoni u l-imballaġġ. Plantains, banana intenzjonata għall-ipproċessar industrijali u banana tat-tin mhumiex koperti.
II. KWALITÀ
Dan l-istandard jiddefinixxi l-ħtiġiet tal-kwalità li għandhom jintlaħqu mill-banana ħodor li m'humiex misjurin wara l-preparazzjoni u l-ippakjar.
A. Ħtiġiet minimi
Fil-klassijiet kollha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali ta’ kull klassi u għat-tolleranzi permissibli, il-banana jridu jkunu:
— ħodor u mhux misjurin,
— intatti,
— sodi,
— b'saħħithom; prodott li hu affetwat bil-moffa jew deterjorazzjoni hekk li tagħmlu mhux tajjeb għall-konsum hu eskluż,
— nadif, prattikament ħieles minn materja viżibbli barranija,
— prattikament ħieles minn dud,
— prattikament ħieles minn danni kkawżat mid-dud,
— biz-zokk intatt, mingħajr liwi, ħsara mill-fungali jew dessikazzjoni,
— bil-pistilli mneħħijja,
— ħielsa minn malformazzjoni jew kurvatura annormali tal-mazz,
— prattikament ħielsa mill-brix,
— pratikament ħielsa minn danni minħabba temperaturi baxxi,
— ħielsa minn umdità annormali esterna,
— ħielsa minn kwalunkwe rieħa u/jew togħma.
B'żieda ma dan, il-mazzi u l-għenieqed (partijiet mill-mazzi) iridu jinkludu:
— porzjon suffiċjenti tal-kulur normali tal-qoxra, b'saħitha u ħielsa minn kontaminazzjoni fungali,
— qoxra maqtugħa pulita, li mhijiex taqta' jew imqatta bl-ebda fragmenti taz-zokk.
L-iżvilupp fiżiku u s-sejran tal-banana irid tkun tali li tagħmilhom kapaċi:
— li jifilħu għat-trasport u l-ġarr,
— u
— li jaslu f'kondizzjoni sodisfaċenti fil-post tad-destinazzjoni biex jilħqu livell xieraq ta’ maturità wara li jsiru.
B. Klassifikazzjoni
Il-Banana huma klassifikati fi tlett klassijiet definiti hawn taħt:
(i) Klassi “extra”
Banana f'din il-klassi jridu jkunu ta’ kwalità superjuri. Huma jridu jkollhom il-karattteristika tipika tal-varjetà u/jew tat-tip kummerċjali.
Il-mazz irid ikun ħieles minn difetti, apparti minn xi ftit tħassir superfiċjali li ma jagħttux it-total ta’ aktar minn 1 cm2 tal-wiċċ tal-frotta, liema ma jħassarx l-apparenza ġererali tal-mazz jew ta’ l-għanqud, il-kwalità tiegħu, iż-żamma tiegħu jew il-preservazzjoni tal-pakkett.
(ii) Klassi I
Banana f'din il-klassi jridu jkunu ta’ kwalità tajba. Għandhom juru l-karattteristiċi tipiċi tal-varjetà u/jew tat-tip kummerċjali.
B'danakollu, id-difetti żgħar tal-mazzi li ġejjin huma permissibbli, dejjem jekk ma jfixklux l-apparenza ġenerali ta’ kull mazz jew għanqud, il-kwalità tiegħu, iż-żamma tiegħu jew il-preżentazzjoni tal-pakkett:
— diffetti żgħar fil-għamla,
— diffetti żgħar tal-qoxra minħabba l-ħakk jew tħassir żgħir superfiċjali ieħor li ma jiksix it-total ta’ iżjed minn 2 cm2 tal-wiċċ tal-frotta.
Taħt l-ebda ċirkustanzi diffetti żgħar ma jistgħu jaffettwaw il-qalba tal-frotta.
(iii) Klassi II
Din il-klassi tkopri banana li ma jikkwalifikawx għall-inklużjoni fi klassi aktar għolja imma li jissodisfaw il-ħtiġiet minimi speċifikati hawn fuq.
Id-diffetti li ġejjin tal-mazzi huma permissibbli, dejjem jekk il-banana żżommu il-karattteristiċi essenzjali tagħhom fir-rigward tal-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:
— diffetti ta’ l-għamla,
— id-diffetti tal-qoxra minħabba brix, ħakk jew kawżi oħrajn, dejjem jekk il-parti totali affetwata ma tkoprix iżjed minn 4 cm2 tal-wiċċ tal-frotta.
Taħt l-ebda ċirkustanzi ma jistgħu d-diffetti jaffetwaw il-qalba tal-frotta.
III. QISIEN
Il-qies huwa stabbilit bi:
— it-tul tal-polpa edibli tal-frotta, espressa f'ċentimetri u mkejla matul il-wiċċ bibuzzat mit-tarf tal-blanzun sal-bażi tal-pedunkelu,
— il-grad, i.e. il-kejl, f'millimetri, tal-ħxuna tal-biċċa tranversali tal-frotta bejn l-uċuh laterali u n-nofs, perpendikulari ma’ l-assi lonġitudinali.
Il-frotta ta’ referenza għall-kejl tat-tul u l-grad hija:
— il-frotta tan-nofs mill-filliera ta’ barra tal-mazz,
— il-frotta segwenti għall-qata' sezzjonali tal-mazz, fuq il-filliera ta’ barra tal-għanqud.
It-tul minimu permissibli hu 14-il cm u l-grad minimu permissibli hu 27 mm.
B'eċċezzjoni għat-tielet paragrafu, banana prodotta fil-Madeira, l-Azores, l-Algarve, Kreta, Lakonja u Ċipru li hija twila inqas minn 14-il ċm tista' tiġi kummerċalizzata fl-Unjoni iżda għandha tiġi kklassifikata fil-Klassi II.
IV. TOLLERANZI
Tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs huma permissibbli f'kull pakkett fir-rigward tal-prodott li ma jissodisfax il-ħtiġiet tal-klassi indikata.
A. Tollerenzi tal-Kwalità
(i) Klassi “extra”
5 % bin-numru jew piż tal-banana li ma jissodisfawx il-ħtiġiet tal-klassi “extra” imma li jilħqu dawk għall-Klassi I, jew, eċċezzjonalment, li jkunu fit-tolleranzi għal dik il-klassi.
(ii) Klassi I
10 % bin-numru jew bil-piż tal-banana li ma jissodifawx il-ħtiġiet tal-Klassi I imma jilħqu dawk għal Klassi II, jew, eċċezzjonalment, ikunu fit-tolleranzi ta’ dik il-klassi.
(iii) Klassi II
10 % bin-numru jew bil-piż tal-banana li ma jissodisfawx la l-ħtiġiet għall-Klassi II u lanqas il-ħtiġiet minimi, ħlief bl-eċċezzjoni tal-prodott affetwat bl-immuffar jew kwalunkwe deterjorazzjoni oħra li tagħmlu mhux tajjeb għall-konsum.
B. Tolleranzi tad-daqs
Għall-klassijiet kollha, 10 % bin-numru ta’ banana li ma jissodisfawx il-karattteristiċi tad-daqs, sal-limitu ta’ 1 cm għat-tul minimu ta’ 14-il cm.
V. PREŻENTAZZJONI
A. Uniformità
Il-kontenut ta’ kull pakkett irid ikun uniformi u konsistenti esklussivament għall-banana ta’ l-istess oriġini, tal-varjetà u/jew it-tip kummerċjali, u l-kwalità.
Il-parti viżibbli tal-kontenuti ta’ kull pakkett iridu jkunu rappreżentattivi tal-kontenuti kollha.
B. Ippakkjar
Il-banana jridu jkunu ippakjati b'tali mod li jipproteġu l-prodott tajjeb.
Il-materjal użat ġewwa l-pakkett irid ikun ġdid, nadif u ta’ natura tali li tevita li tikkawżalu kwalunkwe deterjorazzjoni esterna jew interna tal-prodott. L-użu tal-materjal bħal ma hu, b'mod partikolari, karti tal-kisi u tikketti li jeħlu li jkollhom l-indikazzjonijiet kummerċjali hu permissibbli basta li l-istampar u l-ittikettjar ikun magħmul bl-inka jew kolla li mhijiex tossika.
L-ippakkjar irid ikun ħieles minn kwalunkwe materjal barrani.
C. Preżentazzjoni
Il-banana għandha tkun ippreżentata f'għenieqed jew partijiet ta’ għenieqed b'ta' l-anqas erba' bananiet. Il-banana tista' tiġi ppreżentata bil-waħdiet.
Għenieqed b'mhux iżjed minn żewġ frottiet nieqsa huma permissibbli, dejjem jekk iz-zokk ma jkunx imqatta imma maqtugħ pulit, mingħajr ħsara lill-frotta tal-qrib.
Mhux iżjed minn għanqud wieħed ta’ tlett frottiet bl-istess karatteristiċi bħall-frott l-ieħor fil-pakkett jistgħu jkunu preżenti f'kull filliera.
Fir-reġjuni tal-produzzjoni, banana jistgħu jkunu mibjugħa biz-zokk.
VI. L-ITTIKETTJAR
Kull pakkett irid ikollu l-partikularitajiet li ġejjin bil-kitba, kollha fuq l-istess naħa, leġibli u mmarkati hekk li ma jitħassarx u viżibli minn barra:
A. Identifikazzjoni
|
Isem u indirizz jew marka konvenzjonali uffiċjalment maħruġa hekk li tista' tingħaraf. |
B. Natura tal-prodott
— Il-kelma “Banana” meta il-kontenuti ma’ humiex viżibbli minn barra,
— l-isem tal-varjetà jew tat-tip kummerċjali.
C. L-Oriġini tal-prodott
— żona tal-produzzjoni,
— (b'għażla) nazzjonali, reġjonali jew l-isem lokali.
D. Speċifikazzjonijiet kummerċjali
— Klassi,
— piż net,
— id-daqs, espress bħala tul minimu u, b'għażla, bħala tul massimu.
E. Il-Marka tal-kontroll uffiċċjali (b'għażla).
ANNESS II
ANNESS III
Ċertifikat ta' eżenzjoni mill-verifikazzjoni tal-konformita' mal-istandards ta' kummerċjalizzazzjoni tal-banana
ANNESS IV
Lista ta’ gruppi ewlenin, sotto-gruppi u kultivari ta’ banana bħala diżerta mibjugħa fil-Unjoni
|
Grupp |
Sub-grupp |
Kultivari ewlenija (lista mhix eżawrenti) |
|
AA |
Bajtar ħelu |
Bajtar ħelu, Pisang Mas, Amas Datil, Bocadillo |
|
AB |
Ney-Poovan |
Ney Poovan, Safet Velchi |
|
AAA |
Cavendish |
Cavendish Nanu |
|
Cavendish Ġigantesk |
||
|
Lacatan |
||
|
Poyo (Robusta) |
||
|
Williams |
||
|
Americani |
||
|
Valery |
||
|
Arvis |
||
|
Gros Michel |
Gros Michel (“Big Mike”) |
|
|
Highgate |
||
|
Ibridi |
Flhorban 920 |
|
|
Bajtar roża |
Figue Rose |
|
|
Figue Rose Verte |
||
|
Ibota |
|
|
|
AAB |
Bajtar tat-tuffiegħ |
Bajtar tat-tuffiegħ, Ħarir |
|
Pome (Prata) |
Pacovan |
|
|
Prata Ana |
||
|
Mysore |
Mysore, Pisang Ceylan, Gorolo |
ANNESS V
Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2257/94 (ĠU L 245, 20.9.1994, p. 6) |
|
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1135/96 (ĠU L 150, 25.6.1996, p. 38) |
Artikolu 1 biss u l-verżjoni bil-Ġermaniż biss |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 386/97 (ĠU L 60, 1.3.1997, p. 53) |
Artikolu 1 biss u l-verżjonijiet Inlgliżi u Svediżi biss |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 228/2006 (ĠU L 39, 10.2.2006, p. 7) |
|
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2898/95 (ĠU L 304, 16.12.1995, p. 17) |
|
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 465/96 (ĠU L 65, 15.3.1996, p. 5) |
|
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1135/96 (ĠU L 150, 25.6.1996, p. 38) |
Artikolu 2 biss u l-verżjoni Ingliża biss |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 386/97 (ĠU L 60, 1.3.1997, p. 53) |
Artikolu 2 biss u l-verżjoni Spanjola biss |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 239/2007 (ĠU L 67, 7.3.2007, p. 3) |
|
|
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 557/2010 (ĠU L 159, 25.6.2010, p. 13) |
Artikolu 6 biss |
ANNESS VI
Tabella ta’ Korrelazzjoni
|
Regolament (KE) Nru 2257/94 |
Regolament (KE) Nru 2898/95 |
Regolament (KE) Nru 239/2007 |
Dan ir-Regolament |
|
Artikolu 1 |
— |
— |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 2, il-parti introduttorja |
— |
— |
Artikolu 2, il-parti introduttorja |
|
Artikolu 2, l-ewwel inċiż |
— |
— |
Artikolu 2(a) |
|
Artikolu 2, it-tieni inċiż |
— |
— |
Artikolu 2(b) |
|
Artikolu 3 |
— |
— |
Artikolu 13 |
|
Anness I |
— |
— |
Anness I |
|
Anness II |
— |
— |
Anness IV |
|
— |
Artikolu 1 |
— |
Artikolu 3 |
|
— |
Artikolu 2 |
— |
Artikolu 4 |
|
— |
Artikolu 3 |
— |
Artikolu 5 |
|
— |
Artikolu 4 |
— |
Artikolu 6 |
|
— |
Artikolu 5 |
— |
Artikolu 7 |
|
— |
Artikolu 6 |
— |
Artikolu 8 |
|
— |
Artikolu 7 |
— |
Artikolu 9 |
|
— |
Artikolu 8 |
— |
Artikolu 10 |
|
— |
Artikolu 9 |
— |
— |
|
— |
Anness I |
— |
Anness II |
|
— |
Anness II |
— |
Anness III |
|
— |
— |
Artikolu 1 |
Artikolu 11 |
|
— |
— |
Artikolu 2 |
— |
|
— |
— |
Artikolu 3 |
— |
|
— |
— |
— |
Artikolu 12 |
|
— |
— |
— |
Anness V |
|
— |
— |
— |
Anness VI |