European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/1261

20.2.2025

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem fis-settur tad-dwieli u tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(C/2025/1261)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

“Languedoc”

PDO-FR-A0922-AM09

Data tal-komunikazzjoni: 15.1.2025

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Tħassir tal-isem ġeografiku addizzjonali Grés de Montpellier

Fil-kuntest tar-rikonoxximent tad-DOP Grés de Montpellier, id-dispożizzjonijiet kollha dwar l-isem ġeografiku addizzjonali Languedoc-Grés de Montpellier għandhom jitneħħew mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-denominazzjoni Languedoc.

It-taqsimiet tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ikkonċernati minn dan it-tħassir huma dawn li ġejjin:

Fil-Kapitolu I,

—

it-Taqsima II – Ismijiet ġeografiċi u termini addizzjonali

—

it-Taqsima III – Kuluri u tipi ta’ prodotti

—

it-Taqsima IV – Żoni li fihom jitwettqu operazzjonijiet differenti

—

it-Taqsima V – Varjetajiet ta’ dwieli

—

it-Taqsima VI – Tħarriġ tal-vinji – regoli speċifiċi dwar iż-żbir u tagħbija massima għal kull roqgħa art

—

it-Taqsima VII – Ħsad – Maturità tal-għeneb – kontenut minimu ta’ zokkor tal-għeneb u qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum – rendiment – il-bidu tal-produzzjoni tad-dwieli żgħar

—

it-Taqsima X — Proċessar – Produzzjoni: regoli speċifiċi għat-taħlit tal-inbejjed – kontenut massimu ta’ zokkor fermentabbli – prattiki enoloġiċi – perjodu ta’ maturazzjoni – data tal-introduzzjoni fis-suq tal-inbejjed –

—

it-Taqsima XI – Rabta mal-oriġini

—

it-Taqsima XII – Regoli dwar il-preżentazzjoni u t-tikkettar

It-tħassir tar-referenzi għall-isem addizzjonali Grés de Montpellier jaffettwa r-regoli tat-tikkettar imsemmija fit-Taqsima “Rekwiżiti addizzjonali” tad-Dokument Uniku.

2.   Żona ġeografika u żona fil-viċinanza immedjata

Fit-Taqsima IV dwar iż-żoni ġeografiċi fil-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, tiżdied ir-referenza għall-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-2023.

Din l-emenda tippermetti li ż-żona ġeografika tiġi identifikata b’referenza għall-verżjoni fis-seħħ fl-2023 tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali, ippubblikat mill-Istitut Nazzjonali tal-Istatistika u l-Istudji Ekonomiċi (INSEE, Institute of Statistics and Economic Studies) u li d-demarkazzjoni taż-żona ġeografika tingħata ċertezza legali.

Din il-kjarifika ġiet inkluża fid-Dokument Uniku taħt l-intestaturi “Żona ġeografika” u “Rekwiżiti addizzjonali – żona fil-viċinanza immedjata”.

3.   Żona tal-irqajja’ demarkata

Fil-punt “2 – Żona tal-irqajja’ demarkata” tat-Taqsima IV – Żoni li fihom isiru d-diversi operazzjonijiet – tal-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jiddaħħlu d-dati tal-approvazzjoni mill-awtorità nazzjonali kompetenti tad-demarkazzjoni tal-irqajja’ tad-DOP.

Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.

4.   Awtorità responsabbli għall-kontroll

It-Taqsima II – Referenza għall-korp ta’ kontroll – tal-Kapitolu II tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet aġġornata biex jiġi speċifikat li l-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott trid tiġi vverifikata abbażi ta’ pjan ta’ kontroll approvat u minn korp terz li joffri garanziji ta’ kompetenza, imparzjalità u indipendenza delegat mill-INAO, l-awtorità responsabbli mill-kontroll.

5.   Żona fil-viċinanza immedjata

Fit-Taqsima 9, “Rekwiżiti oħra applikabbli”, ġew ikkoreġuti l-iżbalji relatati mad-dħul tad-data dwar iż-żona fil-viċinanza immedjata.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Languedoc

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

3.1.   Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda

22 – XARBIET, SPIRTI U ĦALL

2204 – inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Karatteristiċi analitiċi

DESKRIZZJONI QASIRA

- L-inbejjed tad-denominazzjoni Languedoc huma nbejjed xotti u bla gass ħomor, rożè u bojod. - Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum tal-inbejjed hija ta’ 11,5 %. - L-inbejjed ħomor, bl-eċċezzjoni tal-inbejjed eliġibbli għat-termini “primeur” (bikri) jew “nouveau” (ġdid), li jkunu lesti biex jiġu kkummerċjalizzati bl-ingrossa jew imballati, ikollhom kontenut ta’ aċidu maliku ta’ mhux aktar minn 0,4 gramma għal kull litru. - L-inbejjed li jkunu lesti biex jiġu kkummerċjalizzati bl-ingrossa jew imballati jkollhom kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju) li jikkorrispondi għall-valuri li ġejjin: Kontenut massimu ta’ zokkor fermentabbli: - Inbejjed bojod, inbejjed rożè, inbejjed ħomor b’qawwa alkoħolika naturali skont il-volum ta’ aktar minn 14 %: 4 g/l – Inbejjed ħomor b’qawwa alkoħolika naturali skont il-volum ta’ mhux aktar minn 14 %: 3 g/l – Inbejjed bit-termini “primeur” jew “nouveau”: 2 g/l – L-inbejjed mhux imballati bit-terminu “primeur” jew “nouveau” għandhom kontenut ta’ aċidità volatili ta’ mhux aktar minn 10,2 meq/l. - Il-kontenut ta’ aċidità totali u ta’ aċidità volatili tal-inbejjed li mhumiex bikrin, u l-kontenut ta’ diossidu tal-kubrit totali huma dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Ewropea.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): 13

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) —

—

Aċidità totali minima: —

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): —

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): —

2.   Karatteristiċi organolettiċi

DESKRIZZJONI QASIRA

- L-inbejjed ħomor, li dejjem jiġu prodotti minn taħlita ta’ bosta varjetajiet ta’ dwieli, għandhom kulur ta’ intensità medja sa skur, firxa ta’ aromi li tvarja minn frott aħmar u iswed għal noti ta’ ħwawar u nkaljar u struttura soda b’tannini misjurin. Il-potenzjal ta’ konservazzjoni tagħhom huwa ta’ bejn sentejn u 5 snin, bħala medja, ħlief għall-inbejjed “primeur” jew “nouveau”, li jridu jiġu kkunsmati fix-xhur ta’ wara l-produzzjoni tagħhom. - L-inbejjed rożè huma prodotti minn taħlita ta’ mill-inqas żewġ varjetajiet ta’ dwieli, primarjament il-varjetajiet Syrah N, Cinsaut N u Grenache N. Peress li l-vinifikazzjoni tagħhom issir permezz ta’ għasir dirett, ta’ maċerazzjoni qasira jew tal-metodu saignée, il-lewn tagħhom ileqq b’mod naturali. Għandhom aroma kumplessa, u għandhom togħma pjaċevoli u bbilanċjata. - Anke l-inbejjed bojod huma xotti. Dawn jiġu prodotti minn taħlit. Spiss ikollhom lewn ċar, bilanċ tipiku tal-Languedoc u aromi li jfakkruk fil-frott eżotiku, fil-frott taċ-ċitru, fil-fjuri bojod jew fil-frott niexef.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): —

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) —

—

Aċidità totali minima: —

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): —

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): —

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

1.

 

Prattika enoloġika speċifika

—

Għall-produzzjoni tal-inbejjed rożè, il-produttur tal-inbid jista’ juża l-faħam għall-użu enoloġiku, waħdu jew imħallat fi preparati, esklussivament għall-most li joħroġ mill-pressa u għall-inbejjed li jkunu għadhom qed jiffermentaw, fi proporzjon li ma jridx jaqbeż l-20 % tal-volum tal-inbejjed rożè prodotti mill-produttur tal-inbid ikkonċernat għall-ħsad inkwistjoni, u f’doża ta’ mhux aktar minn 30 g/hl tal-volum ipproċessat.

- Minbarra d-dispożizzjoni ta’ hawn fuq, il-prattiki enoloġiċi jridu jkunu konformi mal-obbligi stabbiliti fil-livell Ewropew u fil-Kodiċi Rurali.

2.

Metodu ta’ tħarriġ

Prattika tal-kultivazzjoni

Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 4 000 pjanta għal kull ettaru. Il-wisa’ bejn il-flanni ma tistax taqbeż iż-2,50 metri.

Kull pjanta għandu jkollha erja massima ta’ 2,50 metri kwadri. Din l-erja tinkiseb billi jiġu mmultiplikati d-distanzi bejn il-flanni u d-distanza bejn il-pjanti fl-istess flann.

Iż-żbir isir qabel l-istadju E (tliet weraq miftuħin fuq l-ewwel żewġ għejun). Id-dwieli jinżabru qosra, f’idfra, b’massimu ta’ 12-il għajn għal kull pjanta; kull difer ikollu massimu ta’ żewġ għejun;

—

Il-varjetà tad-dwieli Syrah N tista’ tinżabar b’żabra Guyot sempliċi, b’massimu ta’ 10 għejun għal kull pjanta, b’massimu ta’ sitta minnhom fuq iz-zokk it-twil u difer wieħed jew żewġ idfra ta’ sostituzzjoni b’massimu ta’ għajn waħda jew żewġ għejun;

—

Għall-varjetà tad-dwieli Grenache N, il-pjanti li huma soġġetti li jwaqqgħu ż-żahar jistgħu jinżabru u jitħallielhom biss zokk twil b’massimu ta’ ħames għejun.

—

L-irrigazzjoni tista’ tiġi awtorizzata f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu D. 645-5 tal-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu.

3.

Metodu ta’ tħarriġ

Prattika tal-kultivazzjoni

Fil-mument tal-ħsad, l-għenieqed ta’ fuq il-pjanta ma jridu jkunu f’kuntatt ma’ ebda pjanta oħra għajr id-dielja.

—

Il-mulching tal-plastik huwa pprojbit.

—

Sabiex jiġu ppreservati l-karatteristiċi tal-ambjent fiżiku u bijoloġiku li huwa element fundamentali tat-terroir,

—

il-kontroll bil-kimika tal-ħaxix ħażin fil-promontorji huwa pprojbit

—

il-veġetazzjoni, kemm jekk miżrugħa kif ukoll jekk tikber waħedha, hija kkontrollata b’mezzi mekkaniċi jew fiżiċi bejn il-flanni, ħlief fil-każ tad-dwieli b’distanza bejn il-flanni ta’ 1,8 m jew inqas.

5.2.   Rendimenti massimi

1.

Rendiment tal-inbejjed ħomor u rożè

60 ettolitru għal kull ettaru

2.

Rendiment tal-inbejjed bojod

70 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

a)

Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni u l-produzzjoni tal-inbejjed ħomor u rożè jsiru fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-1 ta’ Jannar 2023: - Id-département ta’ Aude: Aigues-Vives, Ajac, Albas, Alet-les-Bains, Alzonne, Antugnac, Aragon, Argeliers, Argens-Minervois, Armissan, Arquettes-en-Val, Azille, Badens, Bages, Bagnoles, Barbaira, Bizanet, Bize-Minervois, Blomac, Bouilhonnac, Bouriège, Boutenac, Cabrespine, Campagne-sur-Aude, Camplong-d’Aude, Canet, Capendu, Cascastel-des-Corbières, Cassaignes, Castelnau-d’Aude, Castelreng, Caunes-Minervois, Caunettes-en-Val, Caves, Cépie, Comigne, Conilhac-Corbières, Conques-sur-Orbiel, Couiza, Cournanel, Coustaussa, Coustouge, Cruscades, Cucugnan, Davejean, Dernacueillette, La Digne-d’Amont, La Digne-d’Aval, Douzens, Duilhac-sous-Pyerepertuse, Durban-Corbières, Embres-et-Castelmaure, Escales, Espéraza, Fabrezan, Felines-Termenès, Ferrals-les-Corbières, Festes-et-Saint-André, Feuilla, Fitou, Fleury, Floure, Fontcouverte, Fontiès-d’Aude, Fontjoncouse, Fournes-Cabardès, Fraisse-Cabardès, Fraissé-des-Corbières, Gaja-et-Villedieu, Gardie, Ginestas, Gruissan, Homps, Les Ilhes, Jonquières, Labastide-en-Val, Ladern-sur-Lauquet, Lagrasse, Laroque-de-Fa, Lastours, Laure-Minervois, Leucate, Lézignan-Corbières, Limousis, Limoux, Loupia, Luc-sur-Aude, Luc-sur-Orbieu, Magrie, Mailhac, Maisons, Malras, Malves-en-Minervois, Marseillette, Mayronnes, Mirepeisset, Montazels, Montbrun-des-Corbières, Montgaillard, Montirat, Montlaur, Montolieu, Montredon-des-Corbières, Montséret, Monze, Moussoulens, Moux, Narbonne, Névian, Port-la-Nouvelle, Ornaisons, Padern, Palairac, La Palme, Paraza, Pauligne, Paziols, Pennautier, Pépieux, Peyriac-de-Mer, Peyriac-Minervois, Peyrolles, Pezens, Pieusse, Pomas, Portel-des-Corbières, Pouzols-Minervois, Puichéric, Quintillan, La Redorte, Ribaute, Rieux-en-Val, Rieux-Minervois, Roquecourbe-Minervois, Roquefort-des-Corbières, Roquetaillade-et-Conilhac, Roubia, Rouffiac-d’Aude, Rouffiac-des-Corbières, Rustiques, Saint-André-de-Roquelongue, Saint-Couat-d’Aude, Saint-Couat-du-Razès, Sainte-Eulalie, Saint-Frichoux, Saint-Hilaire, Saint-Jean-de-Barrou, Saint-Laurent-de-la-Cabrerisse, Saint-Nazaire-d’Aude, Saint-Pierre-des-Champs, Saint-Polycarpe, Sainte-Valière, Sallèles-Cabardès, Salles-d’Aude, Salsigne, La Serpent, Serres, Serviès-en-Val, Sigean, Talairan, Taurize, Termes, Thézan-des-Corbières, Tournissan, Tourouzelle, Tourreilles, Trassanel, Trausse, Trèbes, Treilles, Tuchan, Val-de-Dagne, Val-du-Faby (għall-parti li tikkorrispondi għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Fa), Ventenac-Cabardès, Ventenac-en-Minervois, Vignevieille, Villalier, Villanière, Villardonnel, Villar-en-Val, Villar-Saint-Anselme, Villarzel-Cabardès, Villebazy, Villedubert, Villegailhenc, Villegly, Villelongue-d’Aude, Villemoustaussou, Villeneuve-les-Corbières, Villeneuve-Minervois, Villerouge-Termenès, Villesèque-des-Corbières, Villetritouls, Vinassan. - Id-département ta’ Gard: Aspères, Aujargues, Brouzet-lès-Quissac, La Cadière-et-Cambo, Calvisson, Cannes-et-Clairan, Carnas, Combas, Conqueyrac, Corconne, Crespian, Fontanès, Gailhan, Junas, Langlade, Lecques, Liouc, Montmirat, Montpezat, Moulézan, Nages-et-Solorgues, Nîmes, Orthoux-Sérignac-Quilhan, Saint-Clément, Saint-Hippolyte-du-Fort, Saint-Mamert-du-Gard, Salinelles, Sardan, Sommières, Souvignargues, Vic-le-Fesq, Villevieille; - Id-département ta’ Hérault: Adissan, Agel, Aigne, Aigues-Vives, Alignan-duVent, Aniane, Arboras, Argelliers, Aspiran, Assas, Assignan, Aumelas, Autignac, Azillanet, Babeau-Bouldoux, Bassan, Beaufort, Beaulieu, Berlou, Béziers, Boisseron, Le Bosc, Boujan-sur-Libron, Brignac, Brissac, Cabrerolles, Cabrières, Campagne, Canet, Cassagnoles, Castelnau-le-Lez, Castries, La Caunette, Causse-de-la-Selle, Causses-et-Veyran, Caussiniojouls, Caux, Cazedarnes, Cazevieille, Cazouls-lès-Béziers, Cébazan, Cessenon-sur-Orb, Cesseras, Ceyras, Claret, Clermont-l’Hérault, Combaillaux, Corneilhan, Cournonsec, Cournonterral, Creissan, Cruzy, Entre-Vignes, Faugères, Félines-Minervois, Ferrières-Poussarou, Fontanès, Fontès, Fos, Fouzilhon, Fozières, Gabian, Garrigues, Gignac, Guzargues, Jonquières, Juvignac, Lacoste, Lagamas, Laurens, Lauret, Lauroux, Lavalette, Lavérune, Liausson, Lieuran-Cabrières, La Livinière, Lodève, Lunel, Lunel-Viel, Magalas, Margon, Les Matelles, Mauguio, Mérifons, Minerve, Montagnac, Montarnaud, Montbazin, Montblanc, Montesquieu, Montouliers, Montoulieu, Montpellier, Montpeyroux, Moulès-et-Baucels, Mourèze, Murles, Murviel-lès-Béziers, Murviel-lès-Montpellier, Nébian, Neffiès, Nézignan-l’Évêque, Nissan-lez-Enserune, Nizas, Octon, Olmet-et-Villecun, Olonzac, Oupia, Paulhan, Pégairolles-de-Buèges, Pégairolles-de-l’Escalette, Péret, Pézenas, Pierrerue, Pignan, Plaissan, Poujols, Poussan, Pouzolles, Prades-le-Lez, Prades-sur-Vernazobre, Le Puech, Puéchabon, Puisserguier, Quarante, Restinclières, Roquebrun, Roquessels, Roujan, Saint-André-de-Buèges, Saint-André-de-Sangonis, Saint-Aunès, Saint-Bauzille-de-la-Sylve, Saint-Bauzille-de-Montmel, Saint-Chinian, Saint-Clément-de-Rivière, Sainte-Croix-de-Quintillargues, Saint-Drézéry, Saint-Félix-de-Lodez, Saint-Gély-du-Fesc, Saint-Geniès-des-Mourgues, Saint-Georges-d’Orques, Saint-Guiraud, Saint-Jean-de-Cuculles, Saint-Jean-de-la-Blaquière, Saint-Jean-de-Buèges, Saint-Jean-de-Fos, Saint-Jean-de-Minervois, Saint-Mathieu-de-Tréviers, Saint-Nazaire-de-Ladarez, Saint-Pargoire, Saint-Pons-de-Mauchiens, Saint-Privat, Saint-Saturnin-de-Lucian, Saint-Sériès, Saint-Thibéry, Saint-Vincent-de-Barbeyrargues, Saturargues, Sauteyrargues, Sauvian, Sérignan, Servian, Siran, Soubès, Soumont, Sussargues, Le Triadou, Usclas-du-Bosc, Vacquières, Vailhan, Vailhauquès, Valflaunès, Valmascle, Vendémian, Vendres, Vieussan, Villeneuve-lès-Maguelone, Villeneuvette, Villespassans, Villeveyrac. - Id-département ta’ Pyrénées-Orientales: Amélie-les-Bains-Palalda, Ansignan, Arboussols, Argelès-sur-Mer, Bages, Baho, Baixas, Banyuls-dels-Aspres, Banyuls-sur-Mer, Bélesta, Bouleternère, Le Boulou, Brouilla, Cabestany, Caixas, Calce, Camélas, Canet-en-Roussillon, Canohès, Caramany, Cases-de-Pène, Cassagnes, Castelnou, Caudiès-de-Fenouillèdes, Cerbère, Céret, Claira, Les Cluses, Collioure, Corbère, Corbère-les-Cabanes, Corneilla-la-Rivière, Corneilla-del-Vercol, Elne, Espira-de-l’Agly, Espira-de-Conflent, Estagel, Estoher, Feilluns, Finestret, Fosse, Fourques, Ille-sur-Têt, Joch, Lansac, Laroque-des-Albères, Latour-Bas-Elne, Latour-de-France, Lesquerde, Llauro, Llupia, Marquixanes, Maureillas-las-Illas, Maury, Millas, Montalba-le-Château, Montauriol, Montescot, Montesquieu-des-Albères, Montner, Néfiach, Oms, Opoul-Périllos, Ortaffa, Palau-del-Vidre, Passa, Perpignan, Peyrestortes, Pézilla-de-Conflent, Pézilla-la-Rivière, Pia, Planèzes, Pollestres, Ponteilla, Port-Vendres, Prats-de-Sournia, Prugnanes, Rasiguères, Reynès, Rigarda, Rivesaltes, Rodès, Saint-André, Saint-Arnac, Sainte-Colombe-de-la-Commanderie, Saint-Cyprien, Saint-Estève, Saint-Féliu-d’Amont, Saint-Féliu-d’Avall, Saint-Génis-des-Fontaines, Saint-Hippolyte, Saint-Jean-Lasseille, Saint-Jean-Pla-de-Corts, Saint-Martin-de-Fenouillet, Saint-Michel-de-Llotes, Saint-Nazaire, Saint-Paul-de-Fenouillet, Saleilles, Salses-le-Château, Le Soler, Sorède, Sournia, Taillet, Tarerach, Tautavel, Terrats, Thuir, Tordères, Toulouges, Tresserre, Trévillach, Trilla, Trouillas, Villelongue-dels-Monts, Villemolaque, Villeneuve-de-la-Raho, Villeneuve-la-Rivière, Vinça, Vingrau, Vivès, Le Vivier.

b)

Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni u l-produzzjoni tal-inbejjed bojod isiru fit-territorju tal-muniċipalitajiet imsemmija għall-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni u l-produzzjoni tal-inbejjed ħomor u rożè, apparti fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin tad-département ta’ Hérault: Castelnau-de-Guers, Florensac, Mèze, Pinet, Pomerols.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed

Agiorgitiko N

Assyrtiko B

Bourboulenc B - Doucillon blanc

Calabrese N

Carignan N

Carignan blanc B

Carignan gris G

Cinsaut N - Cinsault

Clairette B

Clairette rose Rs

Counoise N

Grenache N

Grenache blanc B

Grenache gris G

Lledoner pelut N

Macabeu B - Macabeo

Marsanne B

Marselan N

Morrastel N - Minustellu, Graciano

Mourvèdre N - Monastrell

Muscat à petits grains blancs B - Muscat, Moscato

Piquepoul blanc B

Piquepoul gris G

Piquepoul noir N

Rivairenc N - Aspiran noir

Rivairenc blanc B - Aspiran blanc

Rivairenc gris G - Aspiran gris

Roussanne B

Syrah N - Shiraz

Terret blanc B

Terret gris G

Terret noir N

Tourbat B

Vermentino B - Rolle

Viognier B

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Fl-istorja tal-vitikultura fil-Languedoc, id-dwieli minn dejjem kienu jitħawlu fuq l-inklinazzjonijiet nexfin u ġeblin.

Mill-epoka Rumana, l-imprevedibbiltajiet storiċi u l-influwenza tal-monasteri u tal-abbaziji, ir-restrizzjonijiet ekonomiċi ta’ vinji mħawla fuq l-inklinazzjonijiet, u l-iżvilupp tal-gruppi ta’ nies wasslu għad-diversità u l-iżvilupp tal-prodotti, u maż-żmien, il-produzzjoni ta’ nbejjed ħelwin, inbejjed imqawwija, inbejjed xotti, kemm ħomor kif ukoll bojod, jew il-produzzjoni tal-għeneb tal-mejda, li kollu kemm hu jeħtieġ ikun matur sew.

Għaldaqstant, tul il-ġenerazzjonijiet, fuq dawn l-inklinazzjonijiet, ġiet identifikata firxa sħiħa ta’ siti partikolari magħrufa għall-kwalità u għall-oriġinalità tal-produzzjoni tagħhom.

Minn Collioure sal-bibien ta’ Nîmes, fuq l-inklinazzjonijiet xemxin ilhom jitkabbru d-dwieli għal aktar minn 2 000 sena, u hemm ħafna xhieda tal-kwalità u tal-karattru tal-inbejjed.

Matul l-istorja tagħhom, l-inbejjed li ġejjin minn dawn l-inklinazzjonijiet gawdew reputazzjoni ta’ spiss mibnija fuq dik tal-abbaziji (Caunes-Minervois, Valmagne, Lagrasse, Fontfroide…). “Għaldaqstant Saint-Saturnin u Cabrières oriġinaw grazzi għal sieħeb ta’ Saint-Benoît-d’Aniane. Mis-seklu erbatax ’il quddiem, Montpeyroux kienet proprjetà u residenza tal-isqfijiet ta’ Montpellier li minnha kienu jipproduċu nbejjed ta’ reputazzjoni tajba. L-istess jgħodd għal Saint-Aignan (Saint-Chinian), kif kiteb Jean Clavel fil-ktieb tiegħu “Histoire et avenir des vins en Languedoc” (L-istorja u l-futur tal-inbejjed fil-Languedoc) (Edizzjoni Privat, 1985).

Fl-1788, f’rapport lir-Re, l-uffiċjal Ballainvilliers jgħid hekk: “Dawn huma kollha nbejjed b’denominazzjoni, li taħt l-isem ġeneriku ‘inbejjed ta’ Narbonne’, kienu apprezzati ferm barra mill-provinċja u mir-renju, l-aktar l-inbejjed ta’ Lapalme, Leucate, Fitou...”.

Fl-1816, f’“Topographie de tous les vignobles connus” (It-topografija tal-vinji kollha magħrufa) A. Jullien jenfasizza l-kwalita speċifika tal-inbejjed b’rabta mal-oriġini tagħhom u jsemmi l-vinji li jinsabu fit-Tramuntana tax-Xmara Têt sa Espira-de-l’Agly u Rivesaltes kif ukoll l-inbejjed ta’ “Saint-Christol”, “Saint-Georges d’Orques” jew “Saint-Drézéry”: “l-inbejjed għandhom togħma pjaċevoli u distinta, huma korpużi u spiritużi, u wara li jitqaddmu għal 5 jew 6 snin, isiru nbejjed distinti...”.

Sabiex tinkiseb din il-kwalità speċifika tal-inbejjed marbuta mal-oriġini tagħhom, iż-żona tal-irqajja’ demarkata għall-ħsad tal-għeneb tinkludi rqajja’ b’ħamrija li fiha l-għeruq jikbru kemm iridu u li kapaċi tipprovdi lill-pjanti provvista ta’ ilma moderata u regolari sabiex ikunu jifilħu għas-sjuf sħan u nexfin. F’din iż-żona hemm irqajja’ mtarrġin b’espożizzjoni tajba li jinsabu bejn xatt il-baħar u altitudni ta’ 400 metru.

Tiffavorixxi l-irqajja’ li jinsabu fuq l-inklinazzjonijiet tal-għoljiet, viċin il-baħar, jew fuq l-inklinazzjonijiet l-aktar weqfin taż-żona ta’ qabel il-muntanji, kultant imqassmin f’artijiet imtarrġa.

Is-superfiċje ta’ din iż-żona demarkata b’mod preċiż tirrappreżenta inqas minn terz tas-superfiċje totali tal-vinji tar-reġjun, u l-produzzjoni li hija assoċjata magħha tirrappreżenta inqas minn 15 % tal-volumi prodotti fir-reġjun.

Il-kundizzjonijiet klimatiċi u n-natura tal-ħamrija kkundizzjonaw l-għażla tal-varjetajiet ta’ dwieli u l-post tat-tħawwil tagħhom. Għandhom ċiklu veġetattiv pjuttost twil, biżżejjed reżistenza għan-nixfa u għas-sħana u jikbru sew f’temperaturi għoljin. Il-kontroll tal-produzzjoni, li tirriżulta f’rendimenti moderati, jiżgura maturazzjoni tajba tal-vendemmja qabel ix-xita tal-ħarifa, u l-irjieħ jgħinu biex l-għeneb jibqa’ f’saħħtu.

Il-klima Mediterranja partikolari, sħuna u niexfa, tippermetti li fl-inbejjed ħomor jiżviluppaw tannini misjurin filwaqt li l-inbejjed rożè u bojod jkollhom ir-rotondità karatteristika.

Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, ħafna mill-vinji ta’ fuq l-inklinazzjonijiet kellhom jerġgħu jitħawlu, u dan saħħaħ il-preżenza tal-varjetajiet tad-dwieli tradizzjonali. Dan it-taħwil mill-ġdid ta l-bidu għal approċċ kollettiv ibbażat fuq ir-rikostruzzjoni tal-vitikultura storika, u għaqqad il-kooperattivi tal-inbid u l-azjendi indipendenti msieħba fi trade unions.

L-introduzzjoni tal-makkinarju u l-iżvilupp tal-kultivazzjoni ta’ varjetà tad-dwieli bi friegħi twal, bħall-varjetà Syrah N, li bilfors trid tkun fuq kannizzata, wasslu għal bidla fil-prattiki tal-kultivazzjoni. L-irqajja’ tal-vinji li qabel kienu jitħawlu fi rqajja’ kwadri u mhux mirfuda fuq kannizzati ġew fil-parti l-kbira ssostitwiti bi rqajja’ ta’ art b’distanza bejn il-flanni li ma taqbiżx iż-2,50 metri, b’densità minima tat-tħawwil ta’ 4 000 pjanta għal kull ettaru. Madankollu il-metodu taż-żbir baqa’ l-istess, essenzjalment bi friegħi qosra u dejjem b’għadd limitat ta’ għejun għal kull pjanta.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (imballaġġ, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Tikkettar

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

—

L-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata Languedoc jista’ jiġi ssupplimentat bit-terminu “primeur” jew “nouveau” li jridu jiġu ppreżentati bl-indikazzjoni tal-vendemmja.

—

L-inbejjed bid-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata Languedoc, kemm jekk akkumpanjati bl-ismijiet ġeografiċi addizzjonali Cabrières, La Méjanelle, Montpeyroux, Pézenas, Quatourze, Saint-Christol, Saint-Drézéry, Saint-Georges-d’Orques, Saint-Saturnin, Sommières kif ukoll jekk mhumiex, u li huma ppreżentati bid-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata msemmija, ma jistgħux jiġu ddikjarati wara l-ħsad, offruti lill-pubbliku, dispaċċati, imqiegħda għall-bejgħ jew mibjugħin jekk id-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata msemmija hawn fuq, akkumpanjata fejn meħtieġ bl-ismijiet ġeografiċi addizzjonali, ma tkunx miktuba fid-dokumenti ta’ akkumpanjament, fid-dikjarazzjoni tal-istokk, fl-avviżi, fil-katalgi, u fuq kwalunkwe tikketta, fattura jew reċipjenti.

Żona fil-viċinanza immedjata

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Iż-żona fil-viċinanza immedjata, iddefinita b’deroga għall-vinifikazzjoni u għall-produzzjoni tal-inbejjed, tinkludi t-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-1 ta’ Jannar 2023:

—

Id-département ta’ Aude:

Alaigne, Arques, Arzens, Auriac, Belcastel-et-Buc, Berriac, La Bezole, Bourigeole, Bram, Brousses-et-Villaret, Brugairolles, Bugarach, Camps-sur-l'Agly, Carcassonne, Castans, Caudebronde, Caunette-sur-Lauquet, Caux-et-Sauzens, Citou, Clermont-sur-Lauquet, Couffoulens, Coursan, Courtauly, Cubières-sur-Cinoble, Cuxac-Cabardès, Cuxac-d'Aude, Donazac, Fajac-en-Val, Fontiers-Cabardès, Granès, Greffeil, Labastide-Esparbairenque, Lairière, Lauraguel, Lespinassière, Leuc, Malviès, Marcorignan, Mas-Cabardès, Mas-des-Cours, Massac, Miraval-Cabardès, Missègre, Montclar, Monthaut, Montjardin, Montjoi, Montréal, Moussan, Mouthoumet, Ouveillan, Palaja, Pomy, Pradelles-Cabardès, Preixan, Puilaurens, Puivert, Quillan, Raissac-d'Aude, Raissac-sur-Lampy, Rennes-le-Château, Rennes-les-Bains, Roquefère, Routier, Saint-Benoît, Saint-Denis, Saint-Ferriol, Saint-Jean-de-Paracol, Saint-Louis-et-Parahou, Saint-Marcel-sur-Aude, Saint-Martin-des-Puits, Saint-Martin-de-Villereglan, Saint-Martin-le-Vieil, Saissac, Sallèles-d'Aude, Salza, Soulatgé, Terroles, Val du Faby (għall-parti li tikkorrispondi għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Rouvenac), Valmigère, Véraza, Verzeille, Villarzel-du-Razès, Villedaigne, Villefloure, Villefort, Villesèquelande.

—

Id-département ta’ Gard:

Aigremont, Aigues-Mortes, Aigues-Vives, Aimargues, Aubais, Bernis, Boissières, Bouillargues, Bragassargues, Caissargues, La Calmette, Caveirac, Clarensac, Congénies, Cros, Dions, Domessargues, Durfort-et-Saint-Martin-de-Sossenac, Fons, Gajan, Gallargues-le-Montueux, Générac, Marguerittes, Milhaud, Monoblet, Montagnac, Mus, Parignargues, Pompignan, Poulx, Puechredon, Quissac, Rodilhan, Rogues, La Rouvière, Sainte-Anastasie, Saint-Côme-et-Maruéjols, Saint-Dionisy, Saint-Gilles, Saint-Roman-de-Codières, Saint-Théodorit, Sauve, Sumène, Uchaud, Vergèze.

Żona fil-viċinanza immedjata (tkomplija)

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

—

Id-département ta’ Hérault:

Abeilhan, Agde, Agonès, Les Aires, Aumes, Baillargues, Balaruc-le-Vieux, Bédarieux, Bélarga, Bessan, Boisset, La Boissière, Bouzigues, Brenas, Buzignargues, Campagnan, Candillargues, Capestang, Cazilhac, Cazouls-d'Hérault, Celles, Cers, Clapiers, Colombiers, Coulobres, Le Crès, Le Cros, Dio-et-Valquières, Espondeilhan, Fabrègues, Ferrals-les-Montagnes, Ferrières-les-Verreries, Frontignan, Galargues, Ganges, Gigean, Gorniès, Grabels, La Grande-Motte, Hérépian, Jacou, Lansargues, Laroque, Lattes, Lespignan, Lézignan-la-Cèbe, Lieuran-lès-Béziers, Lignan-sur-Orb, Loupian, Lunas, Maraussan, Marseillan, Marsillargues, Mas-de-Londres, Maureilhan, Mireval, Mons, Montady, Montaud, Montels, Montferrier-sur-Lez, Mudaison, Notre-Dame-de-Londres, Olargues, Pailhès, Palavas-les-Flots, Pardailhan, Pérols, Pézènes-les-Mines, Les Plans, Poilhes, Popian, Portiragnes, Le Pouget, Pouzols, Puilacher, Puimisson, Puissalicon, Rieussec, Riols, Les Rives, Romiguières, Roqueredonde, Rouet, Saint-Bauzille-de-Putois, Saint-Brès, Saint-Étienne-d'Albagnan, Saint-Étienne-de-Gourgas, Saint-Félix-de-l'Héras, Saint-Geniès-de-Fontedit, Saint-Guilhem-le-Désert, Saint-Hilaire-de-Beauvoir, Saint-Jean-de-Cornies, Saint-Jean-de-Védas, Saint-Just, Saint-Martin-de-Londres, Saint-Maurice-Navacelles, Saint-Michel, Saint-Nazaire-de-Pézan, Saint-Paul-et-Valmalle, Saint-Pierre-de-la-Fage, Saint-Pons-de-Thomières, Salasc, Saussan, Saussines, Sète, Teyran, Thézan-lès-Béziers, Tourbes, Tressan, Usclas-d'Hérault, La Vacquerie-et-Saint-Martin-de-Castries, Valergues, Valras-Plage, Valros, Vélieux, Vendargues, Vias, Vic-la-Gardiole, Villeneuve-lès-Béziers, Villetelle, Viols-en-Laval, Viols-le-Fort.

—

Id-département ta’ Pyrénées-Orientales:

L'Albère, Alénya, Arles-sur-Tech, Baillestavy, Le Barcarès, Bompas, Boule-d'Amont, Calmeilles, Campoussy, Casefabre, Eus, Fenouillet, Glorianes, Los Masos, Molitg-les-Bains, Montbolo, Mosset, Le Perthus, Prunet-et-Belpuig, Rabouillet, Saint-Laurent-de-Cerdans, Saint-Laurent-de-la-Salanque, Sainte-Marie-la-Mer, Saint-Marsal, Taurinya, Théza, Torreilles, Valmanya, Villelongue-de-la-Salanque, Vira.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-0b8f0e08-a73c-40ac-9b15-30d4cd5191b3


(1)   ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1261/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)