20.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 340/35


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2384

tad-19 ta' Diċembru 2017

li jispeċifika l-karatteristiċi tekniċi tal-modulu ad hoc tal-2019 dwar l-organizzazzjoni tax-xogħol u l-arranġamenti tal-ħin tax-xogħol fir-rigward tal-istħarriġ ta' kampjuni tal-forza tax-xogħol skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta' Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ ta' kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità (1), b'mod partikolari l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-istrateġija Ewropea dwar l-impjiegi, il-linji gwida dwar l-impjiegi (2) u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (3), b'mod partikolari l-prinċipji tagħha dwar l-impjieg sigur u flessibbli, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja u l-ambjent tax-xogħol adattat b'mod tajjeb, jesprimu l-ħtieġa ta' adattabilità akbar kemm tal-intrapriżi kif ukoll tal-ħaddiema fl-Ewropa u jenfasizzaw il-ħtieġa li tinġabar dejta ta' stħarriġ Ewropew fuq skala kbira dwar l-applikazzjoni ta' forom diversi ta' prattiki ġodda fl-organizzazzjoni tax-xogħol u ta' arranġamenti tal-ħin tax-xogħol u l-esperjenzi tal-ħaddiema b'dawk il-prattiki u l-arranġamenti.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1851 (4) jispeċifika u jiddeskrivi l-oqsma li dwarhom għandha tiġi pprovduta informazzjoni aktar dettaljata, jiġifieri s-submoduli ad hoc, u li jenħtieġ li jiġu inklużi fil-modulu ad hoc tal-2019 dwar l-organizzazzjoni tax-xogħol u l-arranġamenti tal-ħin tax-xogħol fir-rigward tal-istħarriġ ta' kampjuni tal-forza tax-xogħol skont ir-Regolament (KE) Nru 577/98.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li jiġu speċifikati l-karatteristiċi tekniċi, il-filtri, il-kodiċijiet u l-iskadenza għat-trażmissjoni tad-dejta mill-Istati Membri skont il-modulu ad hoc dwar l-organizzazzjoni tax-xogħol u l-arranġamenti tal-ħin tax-xogħol.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-karatteristiċi tekniċi tal-modulu ad hoc tal-2019 dwar l-organizzazzjoni tax-xogħol u l-arranġamenti tal-ħin tax-xogħol, il-filtri, il-kodiċijiet u l-iskadenza sa meta l-Istati Membri għandhom jibgħatu r-riżultati lill-Kummissjoni huma stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 77, 14.3.1998, p. 3.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1848 tal-5 ta' Ottubru 2015 dwar linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri għall-2015 (ĠU L 268, 15.10.2015, p. 28).

(3)  https://ec.europa.eu/commission/priorities/deeper-and-fairer-economic-and-monetary-union/european-pillar-social-rights_mt

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1851 tal-14 ta' Ġunju 2016 li jadotta l-programm ta' moduli ad hoc, li jkopri s-snin 2019, 2020 u 2021, għall-istħarriġ kampjunarju dwar il-forza tax-xogħol stipulat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (ĠU L 284, 20.10.2016, p. 1).


ANNESS

Dan l-Anness jistabbilixxi l-karatteristiċi tekniċi, il-filtri u l-kodiċijiet li għandhom jintużaw fil-modulu ad hoc dwar l-organizzazzjoni tax-xogħol u l-arranġamenti tal-ħin tax-xogħol skedat li jsir fl-2019. Dan jistabbilixxi wkoll id-dati għas-sottomissjoni tad-dejta mill-Istati Membri lill-Kummissjoni.

L-iskadenza għat-trażmissjoni tar-riżultati lill-Kummissjoni: Il-31 ta' Marzu 2020.

Il-filtri u l-kodiċijiet li għandhom jintużaw għat-trażmissjoni tad-dejta: kif stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 377/2008 (1).

Il-kolonni riżervati għall-fatturi ta' differenzzazzjoni fakoltattivi, li għandhom jintużaw f'każijiet ta' subkampjunar jew ta' ebda tweġiba: il-kolonni 226-229 li fihom numri sħaħ u l-kolonni 230-231 li fihom pożizzjonijiet deċimali.

(1)   Submodulu “Flessibbiltà tal-ħinijiet tax-xogħol”

Isem/Kolonna

Kodiċi

Deskrizzjoni

Filtru

 

 

 

 

VARIWT

 

Ħinijiet tax-xogħol varjabbli

WSTATOR = 1,2

211

 

Kif jiġi ddeterminat il-bidu u t-tmiem tal-ħin tax-xogħol fl-impjieg prinċipali

 

 

1

Il-ħaddiem jista' jiddeċiedi bis-sħiħ dwar il-ħin tax-xogħol

 

 

2

Il-ħaddiem jista' jiddeċiedi dwar il-ħin tax-xogħol b'ċerti restrizzjonijiet

 

 

3

Is-sid jew l-organizzazzjoni prinċipalment jiddeċiedu dwar il-ħin tax-xogħol

 

 

9

Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru)

 

 

Vojt

Ebda tweġiba/Ma nafx

 

 

 

 

 

FREEHOUR

 

Faċilità biex wieħed jieħu sigħat liberi

VARIWT = 2,3,vojt

212

 

Il-possibbiltà li fl-impjieg prinċipali, wieħed jieħu siegħa jew sagħtejn liberi għal raġunijiet personali jew tal-familja fi żmien perjodu ta' jum tax-xogħol wieħed

 

 

1

Faċli ħafna

 

 

2

Pjuttost faċli

 

 

3

Pjuttost diffiċli

 

 

4

Diffiċli ħafna

 

 

9

Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru)

 

 

Vojt

Ebda tweġiba/Ma nafx

 

 

 

 

 

FREELEAV

 

Faċilità biex wieħed jieħu ġranet frank

WSTATOR = 1,2

213

 

Il-possibbiltà li fl-impjieg prinċipali wieħed jieħu ġurnata frank jew tnejn fi żmien perjodu ta' tliet ijiem tax-xogħol

 

 

1

Faċli ħafna

 

 

2

Pjuttost faċli

 

 

3

Pjuttost diffiċli

 

 

4

Diffiċli ħafna

 

 

9

Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru)

 

 

Vojt

Ebda tweġiba/Ma nafx

 

 

 

 

 

FLEXWT

 

Flessibbiltà mistennija fil-ħinijiet tax-xogħol

WSTATOR = 1,2

214

 

Il-frekwenza li biha l-ħaddiem irid iħabbat wiċċu ma' talbiet mhux previsti biex jinbidel il-ħin tax-xogħol fl-impjieg prinċipali

 

 

1

Mill-anqas darba fil-ġimgħa

 

 

2

Inqas minn kull ġimgħa iżda mill-inqas kull xahar

 

 

3

Inqas minn darba f'xahar jew qatt

 

 

9

Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru)

 

 

Vojt

Ebda tweġiba/Ma nafx

 

 

 

 

 

AVAIFREE

 

Disponibbiltà għax-xogħol f'ħin liberu

WSTATOR = 1,2

215

 

Il-ħaddiem ġie kkuntattjat waqt il-ħin liberu f'dawn l-aħħar xahrejn biex jieħu azzjoni għall-impjieg prinċipali qabel l-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss

 

 

1

Ma ġiex ikkuntattjat f'dawn l-aħħar xahrejn (2)

 

 

2

Xi drabi ġie kkuntattjat

 

 

3

Ġie kkuntattjat diversi drabi u kien mistenni jaġixxi qabel il-jum tax-xogħol li jmiss

 

 

4

Ġie kkuntattjat diversi drabi u ma kienx mistenni jaġixxi qabel il-jum tax-xogħol li jmiss

 

 

9

Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru)

 

 

Vojt

Ebda tweġiba/Ma nafx

 

(2)   Submodulu “Metodi waqt ix-xogħol”

Isem/Kolonna

Kodiċi

Deskrizzjoni

Filtru

 

 

 

 

RECHOURS

 

Reġistrazzjoni ta' preżenza jew tas-sigħat tax-xogħol

STAPRO = 3

216-217

 

Il-metodu tar-reġistrazzjoni tal-preżenza jew tas-sigħat tax-xogħol fl-impjieg prinċipali

 

 

01

Il-preżenza u s-sigħat ma jiġux irreġistrati

 

 

02

Il-preżenza tiġi rreġistrata manwalment mill-ħaddiem innifsu

 

 

03

Il-preżenza tiġi rreġistrata manwalment minn superviżur/kollega

 

 

04

Il-preżenza tiġi rreġistrata awtomatikament (is-sistema tal-arloġġ mal-log-in)

 

 

05

Il-preżenza tiġi rreġistrata b'metodu ieħor

 

 

06

Is-sigħat jiġu rreġistrati manwalment mill-ħaddiem innifsu

 

 

07

Is-sigħat jiġu rreġistrati manwalment minn superviżur/kollega

 

 

08

Is-sigħat jiġu rreġistrati awtomatikament (is-sistema tal-arloġġ, mal-log-in)

 

 

09

Is-sigħat jiġu rreġistrati b'metodu ieħor

 

 

99

Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru)

 

 

Vojt

Ebda tweġiba/Ma nafx

 

 

 

 

 

PRESSURE

 

Xogħol taħt pressjoni ta' ħin

WSTATOR = 1,2

218

 

Il-frekwenza li biha l-persuna taħdem taħt pressjoni ta' ħin fl-impjieg prinċipali

 

 

1

Dejjem

 

 

2

Ta' spiss

 

 

3

Xi kultant

 

 

4

Qatt

 

 

9

Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru)

 

 

Vojt

Ebda tweġiba/Ma nafx

 

 

 

 

 

JOBAUTON

 

Awtonomija tal-impjieg

WSTATOR = 1,2

219-220

 

Il-possibbiltà li l-kontenut u l-ordni tal-kompiti jiġu influwenzati fl-impjieg prinċipali

 

 

11

Influwenza kbira fuq il-kontenut u l-ordni

 

 

12

Influwenza kbira fuq l-ordni u xi influwenza fuq il-kontenut

 

 

13

Influwenza kbira fuq l-ordni u ftit jew xejn fuq il-kontenut

 

 

21

Xi influwenza fuq l-ordni u influwenza kbira fuq il-kontenut

 

 

22

Xi influwenza fuq l-ordni u l-kontenut

 

 

23

Xi influwenza fuq l-ordni u ftit jew xejn fuq il-kontenut

 

 

31

Influwenza kbira fuq il-kontenut u ftit jew xejn fuq l-ordni

 

 

32

Xi influwenza fuq il-kontenut u ftit jew xejn fuq l-ordni

 

 

33

Ftit jew l-ebda influwenza fuq l-ordni u fuq il-kontenut

 

 

99

Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru)

 

 

Vojt

Ebda tweġiba/Ma nafx

 

(3)   Submodulu “Post tax-xogħol”

Isem/Kolonna

Kodiċi

Deskrizzjoni

Filtru

 

 

 

 

PLACEWK

 

Post tax-xogħol prinċipali

WSTATOR = 1,2

221

 

Il-post fejn primarjament jitwettqu l-attivitajiet tal-impjieg prinċipali

 

 

1

Il-bini tas-sidien jew tal-ħaddiem stess

 

 

2

Id-dar

 

 

3

Il-post tal-klijenti

 

 

4

Post mhux fiss (vettura, servizz ta' konsenja, eċċ.)

 

 

5

Oħrajn

 

 

9

Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru)

 

 

Vojt

Ebda tweġiba/Ma nafx

 

 

 

 

 

COMMUTM

 

Ħin ta' vvjaġġar bejn id-dar u x-xogħol u lura

PLACEWK ≠ 2

222-224

 

Ħin meħud biex wieħed jasal mid-dar għax-xogħol għall-impjieg prinċipali (f'direzzjoni waħda)

 

 

000-240

Minuti

 

 

999

Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru)

 

 

Vojt

Ebda tweġiba/Ma nafx

 

 

 

 

 

OTHERLOC

 

Xogħol f'postijiet oħra

PLACEWK = 1-5

225

 

Il-persuna taħdem f'iktar minn post wieħed għall-impjieg prinċipali

 

 

1

Kuljum

 

 

2

Mhux kuljum, iżda tal-inqas kull ġimgħa

 

 

3

Inqas minn kull ġimgħa iżda mill-inqas kull xahar

 

 

4

Inqas minn darba f'xahar jew qatt

 

 

9

Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru)

 

 

Vojt

Ebda tweġiba/Ma nafx

 


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 377/2008 tal-25 ta' April 2008 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ ta' kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità fir-rigward tal-kodifikazzjoni li għandha tintuża għat-trażmissjoni ta' data mill-2009 'l quddiem, u l-użu ta' subkampjun għall-ġbir ta' data dwar il-varjabbli strutturali u d-definizzjoni tal-kwarti ta' referenza (ĠU L 114, 26.4.2008, p. 57).