|
15.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 294/21 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2243
tal-14 ta’ Novembru 2022
li tniedi l-Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Ukrajna (EUMAM Ukraine)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1968 tas-17 ta’ Ottubru 2022 dwar Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Ukrajna (EUMAM Ukraine) (1),
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-17 ta’ Ottubru 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1968. |
|
(2) |
Fit-8 ta’ Novembru 2022, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà qabel li jenħtieġ li jiġi approvat il-Pjan tal-Missjoni għal EUMAM Ukraine. |
|
(3) |
Wara r-rakkomandazzjoni tal-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għal EUMAM Ukraine, EUMAM Ukraine jenħtieġ li titnieda fil-15 ta’ Novembru 2022, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Pjan tal-Missjoni għal EUMAM Ukraine huwa b’dan approvat.
Artikolu 2
EUMAM Ukraine għandha titnieda fil-15 ta’ Novembru 2022.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES