|
25.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 225/7 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1042
tat-18 ta’ Ġunju 2021
li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri għas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2244
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 13i(5) u 24 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/884 (2) li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri meħtieġa għas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri stabbilita bid-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li ġiet ikkodifikata u mħassra bid-Direttiva (UE) 2017/1132. Sussegwentement, fid-Direttiva (UE) 2017/1132 ġew introdotti aktar proċeduri għas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri bid-Direttiva (UE) 2019/1151 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2244 (5) stabbilixxa l-ispeċifikazzjonijiet u l-proċeduri tekniċi korrispondenti u ħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/884. Fl-aħħar nett, ġew introdotti proċeduri ulterjuri għas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri fid-Direttiva (UE) 2017/1132 bid-Direttiva (UE) 2019/2121 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) flimkien ma’ rekwiżit għall-Kummissjoni li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet u l-proċeduri tekniċi korrispondenti sat-2 ta’ Lulju 2021. |
|
(2) |
Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti speċifikazzjonijiet tekniċi li jiddefinixxu l-metodi ta’ skambju ta’ informazzjoni bejn ir-reġistru tal-kumpanija u r-reġistru tal-fergħa f’każ li tinfetaħ jew tingħalaq fergħa jew meta jseħħu bidliet fid-data u l-informazzjoni tal-kumpanija. |
|
(3) |
Hemm bżonn li jiġi speċifikat x’jenħtieġ li tkun il-lista dettaljata tad-data meta tiġi pprovduta informazzjoni bejn ir-reġistru tal-kumpanija u r-reġistru tal-fergħa sabiex jiġi żgurat skambju effiċjenti tad-data. |
|
(4) |
Il-proċedura u r-rekwiżiti tekniċi għall-konnessjoni tal-punti fakultattivi ta’ aċċess għall-Kummissjoni jew istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji oħra tal-Unjoni mal-pjattaforma hemm bżonn li jiġu speċifikati sabiex jiġu żgurati regoli konsistenti għall-istabbiliment ta’ tali punti ta’ aċċess. |
|
(5) |
Għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar diretturi skwalifikati stabbiliti bid-Direttiva (UE) 2019/1151 hemm bżonn li jiġu stabbiliti arranġamenti dettaljati u dettalji tekniċi biex jiġi żgurat skambju ta’ informazzjoni effettiv, effiċjenti u fil-pront. |
|
(6) |
Hemm ħtieġa li jiġi speċifikat x’għandha tkun il-lista dettaljata tad-data li għandha tiġi trażmessa għall-fini tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn ir-reġistri u għall-finijiet ta’ żvelar kif imsemmi fl-Artikoli 86g, 86n, 86p, 123, 127a, 130, 160 g, 160n u 160p tad-Direttiva (UE) 2017/1132, sabiex jiġi żgurat skambju effiċjenti tad-data f’operazzjonijiet transfruntiera. |
|
(7) |
Sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali, il-proċeduri u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kollha għas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri meħtieġa mid-Direttiva (UE) 2017/1132 jenħtieġ li jiġu inklużi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni uniku. Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2244 jitħassar u l-ispeċifikazzjonijiet u l-proċeduri tekniċi stabbiliti f’dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jenħtieġ li jiġu inklużi f’dan ir-Regolament. |
|
(8) |
Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali skont dan ir-Regolament hu soġġett għar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u għar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), kif applikabbli. |
|
(9) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta opinjoni fl-10 ta’ Marzu 2021. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Interkonnessjoni tar-Reġistri Ċentrali, Kummerċjali u tal-Kumpaniji, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri għas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri msemmija fl-Artikolu 22(2) tad-Direttiva (UE) 2017/1132 huma stipulati fl-Anness.
Artikolu 2
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2244 jitħassar.
Ir-referenzi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/884 u għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2244 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 169, 30.6.2017, p. 46.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/884 tat-8 ta’ Ġunju 2015 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri meħtieġa għas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri stabbilita bid-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 144, 10.6.2015, p. 1).
(3) Id-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Settembru 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti (ĠU L 258, 1.10.2009, p. 11).
(4) Id-Direttiva (UE) 2019/1151 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1132 fir-rigward tal-użu ta’ għodod u proċessi diġitali fil-liġi dwar il-kumpaniji (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 80).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2244 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri għas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/884 (ĠU L 439, 29.12.2020, p. 1).
(6) Id-Direttiva (UE) 2019/2121 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1132 fir-rigward ta’ konverżjonijiet, mergers u diviżjonijiet transkonfinali (ĠU L 321, 12.12.2019, p. 1).
(7) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(8) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
ANNESS
Speċifikazzjonijiet tekniċi u proċeduri
Fejn f’dan l-Anness issir referenza għal “reġistri”, din għandha tinftiehem bħala “reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji”.
Is-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri f’dan l-Anness tissejjaħ is-“Sistema tal-Interkonnessjoni tar-Reġistri Kummerċjali (BRIS)”.
1. Metodi ta’ komunikazzjoni
Il-BRIS għandha tuża metodi bbażati fuq is-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, bħal servizzi tal-Internet, għall-fini ta’ interkonnessjoni tar-reġistri.
Il-komunikazzjoni bejn il-portal u l-pjattaforma, u bejn reġistru u l-pjattaforma, għandha tkun komunikazzjoni ta’ wieħed ma’ wieħed. Il-komunikazzjoni mill-pjattaforma għar-reġistri tista’ tkun wieħed ma’ wieħed jew wieħed ma’ ħafna.
2. Protokolli ta’ komunikazzjoni
Protokolli tal-Internet siguri, bħall-Hypertext Transfer Protocol Secure (HTTPS), għandhom jintużaw għall-komunikazzjoni bejn il-portal, il-pjattaforma, ir-reġistri u l-punti ta’ aċċess fakultattiv.
Protokolli ta’ komunikazzjoni standard, bħall-Protokoll ta’ Aċċess ta’ Oġġett Uniku (SOAP), għandhom jintużaw għat-trażmissjoni ta’ data strutturata u l-metadata.
3. L-istandards tas-sigurtà
Għall-komunikazzjoni u d-distribuzzjoni ta’ informazzjoni permezz tal-BRIS, il-miżuri tekniċi li jiżguraw l-istandards ta’ sigurtà minimi tat-teknoloġija tal-informatika għandhom jinkludu:
|
(a) |
miżuri għall-iżgurar tal-kunfidenzjalità tal-informazzjoni, inkluż billi jintużaw kanali sikuri (HTTPS); |
|
(b) |
miżuri għall-iżgurar tal-integrità tad-data waqt li tkun qed tiġi skambjata; |
|
(c) |
miżuri għall-iżgurar ta’ nonrepudjazzjoni tal-oriġini tal-mittent tal-informazzjoni fi ħdan il-BRIS u n-nonrepudjazzjoni tal-wasla tal-informazzjoni; |
|
(d) |
miżuri għall-iżgurar ta’ lloggjar ta’ avvenimenti ta’ sigurtà f’konformità ma’ rakkomandazzjonijiet internazzjonali għal standards tas-sigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni; |
|
(e) |
miżuri għall-iżgurar tal-awtentikazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ kull utent irreġistrat u miżuri għall-verifika tal-identità tas-sistemi konnessi mal-portal, mal-pjattaforma jew mar-reġistri fil-BRIS. |
4. Metodi ta’ skambju ta’ informazzjoni bejn ir-reġistru tal-kumpanija u r-reġistru tal-fergħa
4.1 Notifika ta’ żvelar ta’ fergħa
Il-metodu li ġej għandu jintuża għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn ir-reġistru tal-kumpanija u r-reġistru tal-fergħa f’konformità mal-Artikoli 20 u 34 tad-Direttiva (UE) 2017/1132:
|
(a) |
Ir-reġistru tal-kumpanija għandu jagħmel disponibbli, mingħajr dewmien, lill-pjattaforma l-informazzjoni dwar il-ftuħ u t-tmiem ta’ kull proċediment ta’ stralċ jew insolvenza u fuq it-tneħħija tal-kumpanija (“l-informazzjoni żvelata”); |
|
(b) |
Biex tkun żgurata l-irċevuta mingħajr dewmien tal-informazzjoni divulgata, ir-reġistru tal-fergħa għandu jitlob din l-informazzjoni mingħand il-pjattaforma. Din it-talba tista’ tikkonsisti f’li jiġu indikati lill-pjattaforma l-kumpaniji li dwarhom ir-reġistru tal-fergħa huwa interessat li jirċievi l-informazzjoni żvelata; |
|
(c) |
B’dik it-talba, il-pjattaforma għandha tiżgura li r-reġistru tal-fergħa jkollu aċċess għall-informazzjoni divulgata mingħajr dewmien. |
4.2 Notifika tar-reġistrazzjoni tal-fergħa
Il-metodu li ġej għandu jintuża għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn ir-reġistru tal-fergħa u r-reġistru tal-kumpanija f’konformità mal-Artikolu 28a tad-Direttiva (UE) 2017/1132:
|
(a) |
Ir-reġistru tal-fergħa għandu jibgħat messaġġ, mingħajr dewmien, permezz tal-BRIS lir-reġistru tal-kumpanija (“notifika tar-reġistrazzjoni tal-fergħa”); |
|
(b) |
Meta tasal in-notifika, ir-reġistru tal-kumpanija għandu, mingħajr dewmien, jibgħat messaġġ li jikkonferma l-irċevuta tan-notifika (“konferma tar-riċevuta tan-notifika tar-reġistrazzjoni tal-fergħa”). |
4.3 Notifika tal-għeluq tal-fergħa
Il-metodu li ġej għandu jintuża għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn ir-reġistru tal-fergħa u r-reġistru tal-kumpanija f’konformità mal-Artikolu 28c tad-Direttiva (UE) 2017/1132:
|
(a) |
Ir-reġistru tal-fergħa għandu jibgħat messaġġ, mingħajr dewmien, permezz tal-BRIS lir-reġistru tal-kumpanija (“notifika tal-għeluq tal-fergħa”); |
|
(b) |
Meta tasal in-notifika, ir-reġistru tal-kumpanija għandu, mingħajr dewmien, jibgħat messaġġ li jikkonferma l-irċevuta tan-notifika (“konferma tar-riċevuta tan-notifika tal-għeluq tal-fergħa”). |
4.4. Notifika dwar bidliet fid-dokumenti u informazzjoni dwar il-kumpanija
Il-metodu li ġej għandu jintuża għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn ir-reġistru tal-kumpanija u r-reġistru tal-fergħa f’konformità mal-Artikolu 30a tad-Direttiva (UE) 2017/1132:
|
(a) |
Ir-reġistru tal-kumpanija għandu jagħmel disponibbli, mingħajr dewmien, lill-pjattaforma l-informazzjoni dwar il-bidliet fid-dokumenti u l-informazzjoni dwar il-kumpanija (“informazzjoni żvelata”). Il-format tal-messaġġ għandu jagħmilha possibbli li jiġu inklużi l-hemżiet; |
|
(b) |
Biex tkun żgurata l-irċevuta mingħajr dewmien tal-informazzjoni divulgata, ir-reġistru tal-fergħa għandu jitlob din l-informazzjoni mingħand il-pjattaforma. Dik it-talba tista’ tikkonsisti f’li jiġi indikat lill-pjattaforma l-kumpaniji li dwarhom ir-reġistru tal-fergħa huwa interessat li jirċievi l-informazzjoni żvelata: |
|
(c) |
B’dik it-talba, il-pjattaforma għandha tiżgura li r-reġistru tal-fergħa jkollu aċċess għall-informazzjoni divulgata mingħajr dewmien. |
|
(d) |
Meta tasal l-informazzjoni żvelata, ir-reġistru tal-fergħa għandu, mingħajr dewmien, jibgħat messaġġ li jikkonferma l-irċevuta tan-notifika (“konferma tar-riċevuta tan-notifika dwar bidliet fid-dokumenti u informazzjoni dwar il-kumpanija”). |
4.5. Żbalji ta’ komunikazzjoni
Miżuri tekniċi xierqa u proċeduri għandhom ikunu fis-seħħ sabiex jittrattaw kull żball ta’ komunikazzjoni bejn ir-reġistru u l-pjattaforma.
5. Lista tad-data li trid tiġi skambjata bejn ir-reġistri
5.1. Notifika ta’ żvelar ta’ fergħa
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, l-iskambju ta’ informazzjoni bejn ir-reġistri stabbiliti fl-Artikoli 20 u 34 tad-Direttiva (UE) 2017/1132 għandha tissejjaħ “notifika ta’ żvelar ta’ fergħa”. Il-proċediment li jwassal għal din in-notifika għandu jissejjaħ “avveniment ta’ żvelar ta’ fergħa”.
Għal kull notifika ta’ żvelar tal-fergħa msemmija fil-punt 4.1, l-Istati Membri għandhom jiskambjaw id-data li ġejja:
|
Tip ta’ data |
Deskrizzjoni |
Kardinalità (1) |
Deskrizzjoni addizzjonali |
|
Id-Data u l-Ħin tal-Ħruġ |
Id-data u l-ħin ta’ meta n-notifika kienet mibgħuta |
1 |
Data u Ħin |
|
Organizzazzjoni tal-Ħruġ |
L-isem/L-identifikatur tal-organizzazzjoni li toħroġ din in-notifika |
1 |
Struttura tal-parti tad-data |
|
Referenza Leġiżlattiva |
Referenza għal-leġiżlazzjoni rilevanti nazzjonali jew tal-Unjoni |
0…n |
Test |
|
Data relatata ma’ proċediment |
|
1 |
Grupp ta’ Elementi |
|
Data Effettiva |
Data meta l-proċediment li jaffettwa l-kumpanija daħal fis-seħħ |
1 |
Data |
|
Tip ta’ Proċediment |
It-tip ta’ proċediment li jwassal għal avveniment ta’ żvelar ta’ fergħa kif imsemmi fl-Artikolu 20 tad-Direttiva (UE) 2017/1132 |
1 |
Kodiċi (Ftuħ ta’ Stralċ Terminazzjoni tal-Istralċ Ftuħ u Terminazzjoni tal-Istralċ Revoka tal-Istralċ Ftuħ ta’ Insolvenza Terminazzjoni ta’ Insolvenza Ftuħ u Terminazzjoni ta’ Insolvenza Revoka ta’ Insolvenza Tneħħija) |
|
Id-data tal-kumpanija |
|
1 |
Grupp ta’ Elementi |
|
EUID |
Identifikatur uniku tal-kumpanija li tkun is-suġġett ta’ din in-notifika |
1 |
Identifikatur Ara t-Taqsima 9 ta’ dan l-Anness għall-istruttura tal-EUID |
|
ID alternattiv |
Identifikaturi oħra tal-kumpanija (eż. Identifikatur tal-Entità Ġuridika) |
0…n |
Identifikatur |
|
Forma ġuridika |
It-tip ta’ forma ġuridika |
1 |
Kodiċi Kif imsemmi fl-Anness II tad-Direttiva (UE) 2017/1132 |
|
Isem |
Isem tal-kumpanija li tkun is-suġġett ta’ din in-notifika |
1 |
Test |
|
Uffiċċju Reġistrat |
L-Uffiċċju Reġistrat tal-Kumpanija |
1 |
Test |
|
Isem ir-Reġistru |
L-isem tar-reġistru fejn hija rreġistrata l-kumpanija |
1 |
Test |
Il-messaġġ ta’ notifika jista’ wkoll jinkludi data teknika meħtieġa għat-trażmissjoni xierqa tal-messaġġ.
L-iskambju ta’ informazzjoni għandu jinkludi wkoll messaġġi tekniċi meħtieġa għall-konferma tal-wasla, l-illoggjar u l-iskopijiet ta’ rappurtar.
5.2 Notifika tar-reġistrazzjoni tal-fergħa
Għal kull notifika ta’ reġistrazzjoni tal-fergħa msemmija fil-punt 4.2, l-Istati Membri għandhom jiskambjaw id-data li ġejja:
|
Tip ta’ data |
Deskrizzjoni |
Kardinalità (2) |
Deskrizzjoni addizzjonali |
|
Id-Data u l-Ħin tal-Ħruġ |
Id-data u l-ħin ta’ meta n-notifika kienet mibgħuta |
1 |
Data u Ħin |
|
Organizzazzjoni tal-Ħruġ |
L-isem/L-identifikatur tal-organizzazzjoni li toħroġ din in-notifika |
1 |
Struttura tal-parti tad-data |
|
Organizzazzjoni Riċevitriċi |
L-isem/L-identifikatur tar-reġistru fejn hija rreġistrata l-kumpanija |
1 |
Struttura tal-parti tad-data |
|
Referenza Leġiżlattiva |
Referenza għal-leġiżlazzjoni rilevanti nazzjonali jew tal-Unjoni |
0…n |
Test |
|
Data tal-fergħa |
|
1 |
Grupp ta’ Elementi |
|
Data tar-reġistrazzjoni |
Data meta ġiet irreġistrata l-fergħa. |
1 |
Data |
|
Data effettiva |
Data meta l-ftuħ tal-fergħa jsir effettiv, jekk disponibbli |
0 |
Data |
|
Isem il-fergħa jekk differenti minn isem il-kumpanija |
Isem il-fergħa li tkun is-suġġett ta’ din in-notifika. Jekk huwa l-istess bħall-kumpanija, dan il-kamp jenħtieġ li jitħalla vojt |
0 |
Test Kif imsemmi fl-Artikolu 30(1)(d) tad-Direttiva (UE) 2017/1132 |
|
Ismijiet addizzjonali tal-fergħa |
Jekk il-fergħa jkollha aktar minn isem wieħed, l-ismijiet addizzjonali jistgħu jiġu inklużi. |
0…n |
Test |
|
EUID |
Identifikatur uniku tal-fergħa li tkun is-suġġett ta’ din in-notifika |
1 |
Identifikatur |
|
L-indirizz tal-fergħa |
L-indirizz tal-fergħa li tkun is-suġġett ta’ din in-notifika |
1 |
Indirizz sħiħ |
|
Id-data tal-kumpanija |
|
1 |
Grupp ta’ Elementi |
|
EUID |
Identifikatur uniku tal-kumpanija li għaliha tappartjeni l-fergħa |
1 |
Identifikatur |
|
ID alternattiv |
Identifikaturi oħra tal-kumpanija (eż. Identifikatur tal-Entità Ġuridika) |
0…n |
Identifikatur |
|
Forma ġuridika |
It-tip ta’ forma ġuridika |
0 |
Kodiċi Kif imsemmi fl-Anness II tad-Direttiva (UE) 2017/1132 |
|
Isem |
Isem tal-kumpanija li tkun is-suġġett ta’ din in-notifika |
0 |
Test |
Il-messaġġ ta’ notifika jista’ wkoll jinkludi data teknika meħtieġa għat-trażmissjoni xierqa tal-messaġġ.
L-iskambju ta’ informazzjoni għandu jinkludi wkoll messaġġi tekniċi meħtieġa għall-konferma tal-wasla, l-illoggjar u l-iskopijiet ta’ rappurtar.
5.3 Notifika tal-għeluq tal-fergħa
Għal kull notifika ta’ għeluq tal-fergħa msemmija fil-punt 4.3, l-Istati Membri għandhom jiskambjaw id-data li ġejja:
|
Tip ta’ data |
Deskrizzjoni |
Kardinalità (3) |
Deskrizzjoni addizzjonali |
|
Id-Data u l-Ħin tal-Ħruġ |
Id-data u l-ħin ta’ meta n-notifika kienet mibgħuta |
1 |
Data u Ħin |
|
Organizzazzjoni tal-Ħruġ |
L-isem/L-identifikatur tal-organizzazzjoni li toħroġ din in-notifika |
1 |
Struttura tal-parti tad-data |
|
Organizzazzjoni Riċevitriċi |
L-isem/L-identifikatur tar-reġistru fejn hija rreġistrata l-kumpanija |
1 |
Struttura tal-parti tad-data |
|
Referenza Leġiżlattiva |
Referenza għal-leġiżlazzjoni rilevanti nazzjonali jew tal-Unjoni |
0…n |
Test |
|
Data tal-fergħa |
|
1 |
Grupp ta’ Elementi |
|
Data tat-tħassir tal-fergħa mir-reġistru |
Data meta l-fergħa tħassret mir-reġistru |
1 |
Data |
|
Data effettiva |
Data meta l-għeluq tal-fergħa jsir effettiv, jekk disponibbli |
0 |
Data |
|
Isem il-fergħa jekk differenti minn isem il-kumpanija |
Isem il-fergħa li tkun is-suġġett ta’ din in-notifika. Jekk huwa l-istess bħall-kumpanija, dan il-kamp jenħtieġ li jitħalla vojt |
0 |
Test Kif imsemmi fl-Artikolu 30(1)(d) tad-Direttiva (UE) 2017/1132 |
|
Ismijiet addizzjonali tal-fergħa |
Jekk il-fergħa jkollha aktar minn isem wieħed, l-ismijiet addizzjonali jistgħu jiġu inklużi. |
0…n |
Test |
|
EUID |
Identifikatur uniku tal-fergħa li tkun is-suġġett ta’ din in-notifika |
1 |
Identifikatur |
|
Id-data tal-kumpanija |
|
1 |
Grupp ta’ Elementi |
|
EUID |
Identifikatur uniku tal-kumpanija li għaliha tappartjeni l-fergħa |
1 |
Identifikatur |
|
ID alternattiv |
Identifikaturi oħra tal-kumpanija (eż. Identifikatur tal-Entità Ġuridika) |
0…n |
Identifikatur |
|
Forma ġuridika |
It-tip ta’ forma ġuridika |
0 |
Kodiċi Kif imsemmi fl-Anness II tad-Direttiva (UE) 2017/1132 |
|
Isem |
Isem tal-kumpanija li tkun is-suġġett ta’ din in-notifika |
0 |
Test |
Il-messaġġ ta’ notifika jista’ wkoll jinkludi data teknika meħtieġa għat-trażmissjoni xierqa tal-messaġġ.
L-iskambju ta’ informazzjoni għandu jinkludi wkoll messaġġi tekniċi meħtieġa għall-konferma tal-wasla, l-illoggjar u l-iskopijiet ta’ rappurtar.
5.4 Notifika dwar bidliet fid-dokumenti u informazzjoni dwar il-kumpanija
Għal kull notifika dwar bidliet fid-dokumenti u l-informazzjoni tal-kumpanija msemmija fil-punt 4.4, l-Istati Membri għandhom jiskambjaw id-data li ġejja:
|
Tip ta’ data |
Deskrizzjoni |
Kardinalità (4) |
Deskrizzjoni addizzjonali |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Id-Data u l-Ħin tal-Ħruġ |
Id-data u l-ħin ta’ meta n-notifika kienet mibgħuta |
1 |
Data u Ħin |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Organizzazzjoni tal-Ħruġ |
L-isem/L-identifikatur tal-organizzazzjoni li toħroġ din in-notifika |
1 |
Struttura tal-parti tad-data |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Organizzazzjoni Riċevitriċi |
L-isem/L-identifikatur tar-reġistru fejn hija rreġistrata l-fergħa |
1 |
Struttura tal-parti tad-data |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Referenza Leġiżlattiva |
Referenza għal-leġiżlazzjoni rilevanti nazzjonali jew tal-Unjoni |
0…n |
Test |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Data relatata ma’ proċediment |
|
1 |
Grupp ta’ Elementi |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Tip ta’ Proċedimenti |
Tip ta’ proċediment li jwassal għal notifika dwar bidliet fid-dokumenti u informazzjoni dwar il-kumpanija |
1 |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Data tar-reġistrazzjoni |
Data meta ġiet irreġistrata l-bidla fid-dokumenti u l-informazzjoni dwar il-kumpanija |
1 |
Data |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Data effettiva |
Data meta tidħol fis-seħħ il-bidla fid-dokumenti u l-informazzjoni tal-kumpanija, jekk disponibbli |
0 |
Data |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Data rilevanti li għandha tiġi aġġornata, skont it-Tip ta’ Proċediment |
Bidla fid-data tal-kumpanija |
1 |
Waħda minn dawn li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Data addizzjonali li trid tiġi pprovduta b’mod fakultattiv rigward il-punt (d) tal-Artikolu 14 |
Bidla fid-data tal-kumpanija |
0…n |
Data fakultattiva:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Id-data tal-kumpanija |
|
1 |
Grupp ta’ Elementi |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
EUID |
Identifikatur uniku tal-kumpanija li għaliha tappartjeni l-fergħa |
1 |
Identifikatur |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
ID alternattiv |
Identifikaturi oħra tal-kumpanija (eż. Identifikatur tal-Entità Ġuridika) |
0…n |
Identifikatur |
Id-dokumenti u l-informazzjoni l-ġodda msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 14 tad-Direttiva (UE) 2017/1132 ma għandhomx jintbagħtu lir-reġistru tal-fergħa jekk l-Istat Membru inkwistjoni japplika l-għażla msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 31 ta’ dik id-Direttiva.
Il-messaġġ ta’ notifika jista’ wkoll jinkludi data teknika meħtieġa għat-trażmissjoni tajba tal-messaġġ.
L-iskambju ta’ informazzjoni għandu jinkludi wkoll messaġġi tekniċi meħtieġa għall-konferma tal-wasla, l-illoggjar u l-iskopijiet ta’ rappurtar.
6. Operazzjonijiet transkonfinali
6.1. Konverżjoni transkonfinali
6.1.1.
|
(a) |
Għall-finijiet tal-iżvelar imsemmi fl-Artikolu 86 g(1) tad-Direttiva (UE) 2017/1132, ir-reġistru tal-Istat Membru tat-tluq għandu jittrażmetti u jagħmel aċċessibbli għall-pubbliku permezz tal-BRIS id-data addizzjonali tal-kumpanija li ġejja:
|
|
(b) |
Għall -finijiet tal-iżvelar imsemmi fl-Artikolu 86 g(3) tad-Direttiva (UE) 2017/1132, ir-reġistru tal-Istat Membru tat-tluq għandu jittrażmetti u jagħmel aċċessibbli għall-pubbliku permezz tal-BRIS id-data addizzjonali tal-kumpanija li ġejja:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6.1.2.
|
(a) |
Għal kull trażmissjoni taċ-ċertifikat ta’ qabel il-konverżjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 86n(1) tad-Direttiva (UE) 2017/1132, ir-reġistru tal-Istat Membru tat-tluq għandu, wara l-ħruġ taċ-ċertifikat skont l-Artikolu 86 m(7), (10) u (11) ta’ dik id-Direttiva, jibgħat lir-reġistru tal-Istat Membru tad-destinazzjoni d-data li ġejja:
|
|
(b) |
Għall-finijiet li ċ-ċertifikat ta’ qabel il-konverżjoni jsir disponibbli permezz tal-BRIS, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 86n(1) tad-Direttiva (UE) 2017/1132 ir-reġistru tal-Istat Membru tat-tluq għandu jittrażmetti d-data li ġejja:
|
6.1.3.
6.1.3.1. Reġistrazzjoni ta’ konverżjoni transkonfinali
Ir-reġistri tal-Istati Membri tat-tluq u tad-destinazzjoni għandhom jagħmlu l-informazzjoni li ġejja disponibbli pubblikament u aċċessibbli permezz tal-BRIS, skont l-artikolu 86p(2) tad-Direttiva (UE) 2017/1132:
|
(a) |
Id-data li għandha tiġi pprovduta mir-reġistru tal-Istat Membru tad-destinazzjoni
|
|
(b) |
Id-data li għandha tiġi pprovduta mir-reġistru tal-Istat Membru tat-tluq |
Ir-reġistru tal-Istat Membru tat-tluq għandu jipprovdi d-data rilevanti mal-wasla tan-notifika skont 6.1.3.2
|
Tip ta’ data |
Deskrizzjoni |
Kardinalità (10) |
Deskrizzjoni addizzjonali |
|
Data li għandha tkun disponibbli għal BRIS |
|
1 |
Grupp ta’ Elementi |
|
EUID |
EUID tal-kumpanija kkonvertita |
1 |
Identifikatur |
|
Id-data li għandha tkun disponibbli għall-pubbliku u aċċessibbli permezz tal-BRIS |
|
1 |
Grupp ta’ Elementi |
|
Tħassir jew tneħħija b’riżultat ta’ konverżjoni transkonfinali |
Li t-tħassir jew it-tneħħija mir-reġistru tal-kumpanija li wettqet il-konverżjoni transkonfinali huma r-riżultat ta’ konverżjoni transkonfinali |
1 |
Test |
|
Data |
Id-data tat-tħassir jew it-tneħħija tal-kumpanija li wettqet il-konverżjoni transkonfinali mir-reġistru |
1 |
Data |
|
Numru ta’ reġistrazzjoni |
Numru ta’ reġistrazzjoni tal-kumpanija kkonvertita |
1 |
Identifikatur |
|
Isem il-kumpanija |
Isem il-kumpanija kkonvertita |
1 |
Test |
|
Forma ġuridika |
Tip ta’ forma ġuridika tal-kumpanija kkonvertita |
1 |
Kodiċi Kif imsemmi fl-Anness II tad-Direttiva (UE) 2017/1132 |
6.1.3.2. Notifika dwar il-konverżjoni transkonfinali
Għal kull notifika ta’ konverżjoni transkonfinali msemmija fl-Artikolu 86p(3) tad-Direttiva (UE) 2017/1132, ir-reġistru tal-Istat Membru tad-destinazzjoni għandu jibgħat id-data li ġejja lir-reġistru tal-Istat Membru tat-tluq:
|
Tip ta’ data |
Deskrizzjoni |
Kardinalità (11) |
Deskrizzjoni addizzjonali |
|
Id-Data u l-Ħin tal-Ħruġ |
Id-data u l-ħin ta’ meta n-notifika kienet mibgħuta |
1 |
Data u Ħin |
|
Organizzazzjoni tal-ħruġ |
L-isem/L-identifikatur tal-organizzazzjoni li ħarġet din in-notifika (Ir-Reġistru tan-Negozju tad-Destinazzjoni) |
1 |
Struttura tal-parti tad-data |
|
Organizzazzjoni Riċevitriċi |
L-isem/l-identifikatur tal-organizzazzjoni li lilha hija indirizzata din in-notifika (Ir-Reġistru tan-Negozju tat-Tluq) |
1 |
Struttura tal-parti tad-data |
|
Data relatata mal-konverżjoni |
|
1 |
Grupp ta’ Elementi |
|
Id-data effettiva tal-konverżjoni |
Id-data li fiha saret effettiva l-konverżjoni transkonfinali |
1 |
Data |
|
Referenza Leġiżlattiva |
Referenza għal-leġiżlazzjoni rilevanti nazzjonali jew tal-Unjoni |
0…n |
Test |
|
Data tal-kumpanija kkonvertita |
Kumpanija kkonvertita kif definita fl-Artikolu 86b(5) |
1 |
Grupp ta’ Elementi |
|
EUID |
Identifikatur uniku tal-kumpanija kkonvertita |
1 |
Identifikatur |
|
ID alternattiv |
Identifikaturi oħra tal-kumpanija kkonvertita (eż. Identifikatur tal-Entità Ġuridika) |
0…n |
Identifikatur |
|
Forma ġuridika |
Tip ta’ forma ġuridika tal-kumpanija kkonvertita |
1 |
Kodiċi Kif imsemmi fl-Anness II tad-Direttiva (UE) 2017/1132 |
|
Isem |
Isem il-kumpanija kkonvertita |
1 |
Test |
|
Uffiċċju reġistrat |
L-Uffiċċju Reġistrat tal-kumpanija kkonvertita |
1 |
Test |
|
Isem ir-Reġistru |
L-isem tar-reġistru fejn hija rreġistrata l-kumpanija kkonvertita |
1 |
Test |
|
Numru ta’ reġistrazzjoni |
In-numru ta’ reġistrazzjoni tal-kumpanija kkonvertita fir-reġistru |
1 |
Identifikatur |
|
Id-data tal-kumpanija |
Il-kumpanija li wettqet il-konverżjoni transkonfinali kif definita fl-Artikolu 86b (1) |
1 |
Grupp ta’ Elementi |
|
EUID |
Identifikatur uniku tal-kumpanija li wettqet il-konverżjoni transkonfinali |
1 |
Identifikatur |
|
ID alternattiv |
Identifikaturi oħra tal-kumpanija li wettqet il-konverżjoni transkonfinali (eż Identifikatur tal-Entità Ġuridika) |
0…n |
Identifikatur |
|
Forma ġuridika |
Tip ta’ forma ġuridika tal-kumpanija li wettqet il-konverżjoni transkonfinali |
1 |
Kodiċi Kif imsemmi fl-Anness II tad-Direttiva (UE) 2017/1132 |
|
Isem |
L-isem tal-kumpanija li wettqet il-konverżjoni transkonfinali |
1 |
Test |
|
Uffiċċju Reġistrat |
L-uffiċċju reġistrat tal-kumpanija li wettqet il-konverżjoni transkonfinali |
1 |
Test |
|
Isem ir-Reġistru |
L-isem tar-reġistru fejn ġiet irreġistrata l-kumpanija li wettqet il-konverżjoni transkonfinali |
1 |
Test |
|
Numru ta’ reġistrazzjoni |
In-numru ta’ reġistrazzjoni tal-kumpanija li wettqet il-konverżjoni fir-reġistru |
1 |
Identifikatur |
Il-messaġġ ta’ notifika jista’ wkoll jinkludi data teknika meħtieġa għat-trażmissjoni tajba tal-messaġġ.
L-iskambju ta’ informazzjoni għandu jinkludi wkoll messaġġi tekniċi meħtieġa għall-konferma tal-wasla, l-illoggjar u l-iskopijiet ta’ rappurtar.
6.2. Merger transkonfinali
6.2.1.
|
(a) |
għall-finijiet tal-iżvelar imsemmi fl-Artikolu 123(1) tad-Direttiva (UE) 2017/1132, ir-reġistru tal-Istat Membru ta’ kull waħda mill-kumpaniji li qed jingħaqdu għandu jittrażmetti u jagħmel aċċessibbli lill-pubbliku permezz tal-BRIS id-data addizzjonali tal-kumpaniji li ġejja:
|
|
(b) |
Għall-finijiet tal-iżvelar imsemmi fl-Artikolu 123(3) tad-Direttiva (UE) 2017/1132, ir-reġistru tal-Istat Membru ta’ kull waħda mill-kumpaniji li qed jingħaqdu għandu jittrażmetti u jagħmel aċċessibbli lill-pubbliku permezz tal-BRIS id-data addizzjonali tal-kumpaniji li ġejja:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6.2.2.
|
(a) |
Għal kull trażmissjoni taċ-ċertifikat ta’ qabel il-merger kif msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 127a(1) tad-Direttiva (UE) 2017/1132, ir-reġistru tal-Istat Membru tal-kumpanija li qed tiġi fuża għandu, wara l-ħruġ taċ-ċertifikat skont l-Artikolu 127(7), (10) u (11) ta’ dik id-Direttiva, jibgħat id-data li ġejja lir-reġistru tal-Istat Membru tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger:
|
|
(b) |
Għall-finijiet li ċ-ċertifikat ta’ qabel il-merger jsir disponibbli permezz tal-BRIS, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 127a(1) tad-Direttiva (UE) 2017/1132, ir-reġistru tal-Istat Membru tal-kumpanija li qed tiġi fuża għandu jittrażmetti d-data li ġejja:
|
6.2.3.
6.2.3.1. Reġistrazzjoni ta’ merger transkonfinali
Ir -reġistri tal-Istati Membri tal-kumpaniji li qed jingħaqdu u tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger għandhom jagħmlu l-informazzjoni li ġejja disponibbli pubblikament u aċċessibbli permezz tal-BRIS, skont l-artikolu 130(2) tad-Direttiva (UE) 2017/1132:
|
(a) |
Data li għandha tiġi pprovduta mir-reġistru tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(b) |
Id-data li għandha tiġi pprovduta mir-reġistru tal-Istat Membru ta’ kull waħda mill-kumpanniji li qed jiġu fużi |
Ir-reġistru tal-Istat Membru ta’ kull waħda mill-kumpaniji li qed jiġu fużi għandu jipprovdi d-data rilevanti malli jirċievi n-notifika skont 6.2.3.2
|
Tip ta’ data |
Deskrizzjoni |
Kardinalità (17) |
Deskrizzjoni addizzjonali |
|
|
Data li għandha tkun disponibbli għal BRIS |
|
1 |
Grupp ta’ Elementi |
|
|
EUID |
EUID tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger |
1 |
Identifikatur |
|
|
EUID |
EUID ta’ kull waħda mill-kumpaniji li qed jiġu fużi |
1 |
Identifikatur |
|
|
Id-data li għandha tkun disponibbli għall-pubbliku u aċċessibbli permezz tal-BRIS |
|
1 |
Grupp ta’ Elementi |
|
|
|
Tħassir jew tneħħija bħala riżultat ta’ merger transkonfinali |
Li t-tħassir jew it-tneħħija mir-reġistru tal-kumpanija li qed tiġi fuża huma r-riżultat ta’ merger transkonfinali |
1 |
test |
|
Data |
Data tat-tħassir jew tneħħija tal-kumpanija li qed tiġi fuża mir-reġistru |
1 |
data |
|
|
|
|
|
|
|
|
Numru ta’ reġistrazzjoni |
Numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger |
1 |
Identifikatur |
|
|
Isem il-kumpanija |
Isem tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger |
1 |
Test |
|
|
Forma ġuridika |
It-tip ta’ forma ġuridika tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger |
1 |
Kodiċi Kif imsemmi fl-Anness II tad-Direttiva (UE) 2017/1132 |
|
|
Data dwar kull waħda mill-kumpaniji li qed jiġu fużi |
|
1…n |
Grupp ta’ Elementi |
|
|
|
|
|
|
|
|
Numru ta’ reġistrazzjoni |
In-numru ta’ reġistrazzjoni tal-kumpaniji li qed jiġu fużi |
1 |
Identifikatur |
|
|
Isem il-kumpanija |
Isem tal-kumpaniji li qed jiġu fużi |
1 |
Test |
|
|
Forma ġuridika |
Tip ta’ forma ġuridika tal-kumpaniji li qed jiġu fużi |
1 |
Kodiċi Kif imsemmi fl-Anness II tad-Direttiva (UE) 2017/1132 |
|
6.2.3.2. Notifika dwar il-mergers transkonfinali
Għal kull notifika ta’ merger transkonfinali msemmija fl-Artikolu 130(3) tad-Direttiva (UE) 2017/1132, ir-reġistru tal-Istat Membru tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali għandu jibgħat id-data li ġejja lir-reġistru tal-Istat Membru ta’ kull waħda mill-kumpaniji fil-proċess ta’ merger:
|
Tip ta’ data |
Deskrizzjoni |
Kardinalità (18) |
Deskrizzjoni addizzjonali |
|
Id-Data u l-Ħin tal-Ħruġ |
Id-data u l-ħin ta’ meta n-notifika kienet mibgħuta |
1 |
Data u Ħin |
|
Organizzazzjoni tal-ħruġ |
Isem/identifikatur tal-organizzazzjoni li ħarġet din in-notifika (Ir-Reġistru tan-Negozju tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali) |
1 |
Struttura tal-parti tad-data |
|
Organizzazzjoni Riċevitriċi |
Isem/identifikatur tal-organizzazzjoni li lilha hija indirizzata din in-notifika (Ir-Reġistru tan-Negozju ta’ kull waħda mill-kumpaniji li qed jiġu fużi) |
1 |
Struttura tal-parti tad-data |
|
Data relatata mal-merger |
|
1 |
Grupp ta’ Elementi |
|
Id-data effettiva tal-merger |
Id-data li fiha ssir effettiva l-merger transkonfinali |
1 |
Data |
|
Tip ta’ merger |
Tip ta’ merger kif definit permezz tal-Artikolu 119(2) tad-Direttiva (UE) 2017/1132 |
1 |
Kodiċi (merger transkonfinali permezz ta’ akkwiżizzjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 119(2) tad-Direttiva (UE) 2017/1132 merger transkonfinali permezz tal-formazzjoni ta’ kumpanija ġdida skont il-punt (b) tal-Artikolu 119(2) tad-Direttiva (UE) 2017/1132 merger transkonfinali ta’ kumpanija posseduta kollha skont il-punt (c) tal-Artikolu 119(2) tad-Direttiva (UE) 2017/1132 merger transkonfinali permezz ta’ akkwiżizzjoni skont il-punt (d) tal-Artikolu 119(2) tad-Direttiva (UE) 2017/1132 |
|
Referenza Leġiżlattiva |
Referenza għal-leġiżlazzjoni rilevanti nazzjonali jew tal-Unjoni |
0…n |
Test |
|
Data tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger |
Kumpanija li tirriżulta mill-merger |
1 |
Grupp ta’ Elementi |
|
EUID |
Identifikatur uniku tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger |
1 |
Identifikatur |
|
ID alternattiv |
Identifikaturi oħra tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger (eż. Identifikatur tal-Entità Ġuridika) |
0…n |
Identifikatur |
|
Forma ġuridika |
It-tip ta’ forma ġuridika tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger |
1 |
Kodiċi Kif imsemmi fl-Anness II tad-Direttiva (UE) 2017/1132 |
|
Isem |
L-isem tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger fl-Istat Membru rilevanti |
1 |
Test |
|
Uffiċċju reġistrat |
Uffiċċju reġistrat tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger |
1 |
Test |
|
Isem ir-Reġistru |
Isem ir-reġistru fejn il-kumpanija li tirriżulta mill-merger ġiet irreġistrata |
1 |
Test |
|
Numru ta’ reġistrazzjoni |
In-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger fir-reġistru |
1 |
Identifikatur |
|
Id-data tal-kumpanija |
Data dwar kull waħda mill-kumpaniji li qed jiġu fużi |
1…n |
Grupp ta’ Elementi |
|
EUID |
Identifikatur uniku tal-kumpanija li qed tiġi fuża |
1 |
Identifikatur |
|
ID alternattiv |
Identifikaturi oħra tal-kumpanija li qed tiġi fuża (eż. Identifikatur tal-Entità Ġuridika) |
0…n |
Identifikatur |
|
Forma ġuridika |
Tip ta’ forma ġuridika tal-kumpanija li qed tiġi fuża |
1 |
Kodiċi Kif imsemmi fl-Anness II tad-Direttiva (UE) 2017/1132 |
|
Isem |
Isem il-kumpanija li qed tiġi fuża |
1 |
Test |
|
Uffiċċju Reġistrat |
L-Uffiċċju Reġistrat tal-kumpanija li qed tiġi fuża |
1 |
Test |
|
Isem ir-Reġistru |
L-isem tar-reġistru fejn hija rreġistrata l-kumpanija li qed tiġi fuża |
1 |
Test |
|
Numru ta’ reġistrazzjoni |
In-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija li qed tiġi fuża |
1 |
Identifikatur |
Il-messaġġ ta’ notifika jista’ wkoll jinkludi data teknika meħtieġa għat-trażmissjoni tajba tal-messaġġ.
L-iskambju ta’ informazzjoni għandu jinkludi wkoll messaġġi tekniċi meħtieġa għall-konferma tal-wasla, l-illoggjar u l-iskopijiet ta’ rappurtar.
6.3. Diviżjoni transkonfinali
6.3.1.
|
(a) |
Għall-finijiet tal-iżvelar imsemmi fl-Artikolu 160 g(1) tad-Direttiva (UE) 2017/1132, ir-reġistru tal-Istat Membru tal-kumpanija li qed tiġi diviża għandu jittrażmetti u jagħmel aċċessibbli għall-pubbliku permezz tal-BRIS id-data addizzjonali tal-kumpanija li ġejja:
|
|
(b) |
Għall-finijiet tal-iżvelar imsemmi fl-Artikolu 160 g(3) tad-Direttiva (UE) 2017/1132, ir-reġistru tal-Istat Membru tal-kumpanija li qed tiġi diviża għandu jittrażmetti u jagħmel aċċessibbli għall-pubbliku permezz tal-BRIS id-data addizzjonali li ġejja tal-kumpanija:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6.3.2.
|
(a) |
Għal kull trażmissjoni taċ-ċertifikat ta’ qabel id-diviżjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 160n(1) tad-Direttiva (UE) 2017/1132, ir-reġistru tal-Istat Membru tal-kumpanija li qed tiġi diviża għandu, wara l-ħruġ taċ-ċertifikat skont l-Artikolu 160 m(7), (10) u (11) ta’ dik id-Direttiva, jibgħat lir-reġistru ta’ kull kumpanija riċevitriċi d-data li ġejja:
|
|
(b) |
Għall-finijiet li ċ-ċertifikat ta’ qabel id-diviżjoni jsir disponibbli permezz tal-BRIS skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 160n(1) tad-Direttiva (UE) 2017/1132, ir-reġistru tal-Istat Membru tal-kumpanija li qed tiġi diviża għandu jittrażmetti d-data li ġejja:
|
6.3.3.
6.3.3.1. Reġistrazzjoni ta’ diviżjoni transkonfinali
Ir-reġistri tal-Istat Membru tal-kumpanija li qed tiġi diviża u r-reġistri tal-kumpaniji riċevitriċi għandhom jagħmlu l-informazzjoni li ġejja disponibbli pubblikament u aċċessibbli permezz tal-BRIS, skont l-artikolu 160p(2) tad-Direttiva (UE) 2017/1132:
|
(a) |
Data li għandha tiġi pprovduta mir-reġistru ta’ kull waħda mill-kumpaniji riċevitriċi Ir-reġistru ta’ kull waħda mill-kumpaniji riċevitriċi għandu jipprovdi id-data rilevanti mal-wasla tan-notifika skont 6.3.3.3
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(b) |
Data li għandha tiġi pprovduta mir-reġistru tal-Istat Membru tal-kumpanija li qed tiġi diviża
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6.3.3.2. Notifika ta’ diviżjoni transkonfinali skont l-Artikolu 160p(3) tad-Direttiva (UE) 2017/1132
Għal kull notifika ta’ diviżjoni transkonfinali msemmija fl-Artikolu 160p(3) tad-Direttiva (UE) 2017/1132, ir-reġistri tal-kumpaniji reċipjenti għandhom jibagħtu id-data li ġejja lir-reġistru tal-kumpanija li qed tiġi diviża:
|
Tip ta’ data |
Deskrizzjoni |
Kardinalità (25) |
Deskrizzjoni addizzjonali |
|
Id-Data u l-Ħin tal-Ħruġ |
Id-data u l-ħin ta’ meta n-notifika kienet mibgħuta |
1 |
Data u Ħin |
|
Organizzazzjoni tal-ħruġ |
Isem/identifikatur tal-organizzazzjoni li ħarġet din in-notifika (Ir-Reġistru tan-Negozju ta’ kull waħda mill-kumpaniji riċevitriċi) |
1 |
Struttura tal-parti tad-data |
|
Organizzazzjoni Riċevitriċi |
Isem/identifikatur tal-organizzazzjoni li lilha hija indirizzata din in-notifika (Ir-Reġistru tan-Negozju tal-kumpanija li qed tiġi diviża) |
1 |
Struttura tal-parti tad-data |
|
|
|
|
|
|
Data relatata mad-diviżjoni |
|
1 |
Grupp ta’ Elementi |
|
Data tar-reġistrazzjoni |
Id-data tar-reġistrazzjoni tal- kumpanija riċevitriċi |
1 |
data |
|
Id-data tal-kumpanija riċevitriċi |
Kumpanija riċevitriċi kif definit permezz tal-Artikolu 160b(3) tad-Direttiva (UE) 2017/1132 |
1 |
Grupp ta’ Elementi |
|
EUID |
Identifikatur uniku tal-kumpanija riċevitriċi |
1 |
Identifikatur |
|
ID alternattiv |
Identifikaturi oħra tal-kumpanija riċevitriċi (eż. Identifikatur tal-Entità Ġuridika) |
0…n |
Identifikatur |
|
Forma ġuridika |
Tip ta’ forma ġuridika tal-kumpanija riċevitriċi |
1 |
Kodiċi Kif imsemmi fl-Anness II tad-Direttiva (UE) 2017/1132 |
|
Isem |
L-isem tal-kumpanija riċevitriċi fl-Istat Membru tal-kumpanija riċevitriċi |
1 |
Test |
|
Uffiċċju reġistrat |
L-Uffiċċju Reġistrat tal-kumpanija riċevitriċi |
1 |
Test |
|
Isem ir-Reġistru |
L-isem tar-reġistru fejn hija rreġistrata l-kumpanija riċevitriċi |
1 |
Test |
|
Numru ta’ reġistrazzjoni |
In-numru ta’ reġistrazzjoni tal-kumpanija riċevitriċi |
1 |
Identifikatur |
|
Id-data tal-kumpanija |
Il-kumpanija li qed tiġi diviża kif definita fl-Artikolu 160b (2) |
1 |
Grupp ta’ Elementi |
|
EUID |
Identifikatur uniku tal-kumpanija li qed tiġi diviża |
1 |
Identifikatur |
|
ID alternattiv |
Identifikaturi oħra tal-kumpanija li qed tiġi diviża (eż. Identifikatur tal-Entità Ġuridika) |
0…n |
Identifikatur |
|
Forma ġuridika |
It-tip ta’ forma ġuridika tal-kumpanija li qed tiġi diviża |
1 |
Kodiċi Kif imsemmi fl-Anness II tad-Direttiva (UE) 2017/1132 |
|
Isem |
L-isem tal-kumpanija li qed tiġi diviża |
1 |
Test |
|
Uffiċċju Reġistrat |
L-Uffiċċju Reġistrat tal-kumpanija li qed tiġi diviża |
1 |
Test |
|
Isem ir-Reġistru |
L-isem tar-reġistru fejn hija rreġistrata l-kumpanija li qed tiġi diviża |
1 |
Test |
Il-messaġġ ta’ notifika jista’ wkoll jinkludi data teknika meħtieġa għat-trażmissjoni tajba tal-messaġġ.
L-iskambju ta’ informazzjoni għandu jinkludi wkoll messaġġi tekniċi meħtieġa għall-konferma tal-wasla, l-illoggjar u l-iskopijiet ta’ rappurtar.
6.3.3.3. Notifika ta’ diviżjoni transkonfinali skont l-Artikolu 160p(4) tad-Direttiva (UE) 2017/1132
Għal kull notifika ta’ diviżjoni transkonfinali msemmija fl-Artikolu 160p(4) tad-Direttiva (UE) 2017/1132, ir-reġistru fl-Istat Membru tal-kumpanija li qed tiġi diviża għandu jibgħat id-data li ġejja lir-reġistru ta’ kull waħda mill-kumpaniji riċevitriċi:
|
Tip ta’ data |
Deskrizzjoni |
Kardinalità (26) |
Deskrizzjoni addizzjonali |
|
Id-Data u l-Ħin tal-Ħruġ |
Id-data u l-ħin ta’ meta n-notifika kienet mibgħuta |
1 |
Data u Ħin |
|
Organizzazzjoni tal-ħruġ |
Isem/identifikatur tal-organizzazzjoni li ħarġet din in-notifika (Ir-Reġistru tan-Negozju tal-kumpanija li qed tiġi diviża) |
1 |
Struttura tal-parti tad-data |
|
Organizzazzjoni Riċevitriċi |
Isem/identifikatur tal-organizzazzjonijiet li lilhom hija indirizzata din in-notifika (Reġistri tan-Negozju tal-kumpaniji riċevitriċi) |
1 |
Struttura tal-parti tad-data |
|
Data relatata mad-diviżjoni |
|
1 |
Grupp ta’ Elementi |
|
Id-data effettiva tad-diviżjoni |
Id-data li fiha saret effettiva d-diviżjoni transkonfinali |
1 |
Data |
|
Tip ta’ Diviżjoni |
Tip ta’ diviżjoni kif definit permezz tal-Artikolu 160b(4) tad-Direttiva (UE) 2017/1132 |
1 |
Kodiċi (Diviżjoni transkonfinali sħiħa skont il-punt (a) tal-Artikolu 160b(4) tad-Direttiva (UE) 2017/1132 Diviżjoni transkonfinali parzjali skont il-punt (b) tal-Artikolu 160b(4) tad-Direttiva (UE) 2017/1132 Diviżjoni transkonfinali b’separazzjoni skont il-punt (c) tal-Artikolu 160b(4) tad-Direttiva (UE) 2017/1132 |
|
Referenza Leġiżlattiva |
Referenza għal-leġiżlazzjoni rilevanti nazzjonali jew tal-Unjoni |
0…n |
Test |
|
Data tal-kumpaniji riċevitriċi |
Kumpanija riċevitriċi kif definita fl-Artikolu 160b(3) |
1…n |
Grupp ta’ Elementi |
|
EUID |
Identifikatur uniku ta’ kull kumpanija riċevitriċi |
1 |
Identifikatur |
|
ID alternattiv |
Identifikaturi oħra ta’ kull kumpanija riċevitriċi (eż. Identifikatur tal-Entità Ġuridika) |
0…n |
Identifikatur |
|
Forma ġuridika |
Tip ta’ forma ġuridika ta’ kull kumpanija riċevitriċi |
1 |
Kodiċi Kif imsemmi fl-Anness II tad-Direttiva (UE) 2017/1132 |
|
Isem |
L-isem ta’ kull kumpanija reċipjenti fl-Istat Membru tal-kumpanija reċipjenti |
1 |
Test |
|
Uffiċċju reġistrat |
L-Uffiċċju Reġistrat ta’ kull kumpanija reċipjenti |
1 |
Test |
|
Isem ir-Reġistru |
L-isem tar-reġistru fejn hija rreġistrata l-kumpanija reċipjenti |
1 |
Test |
|
Numru ta’ reġistrazzjoni |
In-numru ta’ reġistrazzjoni ta’ kull kumpanija reċipjenti |
1 |
Identifikatur |
|
Id-data tal-kumpanija |
Il-kumpanija li qed tiġi diviża kif definita fl-Artikolu 160b (2) |
1 |
Grupp ta’ Elementi |
|
EUID |
Identifikatur uniku tal-kumpanija li qed tiġi diviża |
1 |
Identifikatur |
|
ID alternattiv |
Identifikaturi oħra tal-kumpanija li qed tiġi diviża (eż. Identifikatur tal-Entità Ġuridika) |
0…n |
Identifikatur |
|
Forma ġuridika |
It-tip ta’ forma ġuridika tal-kumpanija li qed tiġi diviża |
1 |
Kodiċi Kif imsemmi fl-Anness II tad-Direttiva (UE) 2017/1132 |
|
Isem |
L-isem tal-kumpanija li qed tiġi diviża |
1 |
Test |
|
Uffiċċju Reġistrat |
L-Uffiċċju Reġistrat tal-kumpanija li qed tiġi diviża |
1 |
Test |
|
Isem ir-Reġistru |
L-isem tar-reġistru fejn hija rreġistrata l-kumpanija li qed tiġi diviża |
1 |
Test |
|
Numru ta’ reġistrazzjoni |
In-numru ta’ reġistrazzjoni tal-kumpanija li qed tiġi diviża |
1 |
Identifikatur |
Il-messaġġ ta’ notifika jista’ wkoll jinkludi data teknika meħtieġa għat-trażmissjoni tajba tal-messaġġ.
L-iskambju ta’ informazzjoni għandu jinkludi wkoll messaġġi tekniċi meħtieġa għall-konferma tal-wasla, l-illoggjar u l-iskopijiet ta’ rappurtar.
7. Struttura tal-format ta’ messaġġ standard
L-iskambju ta’ informazzjoni bejn ir-reġistri, il-pjattaforma u l-portal għandu jkun ibbażat fuq metodi standard ta’ strutturar tad-data u jiġi espress f’format ta’ messaġġ standard bħal XML.
8. Data għall-pjattaforma
Biex il-pjattaforma tkun tista’ twettaq il-funzjonijiet tagħha għandhom jiġu pprovduti t-tipi ta’ data li ġejja:
|
(a) |
Data li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ sistemi li huma konnessi mal-pjattaforma. Dik id-data tista’ tikkonsisti f’URLs jew kull numru jew kodiċi ieħor li jidentifika b’mod uniku kull sistema fil-BRIS; |
|
(b) |
Indiċi tad-dettalji elenkati fl-Artikolu 19(2) tad-Direttiva (UE) 2017/1132. Din id-data għandha tintuża biex tiżgura konsistenza u riżultati ta’ malajr tas-servizz ta’ tiftix. Meta d-data ma tkunx disponibbli għall-pjattaforma għall-indiċizzazzjoni, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-istess dettalji disponibbli għall-iskop tas-servizz ta’ tiftix b’mod li jiggarantixxi l-istess livell ta’ servizz kif ipprovdut mill-pjattaforma; |
|
(c) |
Identifikaturi uniċi ta’ kumpaniji msemmija fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva (UE) 2017/1132 u identifikaturi uniċi ta’ fergħat imsemmija fl-Artikolu 29(4) tad-Direttiva (UE) 2017/1132. Dawn l-identifikaturi għandhom jintużaw biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tar-reġistri permezz tal-pjattaforma; |
|
(d) |
Kull data operattiva oħra li hija meħtieġa għall-pjattaforma sabiex tkun tista’ tiżgura l-funzjonament xieraq u effiċjenti tas-servizz ta’ tiftix u l-interoperabbiltà tar-reġistri. Din id-data tista’ tinkludi listi ta’ kodiċi, data ta’ referenza, glossarji u traduzzjonijiet relatati ta’ din il-metadata, kif ukoll data ta’ reġistrazzjoni u rappurtar. |
Id-data u l-metadata mmaniġġati mill-pjattaforma għandhom jiġu pproċessati u maħżuna f’konformità mal-istandards tas-sigurtà deskritti fit-Taqsima 3 ta’ dan l-Anness.
9. L-istruttura u l-użu tal-identifikatur uniku
L-identifikatur uniku għall-fini ta’ komunikazzjoni bejn ir-reġistri għandu jissejjaħ EUID (Identifikatur Uniku Ewropew).
L-istruttura tal-EUID għandha tkun konformi mal-ISO 6523 u għandu jkun fiha l-elementi li ġejjin:
|
Element EUID |
Deskrizzjoni |
Deskrizzjoni addizzjonali |
|
Kodiċi tal-pajjiż |
Elementi li jagħmluha possibbli li jiġi identifikat l-Istat Membru tar-reġistru |
Obbligatorju |
|
L-Identifikatur tar-Reġistru |
Elementi li jagħmluha possibbli li jiġi identifikat ir-reġistru domestiku tal-oriġini tal-kumpanija u tal-fergħa rispettivament |
Obbligatorju |
|
Numru ta’ reġistrazzjoni |
In-numru tal-kumpanija/fergħa jirreferi għan-numru ta’ reġistrazzjoni tal-kumpanija/fergħa fir-reġistru domestiku ta’ oriġini |
Obbligatorju |
|
In-numru ta’ verifika |
Elementi li jagħmluha possibbli li jiġu evitati żbalji ta’ identifikazzjoni |
Fakultattiv |
L-EUID għandu jintuża biex jiġu identifikati b’mod inekwivoku l-kumpaniji u l-fergħat għall-fini ta’ skambju ta’ informazzjoni bejn ir-reġistri permezz tal-pjattaforma.
10. Metodi ta’ operazzjoni tas-sistema u s-servizzi tat-teknoloġiji tal-informazzjoni pprovduti mill-pjattaforma
Għad-distribuzzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni, is-sistema għandha tkun ibbażata fuq il-metodu tekniku ta’ operazzjoni li ġej:
Għat-twassil ta’ messaġġi fil-verżjoni tal-lingwa rilevanti, il-pjattaforma għandha tipprovdi artifatti ta’ data ta’ referenza, bħal listi ta’ kodiċijiet, vokabularji kkontrollati u glossarji. Fejn rilevanti, dawn għandhom jiġu tradotti fil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Meta possibbli, jintużaw standards rikonoxxuti u messaġġi standardizzati.
Il-Kummissjoni għandha taqsam mal-Istat Membru aktar dettalji dwar il-metodu tekniku tal-operazzjoni u l-implimentazzjoni tas-servizzi tat-teknoloġija tal-informatika pprovduti mill-pjattaforma.
11. Kriterji tat-tiftix
Mill-inqas pajjiż wieħed għandu jintgħażel meta ssir tfittxija.
Il-portal għandu jipprovdi l-kriterji armonizzati li ġejjin għat-tfittxija:
|
— |
isem il-kumpanija. |
|
— |
numru ta’ reġistrazzjoni tal-kumpanija jew fergħa fir-reġistru domestiku. |
Kriterji ulterjuri ta’ tfittxija jistgħu jkunu disponibbli fuq il-portal.
12. Modalitajiet ta’ ħlas
Għad-dokumenti u d-dettalji li għalihom l-Istati Membri jitolbu ħlas u li huma disponibbli fuq il-Portal tal-Ġustizzja elettronika permezz tal-BRIS, is-sistema għandha tippermetti lill-utenti li jħallsu online bl-użu ta’ modalitajiet ta’ pagament li jintużaw ta’ spiss bħal karti ta’ kreditu u ta’ debitu.
Is-sistema tista’ tipprovdi wkoll metodi alternattivi ta’ ħlas online, bħal trasferimenti bankarji jew kartieri virtwali (depożitu).
13. It-tikketti ta’ spjegazzjoni
F’dak li għandu x’jaqsam mad-dettalji u t-tipi ta’ dokumenti elenkati fl-Artikolu 14 tad-Direttiva (UE) 2017/1132, l-Istati Membri jipprovdu t-tabelli spjegattivi li ġejjin:
|
(a) |
Titolu qasir għal kull partikolari u dokument (pereżempju: “Artikoli ta’ inkorporazzjoni”); |
|
(b) |
Kif xieraq, deskrizzjoni qasira tal-kontenut ta’ kull dokument jew partikolari, inkluż, b’mod voluntarju, informazzjoni dwar il-valur legali tad-dokument. |
14. Disponibbiltà tas-servizzi
Iż-żmien li fih jingħata servizz għandu jkun 24 siegħa kull jum, sebat (7) ijiem fil-ġimgħa, b’rata ta’ disponibbiltà tas-sistema ta’ mill-inqas 98 % eskluża l-manutenzjoni skedata.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet ta’ manutenzjoni kif ġej:
|
(a) |
ħamest (5) ijiem ta’ xogħol minn qabel għal operazzjonijiet ta’ manutenzjoni li jistgħu jikkawżaw perjodu ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà sa erba’ (4) sigħat; |
|
(b) |
għaxart (10) ijiem ta’ xogħol minn qabel għal operazzjonijiet ta’ manutenzjoni li jistgħu jikkawżaw perjodu ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà sa 12-il siegħa; |
|
(c) |
tletin (30) jum ta’ xogħol bil-quddiem għal manutenzjoni tal-kamra tal-infrastruttura tal-kompjuter, li jistgħu jikkawżaw sa perjodu ta’ sitt (6) ijiem ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà f’sena. |
Kemm ikun possibbli, operazzjonijiet ta’ manutenzjoni għandhom ikunu ppjanati barra mill-ħinijiet tax-xogħol (19:00 — 8:00 CET).
Meta l-Istati Membri jkollhom ħinijiet tas-servizz fissi għal kull ġimgħa, dawn għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-ħin u l-ġurnata tal-ġimgħa meta jkunu ppjanati dawn il-ħinijiet tas-servizz. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi fil-punti (a) sa (c) tat-tieni paragrafu, jekk is-sistemi tal-Istati Membri ma jibqgħux disponibbli matul tali perjodu fiss, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jinnotifikawx lill-Kummissjoni f’kull okkażjoni.
F’każ ta’ ħsara teknika mhux mistennija tas-sistemi tal-Istati Membri, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bin-nuqqas ta’ disponibbiltà tas-sistema tagħhom, u, jekk ikun magħruf, meta jaħsbu li se jitkompla s-servizz.
F’każ ta’ ħsara mhux mistennija fil-pjattaforma ċentrali jew fil-portal, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri mingħajr dewmien bin-nuqqas ta’ disponibbiltà tal-pjattaforma jew tal-portal, u jekk ikun magħruf, meta jaħsbu li se jitkompla s-servizz.
15. Punti ta’ aċċess fakultattiv
15.1. Punti ta’ aċċess fakultattiv għall-BRIS skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(4) tad-Direttiva (UE) 2017/1132
15.1.1
L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar iż-żmien ippjanat tal-istabbiliment tal-punti ta’ aċċess fakultattiv, in-numru ta’ punti ta’ aċċess fakultattiv li jgħaqqdu l-pjattaforma, u d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna(i) li tista’ tiġi kkuntattjata għall-iskop li tiġi stabbilita konnessjoni teknika.
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri bid-dettalji tekniċi neċessarji u appoġġ għall-ittestjar u l-użu ta’ konnessjoni għal kull punt ta’ aċċess fakultattiv mal-pjattaforma.
15.1.2
Għall-konnessjoni ta’ punti ta’ aċċess fakultattiv mal-pjattaforma, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti definiti f’dan l-Anness, inklużi l-ħtiġijiet ta’ sigurtà għat-trażmissjoni ta’ data permezz tal-punti ta’ aċċess fakultattiv.
Meta l-ħlas ikun meħtieġ permezz ta’ punt ta’ aċċess fakultattiv, l-Istati Membri għandhom jipprovdu metodi ta’ pagament tal-għażla tagħhom u jiġġestixxu operazzjonijiet ta’ ħlas relatati.
L-Istati Membri għandhom iwettqu ttestjar xieraq qabel mal-konnessjoni mal-pjattaforma ssir operattiva u qabel ma jsiru xi bidliet sinifikanti f’konnessjoni eżistenti.
Wara konnessjoni b’suċċess tal-punt ta’ aċċess fakultattiv mal-pjattaforma, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kull tibdil sinifikanti li jmiss tal-punt ta’ aċċess li jista’ jaffettwa l-funzjonament tal-pjattaforma, b’mod partikolari l-għeluq tal-punt ta’ aċċess. L-Istati Membri għandhom jipprovdu biżżejjed dettalji tekniċi b’rabta mal-bidla, sabiex jippermettu integrazzjoni xierqa ta’ kwalunkwe bidliet relatati.
L-Istati Membri għandhom jindikaw f’kull punt ta’ aċċess fakultattiv li s-servizz ta’ tiftix huwa pprovdut permezz tal-BRIS.
15.2. Punti ta’ aċċess fakultattiv għall-BRIS skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(4) tad-Direttiva (UE) 2017/1132
15.2.1
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta kwalunkwe talba li tirċievi għall-istabbiliment ta’ punt ta’ aċċess fakultattiv f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(4) tad-Direttiva (UE) 2017/1132.
Min jagħmel it-talba għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-valutazzjoni xierqa tat-talba.
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lil min jagħmel it-talba bid-dettalji tekniċi neċessarji u appoġġ għall-ittestjar u l-użu ta’ konnessjoni għal kull punt ta’ aċċess fakultattiv mal-pjattaforma.
15.2.2
Għall-istabbiliment ta’ punti ta’ aċċess fakultattiv mal-pjattaforma, min jagħmel it-talba għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti definiti f’dan l-Anness, inklużi l-ħtiġijiet ta’ sigurtà għat-trażmissjoni ta’ data permezz tal-punti ta’ aċċess fakultattiv.
Meta l-ħlas ikun meħtieġ permezz ta’ punt ta’ aċċess fakultattiv, min jagħmel it-talba għandu jipprovdi metodi ta’ pagament tal-għażla tagħhom u jiġġestixxu l-operazzjonijiet ta’ ħlas relatati.
Min jagħmel it-talba għandu jwettaq ittestjar xieraq qabel mal-istabbiliment tal-pjattaforma jsir operattiv u qabel ma jsiru xi bidliet sinifikanti f’konnessjoni eżistenti.
Wara stabbiliment b’suċċess tal-punt ta’ aċċess fakultattiv mal-pjattaforma, min jagħmel it-talba għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar kull tibdil sinifikanti li jmiss tal-punt ta’ aċċess li jista’ jaffettwa l-funzjonament tal-pjattaforma, b’mod partikolari l-għeluq tal-punt ta’ aċċess. Min jagħmel it-talba għandu jipprovdi biżżejjed dettalji tekniċi b’rabta mal-bidla, sabiex jippermetti integrazzjoni xierqa ta’ kwalunkwe bidliet relatati.
Min jagħmel it-talba għandu jindika f’kull punt ta’ aċċess fakultattiv li s-servizz ta’ tiftix huwa pprovdut permezz tal-BRIS.
15.3. Rekwiżiti applikabbli għall-punti ta’ aċċess fakultattiv skont l-Artikolu 22(4), l-ewwel u t-tieni subparagrafu
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar talba li tkun irċeviet.
Ir-rekwiżiti tekniċi għandhom jinkludu wkoll miżuri li jiżguraw li l-punti ta’ aċċess fakultattiv ma jaffettwawx il-funzjonament korrett tal-BRIS u lanqas il-konformità mar-rekwiżiti tas-sikurezza, tas-sigurtà u tal-protezzjoni tad-data, b’kunsiderazzjoni dovuta għar-responsabbiltà rispettiva ta’ kull parti fi ħdan il-parti tas-sistema taħt il-kontroll tekniku tagħha.
16. Skambju ta’ informazzjoni dwar diretturi skwalifikati
16.1 Introduzzjoni
L-iskambju ta’ informazzjoni msemmi fl-Artikolu 13i(4) tad-Direttiva (UE) 2017/1132 għandu jkopri każijiet fejn persuna tiġi skwalifikata milli ssir direttur ta’ kumpanija ta’ wieħed mit-tipi elenkati fl-Anness II għal dik id-Direttiva wara deċiżjoni ta’ qorti jew awtorità kompetenti oħra ta’ Stat Membru abbażi tal-liġi nazzjonali tiegħu.
L-iskambju ta’ informazzjoni ma għandux ikopri każijiet fejn, skont il-liġi nazzjonali, persuna hija ġeneralment inkapaċi li tikkuntratta jew ristretta fil-kapaċità legali ġenerali tagħha jew wara deċiżjoni ta’ qorti jew awtorità kompetenti oħra ta’ Stat Membru bbażata fuq il-liġi nazzjonali tiegħu u għalhekk ma tistax issir direttur ta’ kumpanija tat-tip imsemmi fl-ewwel paragrafu.
L-iskambju ta’ informazzjoni ma għandux ikopri każijiet ibbażati fuq regoli speċifiċi skont il-liġi tal-Unjoni, bħar-regoli dwar l-adegwatezza u l-adegwatezza previsti fl-Artikolu 91(1) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27).
Fejn, f’konformità mal-liġi nazzjonali fi Stat Membru, persuni ġuridiċi jitħallew ikunu diretturi ta’ kumpanniji tat-tip imsemmi fl-ewwel paragrafu, tali persuni ġuridiċi għandhom jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-iskambju ta’ informazzjoni. Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni jekk din il-possibbiltà teżistix fil-liġi nazzjonali tiegħu.
16.2. Metodi ta’ skambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri
Il-metodu li ġej għandu jintuża għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn ir-reġistri f’konformità mal-Artikolu 13i tad-Direttiva (UE) 2017/1132.
Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet taħt din it-taqsima għandhom jiġu ttrasferiti permezz tal-BRIS bl-użu ta’ kriptaġġ minn tarf sa tarf.
L-Istati Membri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni meħtieġa biex jikkorrelataw il-mistoqsijiet u t-tweġibiet taħt din it-taqsima dwar l-istess talba.
16.2.1
16.2.1.1 Domanda tal-ewwel livell dwar l-iskwalifika
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jitolbu, permezz tal-BRIS, informazzjoni minn Stat Membru wieħed jew aktar dwar jekk persuna li tapplika biex issir direttur ta’ kumpanija ta’ wieħed mit-tipi elenkati fl-Anness II għad-Direttiva (UE) 2017/1132 hijiex skwalifikata jew hijiex irreġistrata fi kwalunkwe wieħed mir-reġistri tagħhom li fihom informazzjoni rilevanti għall-iskwalifika tad-diretturi.
L-Istat Membru li jagħmel it-talba għandu jiddeċiedi lil liema Stat Membru jew Stati Membri għandha tintbagħat id-domanda. Id-domandi għandhom jintbagħtu bil-ħsieb li jiġi żgurat skambju ta’ informazzjoni effettiv, effiċjenti u fil-pront.
Kull domanda għandha tkopri persuna waħda u għandha tipprovdi d-data għall-identifikazzjoni tal-persuna. L-Istat Membru li jagħmel it-talba għandu jipproċessa tali data f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi skambjata biss id-data meħtieġa u d-data dwar l-applikant inkwistjoni biss.
16.2.1.2 Tweġiba tal-ewwel livell dwar l-iskwalifika
Malli jirċievu d-domanda, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru rikjest għandhom, mingħajr dewmien, jipprovdu tweġiba permezz tal-BRIS.
It-tweġiba għandha tindika jekk il-persuna identifikata fid-domanda hijiex skwalifikata jew hijiex irreġistrata fi kwalunkwe wieħed mir-reġistri tal-Istat Membru rikjest li fihom informazzjoni rilevanti għall-iskwalifika tad-diretturi.
F’każ li t-tweġiba tkun li l-persuna hija skwalifikata jew hija rreġistrata fi kwalunkwe wieħed mir-reġistri li fihom informazzjoni rilevanti għall-iskwalifika tad-diretturi, l-Istat Membru mitlub jista’ jindika fit-tweġiba tiegħu liema data speċifika pprovduta mill-Istat Membru li jagħmel it-talba taqbel mad-data disponibbli fl-Istat Membru mitlub u liema data speċifika inkluża fid-domanda ma tistax tiġi kkonfermata mill-Istat Membru mitlub peress li mhijiex irreġistrata fir-reġistri tiegħu.
Jekk ikun meħtieġ, l-Istat Membru mitlub jista’ jitlob lill-Istat Membru li jagħmel it-talba biex jipprovdi data ulterjuri biex tiġi żgurata l-identifikazzjoni inekwivoka tal-persuna. Din id-data għandha tiġi pproċessata f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679.
16.2.2.
L-iskambju għal informazzjoni addizzjonali jista’ jsir permezz ta’ mezzi xierqa oħra minbarra l-BRIS. Jekk it-tieni livell ta’ skambju ta’ informazzjoni isir permezz tal-BRIS, għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fil-punti 16.2.2.1, 16.2.2.2, 16.3.3 u 16.3.4.
16.2.2.1. Domanda tat-tieni livell dwar l-iskwalifika
F’każ li Stat Membru mitlub jindika fit-tweġiba tal-ewwel livell li persuna partikolari hija skwalifikata jew hija rreġistrata fi kwalunkwe wieħed mir-reġistri tiegħu li fihom informazzjoni rilevanti għall-iskwalifika tad-diretturi, l-Istat Membru li jagħmel it-talba jista’ jitlob informazzjoni ulterjuri mill-Istat Membru mitlub dwar il-persuna identifikata fid-domanda tal-ewwel livell.
Id-domanda tat-tieni livell għandha tkopri l-istess persuna bħat-tfittxija tal-ewwel livell u t-tweġiba tal-ewwel livell.
16.2.2.2 Tweġiba tat-tieni livell dwar l-iskwalifika
L-Istat Membru mitlub jista’ jiddeċiedi, skont il-liġi nazzjonali tiegħu, liema informazzjoni addizzjonali għandu jipprovdi. F’każ li l-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru ma tippermettix skambju ulterjuri ta’ informazzjoni, huwa għandu jinforma b’dan lill-Istat Membru li jagħmel it-talba.
16.3. Lista dettaljata tad-data
Għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar diretturi skwalifikati, l-Istati Membri għandhom jinkludu d-data li ġejja.
16.3.1.
|
Tip ta’ data |
Deskrizzjoni |
Kardinalità (28) |
Deskrizzjoni addizzjonali |
|
Id-Data u l-Ħin tal-Ħruġ |
Id-data u l-ħin ta’ meta din id-domanda kienet mibgħuta |
1 |
Data u Ħin |
|
Organizzazzjoni tal-Ħruġ |
Isem/identifikatur tal-organizzazzjoni li toħroġ din id-domanda |
1 |
Struttura tal-parti tad-data |
|
Organizzazzjoni Riċevitriċi |
Isem/identifikatur tar-reġistru tal-Istat Membru mitlub |
1 |
Struttura tal-parti tad-data |
|
Referenza Leġiżlattiva |
Referenza għal-leġiżlazzjoni rilevanti nazzjonali jew tal-Unjoni |
0…n |
Test |
|
Domanda tal-ewwel livell dwar l-iskwalifika Jekk il-persuna li tapplika biex tkun direttur hija persuna fiżika |
|
|
|
|
Isem |
Isem il-persuna li tapplika biex tkun direttur |
1 |
Test |
|
Kunjom |
Kunjom tal-persuna li tapplika biex tkun direttur |
1 |
Test |
|
Data tat-twelid |
Data tat-twelid tal-persuna li tapplika biex tkun direttur |
1 |
Data |
|
Data ulterjuri ta’ identifikazzjoni |
Data ulterjuri pproċessata skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jagħmel it-talba u f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 |
0…n |
Test/data/identifikatur |
|
Domanda tal-ewwel livell dwar l-iskwalifika Jekk il-persuna li tapplika biex tkun direttur hijiex persuna ġuridika |
|
|
|
|
Isem l-entità ġuridika |
Isem tal-entità ġuridika li tapplika biex tkun direttur |
1 |
Test |
|
Forma ġuridika |
Forma ġuridika tal-entità ġuridika li tapplika biex tkun direttur |
1 |
Kodiċi Kif imsemmi fl-Anness II tad-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-kumpanija jew forma ġuridika oħra jekk l-entità ġuridika taqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2017/1132 |
|
EUID |
EUID jekk hija kumpanija elenkata fl-Anness II tad-Direttiva (UE) 2017/1132. |
1 |
Identifikatur |
|
Numru tar-reġistrazzjoni ieħor |
Numru tar-reġistrazzjoni ieħor jekk mhux kumpanija elenkata fl-Anness II tad-Direttiva (UE) 2017/1132. |
0 |
Identifikatur |
|
ID alternattiv |
Identifikaturi oħra tal-kumpanija (eż. Identifikatur tal-Entità Ġuridika) |
0…n |
Identifikatur |
L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar il-mezzi ta’ identifikazzjoni meħtieġa għal skambju effiċjenti ta’ informazzjoni dwar diretturi skwalifikati. Dik l-informazzjoni tista’ tikkonsisti fil-forniment tad-data li hija meħtieġa biex jiġu identifikati l-persuni koperti minn talba.
L-Istati Membri jistgħu jużaw ukoll mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika għall-identifikazzjoni ta’ persuni fl-iskambju ta’ informazzjoni.
Domandi li jkopru persuna ġuridika għandhom jintbagħtu biss lil dawk l-Istati Membri li jippermettu li persuni ġuridiċi jkunu diretturi u li jippermettu l-iskwalifika ta’ tali persuni ġuridiċi.
16.3.2.
|
Tip ta’ data |
Deskrizzjoni |
Kardinalità (29) |
Deskrizzjoni addizzjonali |
|
Id-Data u l-Ħin tal-Ħruġ |
Id-data u l-ħin ta’ meta din it-tweġiba kienet mibgħuta |
1 |
Data u Ħin |
|
Organizzazzjoni tal-Ħruġ |
Isem/identifikatur tal-organizzazzjoni li toħroġ din it-tweġiba |
1 |
Struttura tal-parti tad-data |
|
Organizzazzjoni Riċevitriċi |
Isem/identifikatur tar-reġistru tal-Istat Membru li jagħmel it-talba |
1 |
Struttura tal-parti tad-data |
|
Referenza Leġiżlattiva |
Referenza għal-leġiżlazzjoni rilevanti nazzjonali jew tal-Unjoni |
0…n |
Test |
|
Iva/le/m’hemmx biżżejjed data għall-identifikazzjoni |
“Iva” jekk il-persuna hija skwalifikata jew hija rreġistrata fi kwalunkwe wieħed mir-reġistri tiegħu li fihom informazzjoni rilevanti għall-iskwalifika tad-diretturi “Le” jekk il-persuna ma tkunx skwalifikata jew ma tkunx irreġistrata f’xi wieħed mir-reġistri tiegħu li jkun fihom informazzjoni rilevanti għall-iskwalifika tad-diretturi “M’hemmx biżżejjed data għall-identifikazzjoni” jekk id-data pprovduta ma tagħmilhiex possibbli li l-persuna tiġi identifikata b’mod inekwivoku u tkun meħtieġa aktar informazzjoni. |
1 |
Agħżel opzjoni |
|
Meħtieġa data ulterjuri ta’ identifikazzjoni |
Indika liema data hija meħtieġa għal identifikazzjoni inekwivoka |
1…n (biss jekk m’hemmx biżżejjed data għall-identifikazzjoni) |
Test/data/identifikatur |
|
L-ebda tweġiba tat-tieni livell mhi se tingħata permezz tal-BRIS |
Jekk “iva”, l-għażla li tindika li mhux se tingħata tweġiba għad-domanda tat-tieni livell permezz tal-BRIS |
0 |
Agħżel l-alternattiva |
16.3.2.1 Għoti ta’ data ulterjuri ta’ identifikazzjoni
F’każ li l-Istat Membru rikjest jeħtieġ data ulterjuri ta’ identifikazzjoni biex jiżgura identifikazzjoni inekwivoka, l-Istat Membru li jagħmel it-talba għandu jipprovdi d-data bl-użu tal-format ta’ messaġġ li ġej:
|
Tip ta’ data |
Deskrizzjoni |
Kardinalità (30) |
Deskrizzjoni addizzjonali |
|
Id-Data u l-Ħin tal-Ħruġ |
Id-data u l-ħin ta’ meta din id-domanda kienet mibgħuta |
1 |
Data u Ħin |
|
Organizzazzjoni tal-Ħruġ |
Isem/identifikatur tal-organizzazzjoni li toħroġ din id-domanda |
1 |
Struttura tal-parti tad-data |
|
Organizzazzjoni Riċevitriċi |
Isem/identifikatur tar-reġistru tal-Istat Membru mitlub |
1 |
Struttura tal-parti tad-data |
|
Referenza Leġiżlattiva |
Referenza għal-leġiżlazzjoni rilevanti nazzjonali jew tal-Unjoni |
0…n |
Test |
|
Data ulterjuri ta’ identifikazzjoni |
Data ulterjuri meħtieġa mill-Istat Membru mitlub biex jiżgura identifikazzjoni inekwivoka pproċessata skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jagħmel it-talba u f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 |
1…n |
Test/data/identifikatur |
16.3.3.
|
Tip ta’ data |
Deskrizzjoni |
Kardinalità (31) |
Deskrizzjoni addizzjonali |
||||||||||
|
Id-Data u l-Ħin tal-Ħruġ |
Id-data u l-ħin ta’ meta din id-domanda kienet mibgħuta |
1 |
Data u Ħin |
||||||||||
|
Organizzazzjoni tal-Ħruġ |
Isem/identifikatur tal-organizzazzjoni li toħroġ din id-domanda |
1 |
Struttura tal-parti tad-data |
||||||||||
|
Organizzazzjoni Riċevitriċi |
Isem/identifikatur tar-reġistru tal-Istat Membru mitlub |
1 |
Struttura tal-parti tad-data |
||||||||||
|
Referenza Leġiżlattiva |
Referenza għal-leġiżlazzjoni rilevanti nazzjonali jew tal-Unjoni |
0…n |
Test |
||||||||||
|
Itlob informazzjoni ulterjuri |
Talba għal informazzjoni ulterjuri |
1…n |
Itlob informazzjoni ulterjuri mill-inqas dwar waħda minn dawn li ġejjin:
|
16.3.4.
|
Tip ta’ data |
Deskrizzjoni |
Kardinalità (32) |
Deskrizzjoni addizzjonali |
||||||||||||
|
Id-Data u l-Ħin tal-Ħruġ |
Id-data u l-ħin ta’ meta din it-tweġiba kienet mibgħuta |
1 |
Data u Ħin |
||||||||||||
|
Organizzazzjoni tal-Ħruġ |
Isem/identifikatur tal-organizzazzjoni li toħroġ din it-tweġiba |
1 |
Struttura tal-parti tad-data |
||||||||||||
|
Organizzazzjoni Riċevitriċi |
Isem/identifikatur tar-reġistru tal-Istat Membru li jagħmel it-talba |
1 |
Struttura tal-parti tad-data |
||||||||||||
|
Referenza Leġiżlattiva |
Referenza għal-leġiżlazzjoni rilevanti nazzjonali jew tal-Unjoni |
0…n |
Test |
||||||||||||
|
Informazzjoni ulterjuri |
Talba għal informazzjoni ulterjuri |
1…n |
Informazzjoni ulterjuri mill-inqas dwar waħda minn dawn li ġejjin:
|
16.4. Operat tal-iskambju ta’ informazzjoni
L-Istati Membri għandhom jindikaw jekk iħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet minħabba għadd kbir ta’ domandi li jkunu rċevew. F’każ bħal dan, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-kwistjoni bil-ħsieb li jiżguraw it-tħaddim bla xkiel tal-iskambju ta’ informazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tas-sistema.
(1) Kardinalità 0 tfisser li d-data hija fakultattiva. Kardinalità 1 tfisser li d-data hija obbligatorja. Kardinalità 0…n jew 1…n tfisser li aktar minn parti waħda tal-istess tip ta’ data tista’ tiġi pprovduta.
(2) Kardinalità 0 tfisser li d-data hija fakultattiva. Kardinalità 1 tfisser li d-data hija obbligatorja. Kardinalità 0…n jew 1…n tfisser li aktar minn parti waħda tal-istess tip ta’ data tista’ tiġi pprovduta.
(3) Kardinalità 0 tfisser li d-data hija fakultattiva. Kardinalità 1 tfisser li d-data hija obbligatorja. Kardinalità 0…n jew 1…n tfisser li aktar minn parti waħda tal-istess tip ta’ data tista’ tiġi pprovduta.
(4) Kardinalità 0 tfisser li d-data hija fakultattiva. Kardinalità 1 tfisser li d-data hija obbligatorja. Kardinalità 0…n jew 1…n tfisser li aktar minn parti waħda tal-istess tip ta’ data tista’ tiġi pprovduta.
(5) Kardinalità 0 tfisser li d-data hija fakultattiva. Kardinalità 1 tfisser li d-data hija obbligatorja. Kardinalità 0…n jew 1…n tfisser li aktar minn parti waħda tal-istess tip ta’ data tista’ tiġi pprovduta.
(6) Kardinalità 0 tfisser li d-data hija fakultattiva. Kardinalità 1 tfisser li d-data hija obbligatorja. Kardinalità 0…n jew 1…n tfisser li aktar minn parti waħda tal-istess tip ta’ data tista’ tiġi pprovduta.
(7) Kardinalità 0 tfisser li d-data hija fakultattiva. Kardinalità 1 tfisser li d-data hija obbligatorja. Kardinalità 0…n jew 1…n tfisser li aktar minn parti waħda tal-istess tip ta’ data tista’ tiġi pprovduta.
(8) Kardinalità 0 tfisser li d-data hija fakultattiva. Kardinalità 1 tfisser li d-data hija obbligatorja. Kardinalità 0…n jew 1…n tfisser li aktar minn parti waħda tal-istess tip ta’ data tista’ tiġi pprovduta.
(9) Kardinalità 0 tfisser li d-data hija fakultattiva. Kardinalità 1 tfisser li d-data hija obbligatorja. Kardinalità 0…n jew 1…n tfisser li aktar minn parti waħda tal-istess tip ta’ data tista’ tiġi pprovduta.
(10) Kardinalità 0 tfisser li d-data hija fakultattiva. Kardinalità 1 tfisser li d-data hija obbligatorja. Kardinalità 0…n jew 1…n tfisser li aktar minn parti waħda tal-istess tip ta’ data tista’ tiġi pprovduta.
(11) Kardinalità 0 tfisser li d-data hija fakultattiva. Kardinalità 1 tfisser li d-data hija obbligatorja. Kardinalità 0…n jew 1…n tfisser li aktar minn parti waħda tal-istess tip ta’ data tista’ tiġi pprovduta.
(12) Kardinalità 0 tfisser li d-data hija fakultattiva. Kardinalità 1 tfisser li d-data hija obbligatorja. Kardinalità 0…n jew 1…n tfisser li aktar minn parti waħda tal-istess tip ta’ data tista’ tiġi pprovduta.
(13) Kardinalità 0 tfisser li d-data hija fakultattiva. Kardinalità 1 tfisser li d-data hija obbligatorja. Kardinalità 0…n jew 1…n tfisser li aktar minn parti waħda tal-istess tip ta’ data tista’ tiġi pprovduta.
(14) Kardinalità 0 tfisser li d-data hija fakultattiva. Kardinalità 1 tfisser li d-data hija obbligatorja. Kardinalità 0…n jew 1…n tfisser li aktar minn parti waħda tal-istess tip ta’ data tista’ tiġi pprovduta.
(15) Kardinalità 0 tfisser li d-data hija fakultattiva. Kardinalità 1 tfisser li d-data hija obbligatorja. Kardinalità 0…n jew 1…n tfisser li aktar minn parti waħda tal-istess tip ta’ data tista’ tiġi pprovduta.
(16) Kardinalità 0 tfisser li d-data hija fakultattiva. Kardinalità 1 tfisser li d-data hija obbligatorja. Kardinalità 0…n jew 1…n tfisser li aktar minn parti waħda tal-istess tip ta’ data tista’ tiġi pprovduta.
(17) Kardinalità 0 tfisser li d-data hija fakultattiva. Kardinalità 1 tfisser li d-data hija obbligatorja. Kardinalità 0…n jew 1…n tfisser li aktar minn parti waħda tal-istess tip ta’ data tista’ tiġi pprovduta.
(18) Kardinalità 0 tfisser li d-data hija fakultattiva. Kardinalità 1 tfisser li d-data hija obbligatorja. Kardinalità 0…n jew 1…n tfisser li aktar minn parti waħda tal-istess tip ta’ data tista’ tiġi pprovduta.
(19) Kardinalità 0 tfisser li d-data hija fakultattiva. Kardinalità 1 tfisser li d-data hija obbligatorja. Kardinalità 0…n jew 1…n tfisser li aktar minn parti waħda tal-istess tip ta’ data tista’ tiġi pprovduta.
(20) Kardinalità 0 tfisser li d-data hija fakultattiva. Kardinalità 1 tfisser li d-data hija obbligatorja. Kardinalità 0…n jew 1…n tfisser li aktar minn parti waħda tal-istess tip ta’ data tista’ tiġi pprovduta.
(21) Kardinalità 0 tfisser li d-data hija fakultattiva. Kardinalità 1 tfisser li d-data hija obbligatorja. Kardinalità 0…n jew 1…n tfisser li aktar minn parti waħda tal-istess tip ta’ data tista’ tiġi pprovduta.
(22) Kardinalità 0 tfisser li d-data hija fakultattiva. Kardinalità 1 tfisser li d-data hija obbligatorja. Kardinalità 0…n jew 1…n tfisser li aktar minn parti waħda tal-istess tip ta’ data tista’ tiġi pprovduta.
(23) Kardinalità 0 tfisser li d-data hija fakultattiva. Kardinalità 1 tfisser li d-data hija obbligatorja. Kardinalità 0…n jew 1…n tfisser li aktar minn parti waħda tal-istess tip ta’ data tista’ tiġi pprovduta.
(24) Kardinalità 0 tfisser li d-data hija fakultattiva. Kardinalità 1 tfisser li d-data hija obbligatorja. Kardinalità 0…n jew 1…n tfisser li aktar minn parti waħda tal-istess tip ta’ data tista’ tiġi pprovduta.
(25) Kardinalità 0 tfisser li d-data hija fakultattiva. Kardinalità 1 tfisser li d-data hija obbligatorja. Kardinalità 0…n jew 1…n tfisser li aktar minn parti waħda tal-istess tip ta’ data tista’ tiġi pprovduta.
(26) Kardinalità 0 tfisser li d-data hija fakultattiva. Kardinalità 1 tfisser li d-data hija obbligatorja. Kardinalità 0…n jew 1…n tfisser li aktar minn parti waħda tal-istess tip ta’ data tista’ tiġi pprovduta.
(27) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338)
(28) Kardinalità 0 tfisser li d-data hija fakultattiva. Kardinalità 1 tfisser li d-data hija obbligatorja. Kardinalità 0…n jew 1…n tfisser li aktar minn parti waħda tal-istess tip ta’ data tista’ tiġi pprovduta.
(29) F’każ li l-Istat Membru rikjest jeħtieġ data ulterjuri ta’ identifikazzjoni biex jiżgura identifikazzjoni inekwivoka, l-Istat Membru li jagħmel it-talba għandu jipprovdi d-data bl-użu tal-format ta’ messaġġ li ġej:
(30) Kardinalità 0 tfisser li d-data hija fakultattiva. Kardinalità 1 tfisser li d-data hija obbligatorja. Kardinalità 0…n jew 1…n tfisser li aktar minn parti waħda tal-istess tip ta’ data tista’ tiġi pprovduta.
(31) Kardinalità 0 tfisser li d-data hija fakultattiva. Kardinalità 1 tfisser li d-data hija obbligatorja. Kardinalità 0…n jew 1…n tfisser li aktar minn parti waħda tal-istess tip ta’ data tista’ tiġi pprovduta.
(32) Kardinalità 0 tfisser li d-data hija fakultattiva. Kardinalità 1 tfisser li d-data hija obbligatorja. Kardinalità 0…n jew 1…n tfisser li aktar minn parti waħda tal-istess tip ta’ data tista’ tiġi pprovduta.