9.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/10


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1130

tal-5 ta’ Lulju 2021

li tistabbilixxi l-lista tar-reġjuni eliġibbli għal finanzjament mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Soċjali Ewropew Plus u tal-Istati Membri eliġibbli għal finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni għall-perjodu 2021–2027

(notifikata bid-dokument C(2021) 4894)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, s-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji tagħhom u għall-Fond għall-Asil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 108(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) jappoġġaw il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir fir-reġjuni kollha li jikkorrispondu għal-livell 2 tal-klassifikazzjoni komuni tal-unitajiet territorjali għall-istatistika (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “NUTS livell 2”), li ġiet stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/2066 (3).

(2)

Sabiex jiġi stabbilit qafas finanzjarju xieraq għall-FEŻR u għall-FSE+, jeħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi lista ta’ reġjuni li jissodisfaw il-kriterji rispettivi stabbiliti fl-Anness XXVI tar-Regolament (UE) 2021/1060 ta’ kull waħda mit-tliet kategoriji ta’ reġjuni (reġjuni inqas żviluppati, reġjuni fi tranżizzjoni u reġjuni aktar żviluppati) fil-livell 2 tan-NUTS.

(3)

Għall-istess raġuni, huwa meħtieġ ukoll li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-lista ta’ Stati Membri li huma eliġibbli għal finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni skont l-Artikolu 108(3) tar-Regolament (UE) 2021/1060.

(4)

Għal raġunijiet ta’ trasparenza, il-kodiċijiet u l-ismijiet tar-reġjuni tal-livell NUTS 2 applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2021 skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003, kif emendat bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/1755 (4), jenħtieġ li jiġu inklużi wkoll fl-Annessi ta’ din id-Deċiżjoni.

(5)

Il-lista tar-reġjuni eliġibbli u l-Istati Membri jenħtieġ għalhekk li tiġi stabbilita skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Ir-reġjuni eliġibbli għal finanzjament mill-FEŻR u mill-FSE+ taħt il-kategorija ta’ reġjuni inqas żviluppati huma elenkati fl-Anness I.

2.   Ir-reġjuni eliġibbli għal finanzjament mill-FEŻR u mill-FSE+ taħt il-kategorija ta’ reġjuni fi tranżizzjoni huma elenkati fl-Anness II.

3.   Ir-reġjuni eliġibbli għal finanzjament mill-FEŻR u mill-FSE+ taħt il-kategorija ta’ reġjuni aktar żviluppati huma elenkati fl-Anness III.

Artikolu 2

L-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni huma elenkati fl-Anness IV.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Lulju 2021.

Għall-Kummissjoni

Elisa FERREIRA

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2066 tal-21 ta' Novembru 2016 li jemenda l-annessi tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 322, 29.11.2016, p. 1).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1755 tat-8 ta’ Awwissu 2019 li jemenda l-annessi tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 270, 24.10.2019, p. 1).


ANNESS I

Reġjuni eliġibbli għal finanzjament mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u mill-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) taħt il-kategorija tar-reġjuni inqas żviluppati

NUTS 2021 (1)

BE34

Prov. Luxembourg (BE)

 

BG31

Северозападен (Severozapaden)

 

BG32

Северен централен (Severen tsentralen)

 

BG33

Североизточен (Severoiztochen)

 

BG34

Югоизточен (Yugoiztochen)

 

BG42

Южен централен (Yuzhen tsentralen)

 

CZ04

Severozápad

 

CZ05

Severovýchod

 

CZ07

Střední Morava

 

CZ08

Moravskoslezsko

 

EL41

Βόρειο Αιγαίο (Voreio Aigaio)

 

EL43

Κρήτη (Kriti)

 

EL51

Aνατολική Μακεδονία, Θράκη (Anatoliki Makedonia, Thraki)

 

EL52

Κεντρική Μακεδονία (Kentriki Makedonia)

 

EL53

Δυτική Μακεδονία (Dytiki Makedonia)

 

EL54

Ήπειρος (Ipeiros)

 

EL61

Θεσσαλία (Thessalia)

 

EL62

Ιόνια Νησιά (Ionia Nisia)

 

EL63

Δυτική Ελλάδα (Dytiki Ellada)

 

EL64

Στερεά Ελλάδα (Sterea Ellada)

 

EL65

Πελοπόννησος (Peloponnisos)

 

ES42

Castilla-La Mancha

 

ES43

Extremadura

 

ES61

Andalucía

 

ES63

Ciudad Autónoma de Ceuta

(isem ġdid: Cuidad de Ceuta)

ES64

Ciudad Autónoma de Melilla

(isem ġdid: Ciudad de Melilla)

FRY1

Guadeloupe

 

FRY3

Guyane

 

FRY4

La Réunion

 

FRY5

Mayotte

 

HR03

Jadranska Hrvatska

 

HR04

Kontinentalna Hrvatska

(maqsuma fi: HR05 Grad Zagreb, HR06 Sjeverna Hrvatska u HR02 Panonska Hrvatska)

ITF2

Il-Moliże

 

ITF3

Il-Kampanja

 

ITF4

Il-Pulja

 

ITF5

Il-Basilikata

 

ITF6

Il-Kalabrija

 

ITG1

Sqallija

 

ITG2

Sardenja

 

LV00

Il-Latvja

 

LT02

Vidurio ir vakarų Lietuvos regionas

 

HU12

Pest

 

HU21

Közép-Dunántúl

 

HU22

Nyugat-Dunántúl

 

HU23

Dél-Dunántúl

 

HU31

Észak-Magyarország

 

HU32

Észak-Alföld

 

HU33

Dél-Alföld

 

PL21

Małopolskie

 

PL22

Śląskie

 

PL42

Zachodniopomorskie

 

PL43

Lubuskie

 

PL52

Opolskie

 

PL61

Kujawsko-pomorskie

 

PL62

Warmińsko-mazurskie

 

PL63

Pomorskie

 

PL71

Łódzkie

 

PL72

Świętokrzyskie

 

PL81

Lubelskie

 

PL82

Podkarpackie

 

PL84

Podlaskie

 

PL92

Mazowiecki regionalny

 

PT11

Norte

 

PT16

Centro (PT)

 

PT18

Alentejo

 

PT20

Região Autónoma dos Açores

 

PT30

Região Autónoma da Madeira

 

RO11

Nord-Vest

 

RO12

Centru

 

RO21

Nord-Est

 

RO22

Sud-Est

 

RO31

Sud - Muntenia

 

RO41

Sud-Vest Oltenia

 

RO42

Vest

 

SI03

Vzhodna Slovenija

 

SK02

Západné Slovensko

 

SK03

Stredné Slovensko

 

SK04

Východné Slovensko

 


(1)  Bidliet introdotti bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1755 tat-8 ta’ Awwissu 2019.


ANNESS II

Reġjuni eliġibbli għal finanzjament mill-FEŻR u mill-FSE+ taħt il-kategorija tar-reġjuni fi tranżizzjoni

NUTS 2021 (1)

BE22

Prov. Limburg (BE)

 

BE32

Prov. Hainaut

 

BE33

Prov. Liège

 

BE35

Prov. Namur

 

BG41

Югозападен (Yugozapaden)

 

CZ02

Střední Čechy

 

CZ03

Jihozápad

 

CZ06

Jihovýchod

 

DK02

Sjælland

 

DE40

Brandenburg

 

DE80

Mecklenburg-Vorpommern

 

DE93

Lüneburg

 

DEB2

Trier

 

DED2

Dresden

 

DED4

Chemnitz

 

DEE0

Sachsen-Anhalt

 

DEG0

Thüringen

 

EE00

Eesti

 

IE04

Northern and Western

 

EL30

Aττική (Attiki)

 

EL42

Νότιο Αιγαίο (Notio Aigaio)

 

ES11

Galicia

 

ES12

Principado de Asturias

 

ES13

Cantabria

 

ES23

La Rioja

 

ES41

Castilla y León

 

ES52

Comunidad Valenciana

(isem ġdid: Comunitat Valenciana)

ES53

Illes Balears

 

ES62

Región de Murcia

 

ES70

Canarias

 

FRB0

Centre - Val de Loire

 

FRC1

Bourgogne

 

FRC2

Franche-Comté

 

FRD1

Basse-Normandie

 

FRD2

Haute-Normandie

 

FRE1

Nord-Pas de Calais

 

FRE2

Picardie

 

FRF1

Alsace

 

FRF2

Champagne-Ardenne

 

FRF3

Lorraine

 

FRG0

Pays de la Loire

 

FRH0

Bretagne

 

FRI1

Aquitaine

 

FRI2

Limousin

 

FRI3

Poitou-Charentes

 

FRJ1

Languedoc-Roussillon

 

FRJ2

Midi-Pyrénées

 

FRK1

Auvergne

 

FRL0

Provence-Alpes-Côte d’Azur

 

FRM0

Korsika

 

FRY2

Martinique

 

ITF1

L-Abruzzo

 

ITI2

L-Umbria

 

ITI3

Il-Marche

 

CY00

Κύπρος (Kýpros)

 

MT00

Malta

 

NL12

Friesland (NL)

 

NL13

Drenthe

 

NL23

Flevoland

 

AT11

Burgenland

 

PL41

Wielkopolskie

 

PL51

Dolnośląskie

 

PT15

Algarve

 

FI19

Länsi-Suomi

 

FI1C

Etelä-Suomi

 

FI1D

Pohjois- ja Itä-Suomi

 

SE31

Norra Mellansverige

 


(1)  Bidliet introdotti bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1755 tat-8 ta’ Awwissu 2019.


ANNESS III

Reġjuni eliġibbli għal finanzjament mill-FEŻR u mill-FSE+ taħt il-kategorija tar-reġjuni aktar żviluppati

BE10

Région de Bruxelles-Capitale/Brussels Hoofdstedelijk Gewest

BE21

Prov. Antwerpen

BE23

Prov. Oost-Vlaanderen

BE24

Prov. Vlaams-Brabant

BE25

Prov. West-Vlaanderen

BE31

Prov. Brabant Wallon

CZ01

Praha

DK01

Hovedstaden

DK03

Syddanmark

DK04

Midtjylland

DK05

Nordjylland

DE11

Stuttgart

DE12

Karlsruhe

DE13

Freiburg

DE14

Tübingen

DE21

Oberbayern

DE22

Niederbayern

DE23

Oberpfalz

DE24

Oberfranken

DE25

Mittelfranken

DE26

Unterfranken

DE27

Schwaben

DE30

Berlin

DE50

Bremen

DE60

Hamburg

DE71

Darmstadt

DE72

Gießen

DE73

Kassel

DE91

Braunschweig

DE92

Hannover

DE94

Weser-Ems

DEA1

Düsseldorf

DEA2

Köln

DEA3

Münster

DEA4

Detmold

DEA5

Arnsberg

DEB1

Koblenz

DEB3

Rheinhessen-Pfalz

DEC0

Saarland

DED5

Leipzig

DEF0

Schleswig-Holstein

IE05

Southern

IE06

Eastern and Midland

ES21

País Vasco

ES22

Comunidad Foral de Navarra

ES24

Aragón

ES30

Comunidad de Madrid

ES51

Cataluña

FR10

Ile-de-France

FRK2

Rhône-Alpes

ITC1

Il-Piemonte

ITC2

Valle d'Aosta/Vallée d'Aoste

ITC3

Il-Liguria

ITC4

Il-Lombardja

ITH1

Il-Provinċja Autonoma ta’ Bolzano/Bozen

ITH2

Il-Provinċja Autonoma ta’ Trento

ITH3

Il-Veneto

ITH4

Il-Friuli-Venezia Giulia

ITH5

L-Emilia-Romagna

ITI1

It-Toskana

ITI4

Il-Lazjo

LT01

Sostinės regionas

LU00

Luxembourg

HU11

Budapest

NL11

Groningen

NL21

Overijssel

NL22

Gelderland

NL31

Utrecht

NL32

Noord-Holland

NL33

Zuid-Holland

NL34

Zeeland

NL41

Noord-Brabant

NL42

Limburg (NL)

AT12

Niederösterreich

AT13

Wien

AT21

Kärnten

AT22

Steiermark

AT31

Oberösterreich

AT32

Salzburg

AT33

Tirol

AT34

Vorarlberg

PL91

Warszawski stołeczny

PT17

Área Metropolitana de Lisboa

RO32

Bucureşti - Ilfov

SI04

Zahodna Slovenija

SK01

Bratislavský kraj

FI1B

Helsinki-Uusimaa

FI20

Åland

SE11

Stockholm

SE12

Östra Mellansverige

SE21

Småland med öarna

SE22

Sydsverige

SE23

Västsverige

SE32

Mellersta Norrland

SE33

Övre Norrland


ANNESS IV

Lista tal-Istati Membri appoġġati mill-Fond ta’ Koeżjoni

Il-Bulgarija

Iċ-Ċekja

L-Estonja

Il-Greċja

Il-Kroazja

Ċipru

Il-Latvja

Il-Litwanja

L-Ungerija

Malta

Il-Polonja

Il-Portugall

Ir-Rumanija

Is-Slovenja

Is-Slovakkja