<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-463/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CC0463</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:868">EU:C:2021:868</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Kokott – Kawża C‑463/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Namur-Est Environnement</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-avukata ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Kokott</HT></P><P>ippreżentati fil‑<DATE ISO="20211021">21 ta’ Ottubru 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI><STI><P>Kawża C‑463/20</P><P>Namur-Est Environnement ASBL</P><P>vs</P><P>Région wallonne,</P><P>Partijiet:</P><P>Cimenteries CBR SA</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat, il-Belġju))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Talba għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Ambjent</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2011/92/UE</KEYWORD><KEYWORD>Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent</KEYWORD><KEYWORD>Proġett għall-operat ta’ barriera</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ parteċipazzjoni pubblika qabel l-awtorizzazzjoni tal-proġett</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ awtorizzazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 92/43/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2009/147/KE</KEYWORD><KEYWORD>Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tal-ispeċi ta’ annimali, għasafar u pjanti</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni dwar deroga</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Skont id-Direttiva EEA<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20111213">13 ta’ Diċembru 2011</DATE> dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="026" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 26, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="174" PAGE.FIRST="44" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 174, p. 44</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttiva EEA<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</P></NOTE>, ċerti proġetti jeħtieġ li jkunu s-suġġett ta’ awtorizzazzjoni kif ukoll ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent minn qabel, jiġifieri ta’ opinjoni dwar l-effetti sinjifikattivi li jista’ jkollhom fuq l-ambjent, u ta’ parteċipazzjoni pubblika. Meta l-proġett ikun jista’ jippreġudika speċi strettament protetti mid-Direttiva dwar il-habitat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Direttiva 92/43/KEE tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="19920521">21 ta’ Mejju 1992</DATE> dwar il-konservazzjoni ta’ l-<HT TYPE="ITALIC">habitat</HT> naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102), kif emendata bid-Direttiva 2013/17/UE tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20130513">13 ta’ Mejju 2013</DATE> li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-ambjent, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="158" PAGE.FIRST="193" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 158, p. 193</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Direttiva dwar il-habitat<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</P></NOTE> jew mid-Direttiva dwar l-għasafar<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20091130">30 ta’ Novembru 2009</DATE> dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="020" PAGE.FIRST="7" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 20, p. 7</REF.DOC.OJ>), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2013/17 (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Direttiva dwar l-għasafar<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</P></NOTE>, dawn l-effetti għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Din il-proċedura tqajjem, wara l-ftuħ mill-ġdid ta’ barriera fir-Reġjun ta’ Wallonie (il-Belġju), il-kwistjoni dwar jekk l-awtoritajiet kompetenti jistgħux madankollu jawtorizzaw derogi mill-protezzjoni tal-ispeċi strettament protetti qabel l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent. La d-Direttiva dwar il-habitat, la d-Direttiva dwar l-għasafar u lanqas id-dritt applikabbli Belġjan u tal-Reġjun ta’ Wallonie ma jipprevedu, fir-rigward tad-deċiżjonijiet dwar derogi mill-protezzjoni<?PAGE NO="2"?> tal-ispeċi, evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent jew parteċipazzjoni pubblika. Madankollu, skont il-qorti tar-rinviju, l-awtorizzazzjoni inkwistjoni fil-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-ispeċi hija kundizzjoni prattikament neċessarja għat-twettiq ta’ proġett fis-sens tad-Direttiva EEA, b’tali mod li din id-direttiva tista’ tipprekludi tali deċiżjoni bil-quddiem.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva EEA</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-premessa 2 tad-Direttiva EEA tippreċiża l-għan tal-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>[…] Effetti fuq l-ambjent għandhom jitqiesu kemm jista’ jkun kmieni fil-proċessi tal-ippjanar tekniku u tat-teħid ta’ deċiżjonijiet.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(2)(c) tad-Direttiva EEA jiddefinixxi l-kunċett ta’ awtorizzazzjoni bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>id-deċiżjoni tal-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti li tagħti d-dritt lill-iżviluppatur biex jipproċedi bil-proġett<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) sa (3) tad-Direttiva EEA jirregola l-istatus tal-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent fil-kuntest tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li, qabel ma jingħata l-kunsens, il-proġetti li x’aktarx ikun sejjer ikollhom impatt sinifikanti fuq l-ambjent bis-saħħa, fost ħwejjeġ oħra, tan-natura, id-daqs u l-lokalizzazzjoni tagħhom ikunu soġġetti għar-rekwiżit li jkun hemm kunsens għall-iżvilupp u stima rigward l-effetti tagħhom. Dawk il-proġetti huma ddefiniti fl-Artikolu 4.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>L-istima tal-impatt fuq l-ambjent tista’ tkun integrata fil-proċeduri eżistenti għal kunsens għal proġetti fl-Istati Membri, jew, fin-nuqqas ta’ dan, fi proċeduri oħra jew fi proċeduri li għandhom ikunu stabbiliti biex ikun hemm konformità mal-għanijiet ta’ din id-Direttiva.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jipprovdu proċedura waħdieni sabiex iwettqu r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u r-rekwiżiti tad-[Direttiva dwar it-tniġġis<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20080115">15 ta’ Jannar 2008</DATE> dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="024" PAGE.FIRST="8" DATE.PUB="2008">ĠU 2008 L 24, p. 8</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Direttiva dwar it-tniġġis<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>).</P></NOTE>].<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent hija deskritta f’iktar dettall fl-Artikolu 3 tad-Direttiva EEA:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>L-istima dwar l-impatt fuq l-ambjent għandha tidentifika, tiddeskrivi u tistma b’manjiera xierqa, fid-dawl ta’ kull każ individwali u b’mod konformi mal-Artikoli 4 sa 12, l-effetti diretti u indiretti ta’ proġett fuq il-fatturi li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-bniedem, il-fawna u l-flora;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-ħamrija, l-ilma, l-arja, il-klima u l-pajsaġġ;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>il-beni materjali u l-wirt kulturali;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>l-interazzjoni bejn il-fatturi msemmija fil punti (a), (b) u (c).<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4(1) u l-punt 19 tal-Anness I tad-Direttiva EEA, il-barrieri li jinsabu fuq art ta’ iktar minn 25 ettaru dejjem jiġu kkunsidrati bħala proġetti li jista’ jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent. Għaldaqstant, l-effetti tagħhom fuq l-ambjent għandhom jiġu eżaminati b’mod obbligatorju skont din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) u l-punt 3 tal-Anness IV tad-Direttiva EEA jipprevedu li l-iżviluppatur għandu jipprovdi, f’forma xierqa, deskrizzjoni tal-ambjent li jista’ jiġi affettwat b’mod sinjifikattiv mill-proġett propost, inkluż, b’mod partikolari, il-fawna u l-flora.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tad-Direttiva EEA jinkludi d-dispożizzjonijiet fundamentali dwar il-parteċipazzjoni pubblika:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-awtoritajiet li x’aktarx ikunu kkonċernati mill-proġett minħabba r-responsabbilitajiet ambjentali speċifiċi tagħhom jingħataw l-opportunità li jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar it-tagħrif fornit mill-iżviluppatur u fuq it-talba għall-kunsens għall-iżvilupp. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-pubbliku għandu jiġi mgħarraf […] dwar il-materji li ġejjin kmieni […], l-iktar tard, hekk kif it-tagħrif ikun jista’ jiġi pprovdut b’mod raġonevoli:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>it-talba għall-kunsens għall-iżvilupp;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-fatt li l-proġett huwa soġġett għal proċedura ta’ stima dwar l-impatt fuq l-ambjent u, meta rilevanti, il-fatt li japplika l-Artikolu 7;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>id-dettalji tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli mit-teħid tad-deċiżjoni, dawk li mingħandhom jista’ jinkiseb tagħrif rilevanti, dawk li lilhom jistgħu jiġu sottomessi kummenti jew mistoqsijiet, u d-dettalji dwar l-iskeda taż-żmien għat-trażmissjoni tal-kummenti jew il-mistoqsijiet;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>in-natura tad-deċiżjonijiet possibbli jew, meta jkun hemm wieħed, l-abbozz tad-deċiżjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>indikazzjoni tad-disponibbiltà tat-tagħrif miġbur skont l-Artikolu 5;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>indikazzjoni dwar iż-żminijiet jew il-postijiet li fihom u l-mezzi li permezz tagħhom it-tagħrif irid jiġi magħmul disponibbli;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(g)</NO.P><TXT>id-dettalji tal-arranġamenti għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku magħmula skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f’termini ta’ żmien raġonevoli, dan li ġej jitpoġġa għad-disponibilità tal-pubbliku kkonċernat:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>kull tagħrif miġbur skont l-Artikolu 5;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, ir-rapporti u l-pariri prinċipali mogħtija lill-awtorità jew lill-awtoritajiet kompetenti fiż-żmien meta jiġi mgħarraf il-pubbliku kkonċernat skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>skont id-dispożizzjonijiet tad-[Direttiva dwar it-tagħrif ambjentali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20030128">28 ta’ Jannar 2003</DATE> dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 375).</P></NOTE>], it-tagħrif għajr dak imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu li jkun rilevanti għad-deċiżjoni skont l-Artikolu 8 ta’ din id-Direttiva u li jsir disponibbli biss wara ż-żmien meta l-pubbliku kkonċernat ikun ġie mgħarraf skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Il-pubbliku kkonċernat għandu jingħata opportunitajiet minn kmieni u effettivi sabiex jipparteċipa fil-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent imsemmija fl-Artikolu 2(2) u għandu, għal dan il-għan, ikun intitolat li jesprimi kummenti u opinjonijiet meta l-għażliet kollha jkunu miftuħa lill-awtorità jew lill-awtoritajiet kompetenti qabel tittieħed id-deċiżjoni dwar it-talba għall-kunsens għall-iżvilupp.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-importanza tal-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni hija stabbilita fl-Artikolu 8 tad-Direttiva EEA:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Għandhom jitqiesu r-riżultati tal-konsultazzjonijiet u tat-tagħrif miġbura skont l-Artikoli 5, 6 u 7 fil-proċedura tal-kunsens għall-iżvilupp.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tad-Direttiva EEA jinkludi regoli dwar rikorsi kontra deċiżjonijiet suġġetti għall-parteċipazzjoni pubblika skont id-Direttiva EEA:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, skont is-sistema legali nazzjonali rilevanti, il-membri tal-pubbliku kkonċernat:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>li jkollhom interess suffiċjenti, jew alternattivament</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>li jsostnu l-ksur ta’ dritt, meta l-liġi amministrattiva proċedurali ta’ Stat Membru teħtieġ dan bħala pre-kondizzjoni,</TXT></NP></ITEM></LIST><P>ikollhom aċċess għal proċedura ta’ stħarriġ quddiem qorti tal-ġustizzja jew korp ieħor indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi sabiex jikkontestaw il-legalità sostantiva jew proċedurali tad-deċiżjonijiet, l-atti jew l-omissjonijiet soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku.</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu f’liema stadju jistgħu jiġu kkontestati d-deċiżjonijiet, l-atti jew l-omissjonijiet.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Dak li jikkostitwixxi interess suffiċjenti u l-ksur ta’ dritt għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri, b’mod konsistenti mal-objettiv li jingħata aċċess wiesa’ għall-ġustizzja lill-pubbliku kkonċernat. […]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2014/52/UE</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hija ta’ interess ir-riformulazzjoni tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva EEA li ġiet introdotta permezz tad-Direttiva 2014/52<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20140416">16 ta’ April 2014</DATE> li temenda d-Direttiva EEA (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="124" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 124, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, li għadha ma hijiex applikabbli għal din il-proċedura:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.003"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ ta’ proġetti li għalihom l-obbligu li jitwettqu valutazzjonijiet tal-effetti fuq l-ambjent jirriżulta simultanjament minn din id-Direttiva u mid-[Direttiva dwar il-habitat] u/jew id-[Direttiva dwar l-għasafar], l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn ikun xieraq, ikunu provduti proċeduri koordinati u/jew konġunti li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dik il-leġislazzjoni tal-Unjoni.</ALINEA><ALINEA>Fil-każ ta’ proġetti li għalihom l-obbligu li jitwettqu valutazzjonijiet tal-effetti fuq l-ambjent jirriżulta simultanjament kemm minn din id-Direttiva kif ukoll minn leġislazzjoni tal-Unjoni li mhijiex id-Direttivi msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jipprovvdu għal proċeduri koordinati u/jew konġunti.</ALINEA><ALINEA>Taħt il-proċedura koordinata msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-Istati Membri għandhom jipprovaw jikkoordinaw id-diversi valutazzjonijiet individwali tal-impatt ta’ proġett partikolari fuq l-ambjent, li jkunu meħtieġa mil-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni, billi jaħtru awtorità għal dan l-iskop, mingħajr ħsara għal kwalunkwe dispożizzjoni kuntrarja li tinsab f’leġislazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni.</ALINEA><ALINEA>Taħt il-proċedura konġunta msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-Istati Membri għandhom jipprovaw jipprovdu valutazzjoni waħda tal-impatti fuq l-ambjent ta’ proġett partikolari, meħtieġa mil-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni, mingħajr ħsara għal kwalunkwe dispożizzjoni kuntrarja li tinsab f’leġislazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni.</ALINEA><ALINEA>Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida fil-qasam tat-twaqqif ta’ proċeduri koordinati jew konġunti għall-proġetti li huma simultanjament suġġetti għal valutazzjonijiet kemm taħt din id-Direttiva kif ukoll taħt id-[Direttiva dwar il-habitat, id-Direttiva dwar l-ilma<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20001023">23 ta’ Ottubru 2000</DATE> li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="260" PAGE.FIRST="70" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 260, p. 70</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Direttiva dwar l-ilma<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>).</P></NOTE>, id-Direttiva dwar l-għasafar u d-Direttiva dwar l-emissjonijiet industrijali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20101124">24 ta’ Novembru 2010</DATE> dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="334" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2010">ĠU 2010 L 334, p. 17</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="058" PAGE.FIRST="25" DATE.PUB="2012">ĠU 2012 L 58, p. 25</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>].<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-protezzjoni tal-ispeċi</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-Artikoli 12 u 13 kif ukoll l-Anness IV tad-Direttiva dwar il-habitat jeħtieġu l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ protezzjoni stretta ta’ ċerti speċi ta’ annimali u pjanti li tipprojbixxi diversi forom ta’ ħsara lil dawn l-ispeċi. L-Artikolu 16 jawtorizza, taħt ċerti kundizzjonijiet, deroga minn dawn ir-regoli protettivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-Artikoli 5 u 9 tad-Direttiva dwar l-għasafar jipprovdu regoli simili għall-ispeċi kollha ta’ għasafar Ewropej.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti u t-talba għal deċiżjoni preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20081104">4 ta’ Novembru 2008</DATE>, il-kumpannija pubblika ta’ responsabbiltà limitata Sagrex ressqet talba għall-awtorizzazzjoni ġenerali tal-operazzjoni mill-ġdid tal-barriera ta’ Bossimé sabiex tinħoloq mina bejn il-barrieri ta’ Bossue u Lives-sur-Meuse kif ukoll għall-installazzjoni ta’ ċinga trasportatriċi fil-barriera ta’ Lives-sur-Meuse u għall-ħolqien ta’ rampa għat-tagħbija ta’ barkuni fix-xmara Maas fir-Reġjun ta’ Wallonie. Il-proġett ikopri art ta’ iktar minn 50 ettaru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20100512">12 ta’ Mejju 2010</DATE>, id-Département de la nature et des forêts (id-Dipartiment tan-Natura u tal-Foresti) tar-Reġjun ta’ Wallonie ħareġ opinjoni sfavorevoli minħabba li dan il-proġett ma kienx jieħu inkunsiderazzjoni l-obbligi tal-protezzjoni tal-ispeċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20160415">15 ta’ April 2016</DATE>, Sagrex ippreżentat talba għal deroga mill-miżuri għall-protezzjoni tal-ispeċi, li magħha hija hemżet studju intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Il-Qerda tal-Habitat u r-Rilokazzjoni ta’ Speċi ta’ Pjanti għall-Operat tal-Barriera ta’ Bossimé<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>. Fis‑<DATE ISO="20160627">27 ta’ Ġunju 2016</DATE>, l-ispettur ġenerali tad-Dipartiment tan-Natura u tal-Foresti ta d-deroga mitluba u, konsegwentement, awtorizza lil Sagrex sabiex tippreġudika diversi speċi tal-annimali u tal-pjanti kif ukoll il-habitats tagħhom, bil-kundizzjoni li timplimenta ċerti miżuri ta’ konteniment. Dan huwa l-att ikkontestat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20160930">30 ta’ Settembru 2016</DATE>, Sagrex ippreżentat pjanijiet ta’ emenda u addendum addizzjonali għall-istudju tal-kompatibbiltà fil-kuntest tat-talba għal awtorizzazzjoni ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Mill‑21 ta’ Novembru sal‑<DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE> saret konsultazzjoni pubblika fuq il-proġett emendat, li matulha tqajmu diversi lmenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE>, id-Dipartiment tan-Natura u tal-Foresti ta opinjoni favorevoli, suġġetta għal numru ta’ kundizzjonijiet, dwar it-talba għal awtorizzazzjoni ġenerali. Din l-opinjoni hija bbażata, b’mod partikolari, fuq:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Ir-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fid-dokumenti tat-talba, l-obbligi li jirriżultaw mill-għoti ta’ deroga tas‑<DATE ISO="20160627">27 ta’ Ġunju 2016</DATE> u l-kundizzjonijiet stipulati hawn taħt jistgħu jnaqqsu l-effetti sinjifikattivi ta’ dan il-proġett fil-qasam tal-konservazzjoni tan-natura f’livell aċċettabbli, b’mod partikolari fid-dawl tal-miżuri kumpensatorji; […]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20170925">25 ta’ Settembru 2017</DATE>, il-ministru responsabbli għar-Reġjun ta’ Wallonie madankollu rrifjuta l-awtorizzazzjoni ġenerali. Il-kumpannija omm ta’ Sagrex, Cimenteries CBR SA, ippreżentat rikors għal annullament kontra din id-deċiżjoni, li madankollu ġie miċħud b’sentenza tal‑<DATE ISO="20200514">14 ta’ Mejju 2020</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Madankollu, permezz ta’ rikors tat‑<DATE ISO="20170118">18 ta’ Jannar 2017</DATE>, l-assoċjazzjoni bla skop ta’ lukru Namur-Est Environnement kienet diġà talbet lill-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat, il-Belġju) jannulla d-deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20160627">27 ta’ Ġunju 2016</DATE> dwar l-għoti ta’ derogi mill-miżuri ta’ protezzjoni tal-ispeċi ta’ annimali u ta’ pjanti ddefiniti mil-Liġi dwar il-Konservazzjoni tan-Natura. Cimenteries CBR interveniet f’din il-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Fit-talba għal deċiżjoni preliminari, il-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat) jesponi li d-deċiżjoni ta’ deroga għandha biss l-għan li tawtorizza d-disturb tal-annimali u d-deterjorament tal-habitats ta’ dawn l-ispeċi. Min-naħa l-oħra, l-awtorizzazzjoni ġenerali li, wara konsultazzjoni pubblika, tista’ tiġi rrifjutata jew suġġetta għal kundizzjonijiet iktar stretti minn dawk previsti fl-att ikkontestat tikkostitwixxi d-deċiżjoni ewlenija li permezz tagħha l-iżviluppatur jikseb id-dritt li<?PAGE NO="7"?> jwettaq il-proġett tiegħu. L-awtorità responsabbli għall-awtorizzazzjoni ġenerali jeħtieġ li teżamina l-aspetti kollha tal-proġett dwar l-operat tal-barriera relatati mal-iżvilupp urban u mal-ambjent. Għal dan il-għan, hija tista’ tevalwa b’mod iktar strett l-effetti ta’ dan l-operat fid-dawl tal-parametri stabbiliti mill-awtur tal-att ikkontestat. B’hekk, l-awtorità f’dan il-każ rrifjutat l-għoti tal-awtorizzazzjoni ġenerali għall-operat tal-barriera.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Huwa għalhekk li l-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat) jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>(1)</NO.P><TXT>Deċiżjoni <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>li tawtorizza d-disturb tal-annimali u d-deterjorazzjoni taż-żoni ta’ habitat ta’ dawn l-ispeċi għall-operat ta’ barriera<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="2019" ID="QE0017"/> u d-deċiżjoni li tawtorizza jew li tirrifjuta dan l-operat (permess uniku) jaqgħu taħt l-istess kunsens għall-iżvilupp (fis-sens tal-Artikolu 1(2)(c) tad-[Direttiva 2011/92] relatat mal-istess proġett (fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) tal-istess direttiva) fil-każ li, minn naħa, dan l-operat ma jistax isir mingħajr l-ewwel awtorizzazzjoni u fejn, min-naħa l-oħra, l-awtorità inkarigata mill-ħruġ ta’ permessi uniċi żżomm il-possibbiltà ta’ stima iktar stretta tal-effetti ambjentali ta’ dan l-operat fir-rigward tal-parametri ddeterminati mill-awtur tal-ewwel deċiżjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, ir-rekwiżiti previsti minn din id-direttiva, b’mod partikolari l-Artikoli 2, 5, 6, 7 u 8, huma osservati b’mod suffiċjenti meta sseħħ il-fażi tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>li tawtorizza d-disturb tal-annimali u d-deterjorazzjoni taż-żoni ta’ habitat ta’ dawn l-ispeċi għall-operat ta’ barriera<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/> iżda qabel dik tad-deċiżjoni ewlenija li tagħti d-dritt ta’ operat tal-barriera lill-iżviluppatur?<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Ġew ippreżentati osservazzjonijiet bil-miktub minn Namur-Est Environnement, minn Cimenteries CBR, mir-Renju tal-Belġju, mir-Repubblika Ċeka u mill-Kummissjoni Ewropea. Bl-eċċezzjoni tar-Repubblika Ċeka, huma pparteċipaw ukoll fis-seduta tad‑<DATE ISO="20210909">9 ta’ Settembru 2021</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Evalwazzjoni ġuridika</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari hija intiża sabiex tikkjarifika r-rabta bejn żewġ awtorizzazzjonijiet fir-rigward tal-istess proġett. Dawn huma, minn naħa, l-awtorizzazzjoni inizjali mogħtija għal deroga mis-sistema ta’ protezzjoni ta’ ċerti speċi ta’ annimali u ta’ pjanti waqt l-implimentazzjoni tal-proġett (awtorizzazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-ispeċi) u, min-naħa l-oħra, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>awtorizzazzjoni ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> tal-proġett fl-intier tiegħu, li kienet is-suġġett ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent wara l-awtorizzazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-ispeċi, iżda li finalment ġiet irrifjutata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Il-punt tat-tluq tat-talba għal deċiżjoni preliminari huwa, f’dan ir-rigward, il-preżentata ta’ rikors kontra l-awtorizzazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-ispeċi. Ir-rikorrenti, Namur-Est Environnement, li hija organizzazzjoni mhux governattiva, issostni li d-Direttiva EEA tipprekludi awtorizzazzjoni minn qabel, indipendenti mill-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent, ta’ derogi mis-sistema fil-qasam tal-protezzjoni tal-ispeċi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>L-ewwel domanda tirrigwarda l-kwistjoni ta’ jekk iż-żewġ awtorizzazzjonijiet jifformawx flimkien awtorizzazzjoni waħda fis-sens tad-Direttiva EEA. Jekk dan huwa l-każ, għandu jiġi eżaminat, fil-kuntest tat-tieni domanda, jekk huwiex kompatibbli mad-Direttiva li tingħata l-awtorizzazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-ispeċi qabel ma titwettaq l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva EEA, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex, qabel l-għoti tal-awtorizzazzjoni, il-proġetti li jista’ jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent, b’mod partikolari minħabba n-natura, id-daqs jew il-lokalizzazzjoni tagħhom, ikunu suġġetti għal rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni u għal evalwazzjoni fir-rigward tal-effetti tagħhom. L-awtorizzazzjoni hija ddefinita fl-Artikolu 1(2)(c) bħala d-deċiżjoni li tagħti lill-iżviluppatur id-dritt li jimplimenta l-proġett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Għalhekk, l-ewwel, l-imsemmija proġetti għandhom ikunu suġġetti għal rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni u, it-tieni, l-effetti tal-proġetti fuq l-ambjent jeħtieġ li jiġu eżaminati qabel tali awtorizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Issa, ma huwiex ikkontestat li l-proġett ta’ barriera inkwistjoni huwa suġġett għal dawn ir-rekwiżiti. Skont l-Artikolu 4(1) u l-punt 19 tal-Anness I tad-Direttiva EEA, il-barrieri li jinsabu fuq art ta’ iktar minn 25 ettaru dejjem jiġu kkunsidrati bħala proġetti li jista’ jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent. Dan il-proġett jinkludi art ta’ iktar minn 50 ettaru, b’tali mod li hija meħtieġa evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi ddeterminat jekk l-awtorizzazzjoni tal-proġett jeħtieġx li tinkludi l-awtorizzazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-ispeċi u, fl-affermattiv, jekk huwiex permess li tinħariġlu diġà l-awtorizzazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-ispeċi qabel ma tkun saret l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà tal-ewwel domanda</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Belġju jsostni li l-ewwel domanda hija inammissibbli sa fejn hija bbażata fuq il-premessa żbaljata li l-awtorizzazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-ispeċi hija kundizzjoni meħtieġa għall-għoti tal-awtorizzazzjoni ġenerali. Jekk tintlaqa’ din l-oġġezzjoni, lanqas ma jkun hemm lok li tingħata risposta għat-tieni domanda peress li din saret biss fil-każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tirrifjuta li tiddeċiedi fuq talbiet għal deċiżjoni preliminari meta jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni mitluba ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni ma għandha ebda rabta mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181210">10 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Wightman <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑621/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:999">EU:C:2018:999</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201014">14 ta’ Ottubru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Sappi Austria Produktion u Wasserverband</NAME.CASE> <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Region Gratkorn-Gratwein<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> (<NO.CASE>C‑629/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:824">EU:C:2020:824</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, kif jallega r-Renju tal-Belġju fir-rigward tal-ewwel domanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Madankollu, fil-kuntest tal-proċedura prevista fl-Artikolu 267 TFUE, ibbażata fuq separazzjoni ċara tal-funzjonijiet bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja, hija biss il-qorti nazzjonali li għandha ġurisdizzjoni sabiex tikkonstata u tevalwa l-fatti tal-kawża prinċipali kif ukoll sabiex tinterpreta u tapplika d-dritt nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110526">26 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Stichting Natuur en Milieu <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑165/09 sa C‑167/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:348">EU:C:2011:348</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210203">3 ta’ Frar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Fussl Modestraße Mayr</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑555/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:89">EU:C:2021:89</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għaldaqstant, ma hijiex il-Qorti<?PAGE NO="9"?> tal-Ġustizzja li għandha tevalwa l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali nazzjonali jew li tiddeċiedi jekk l-interpretazzjoni li l-qorti nazzjonali tagħti tagħhom hijiex korretta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070118">18 ta’ Jannar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Auroux <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑220/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:31">EU:C:2007:31</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101007">7 ta’ Ottubru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Santos Palhota <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑515/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:589">EU:C:2010:589</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130926">26 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Texdata Software</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑418/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:588">EU:C:2013:588</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-kuntest fattwali u leġiżlattiv tad-domandi mressqa għal deċiżjoni preliminari, kif iddefinit mill-qorti tar-rinviju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20011025">25 ta’ Ottubru 2001</DATE>, <NAME.CASE>Ambulanz Glöckner</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑475/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:577">EU:C:2001:577</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130926">26 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Texdata Software</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑418/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:588">EU:C:2013:588</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210415">15 ta’ April 2021</DATE>, <NAME.CASE>État belge (Elementi sussegwenti għad-deċiżjoni ta’ trasferiment)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑194/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:270">EU:C:2021:270</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Għalkemm ir-rabta bejn l-awtorizzazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-ispeċi u l-awtorizzazzjoni ġenerali jeħtieġ li tiġi analizzata iktar ’il quddiem fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni, din hija, fil-punt ta’ tluq, kwistjoni tad-dritt intern. Għaldaqstant, f’dan ir-rigward, għandha tittieħed bħala bażi l-pożizzjoni tal-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat) li tirriżulta mit-talba għal deċiżjoni preliminari u li tikkostitwixxi l-premessa tad-domanda magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-kontenut tal-argument tar-Renju tal-Belġju lanqas ma huwa konvinċenti peress li l-awtorizzazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-ispeċi ntalbet espressament f’dak li jikkonċerna l-implimentazzjoni tal-proġett ta’ barriera. B’hekk, skont l-osservazzjonijiet magħmula fis-seduta, il-ħsara lil speċi protetti hija ammissibbli biss fil-kuntest tal-proġett, li jippreżupponi, minn tal-inqas fil-prattika, l-awtorizzazzjoni tal-proġett kollu kemm hu. Tali rabta mal-proġett tidher neċessarja wkoll fir-rigward tad-dritt tal-Unjoni, peress li huma biss l-għanijiet tal-miżura inkwistjoni, f’dan il-każ tal-proġett, li jistgħu jiġġustifikaw, skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva dwar il-habitat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191010">10 ta’ Ottubru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Luonnonsuojeluyhdistys Tapiola</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑674/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:851">EU:C:2019:851</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.).</P></NOTE> u l-Artikolu 9 tad-Direttiva dwar l-għasafar<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210317">17 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>One Voice u Ligue pour la protection des oiseaux</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑900/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:211">EU:C:2021:211</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. u 61).</P></NOTE>, deroga mill-obbligi tal-protezzjoni tal-ispeċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-oġġezzjonijiet tar-Renju tal-Belġju dwar l-ammissibbiltà tal-ewwel domanda u, għalhekk, tat-talba għal deċiżjoni preliminari kollha kemm hi, ma jistgħux jintlaqgħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-risposta għat-talba għal deċiżjoni preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Madankollu, jidhirli li għandha tingħata risposta <HT TYPE="ITALIC">konġunta</HT> għaż-żewġ domandi magħmula mill-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat). Fl-aħħar mill-aħħar, il-kwistjoni ma tistax tkun jekk iż-żewġ awtorizzazzjonijiet jifformawx formalment u b’mod konġunt l-awtorizzazzjoni prevista mid-Direttiva EEA, iżda biss jekk din id-direttiva tippermettix li tittieħed deċiżjoni dwar ċerti effetti fuq l-ambjent ta’ proġett qabel it-twettiq tal-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Madankollu, ir-regoli tad-Direttiva EEA u l-ġurisprudenza rilevanti dwar l-integrazzjoni tad-deċiżjonijiet dwar ċerti aspetti tad-dritt tal-ambjent ta’ proġett fl-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent jidhru li jagħtu indikazzjonijiet kontradittorji sabiex tkun tista’ tingħata risposta għal din id-domanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Il-punt tat-tluq huwa l-għan ta’ evalwazzjoni eżawrjenti tal-effetti kollha fuq l-ambjent fl-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent (ara l-parti 1).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Madankollu, id-Direttiva EEA tinkludi regoli dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni li jippermettu li jiġi konkluż li ma huwiex neċessarju li tingħata deċiżjoni dwar l-effetti kollha ta’ proġett fuq l-ambjent fil-kuntest ta’ proċedura unika (ara l-parti 2). Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet il-possibbiltà ta’ proċeduri ta’ awtorizzazzjoni f’diversi stadji li jeħtieġu evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent f’ċerti stadji biss (ara l-parti 3). Minn dan jista’ jirriżulta li l-awtorizzazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-ispeċi tista’ tingħata indipendentement minn u qabel l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Madankollu, deċiżjonijiet finali dwar ċerti effetti fuq l-ambjent qabel l-implimentazzjoni tal-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent imorru definittivament kontra prinċipji fundamentali tal-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent. Fil-fatt, l-ewwel, il-parteċipazzjoni pubblika għandha sseħħ fi stadju bikri meta l-għażliet kollha jkunu għadhom possibbli, it-tieni, is-sejbiet tal-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fir-rigward tad-deċiżjoni dwar il-proġett u, it-tielet, din id-deċiżjoni għandha tkun is-suġġett ta’ rimedju ġudizzjarju eżawrjenti (ara l-parti 4).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-protezzjoni tal-ispeċi fl-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>L-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent għandha tinkludi l-effetti sinjifikattivi kollha fuq l-ambjent, inkluż, fejn xieraq, effetti sinjifikattivi fuq speċi protetti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111124">24 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Spanja (Alto Sil)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑404/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:768">EU:C:2011:768</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0086">86</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181107">7 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Holohan <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑461/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:883">EU:C:2018:883</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>l-konklużjonijiet tiegħi f’din l-aħħar kawża</NAME.CASE> (<NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:649">EU:C:2018:649</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0084">84</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0087">87</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Hija tidentifika, tiddeskrivi u tevalwa b’mod xieraq, skont kull każ partikolari, l-effetti diretti u indiretti ta’ proġett b’mod partikolari fuq il-fawna u l-flora, skont l-Artikolu 3(a) tad-Direttiva EEA. Skont l-Artikolu 5(1) u l-punt 3 tal-Anness IV, tali effetti għandhom għalhekk jiġu deskritti mill-iżviluppatur. Ma hija prevista l-ebda deroga għal ċerti effetti fuq l-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Fil-prattika, il-konsegwenzi li jistgħu jkunu rilevanti u li għandhom, għaldaqstant, ikunu s-suġġett tal-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent, ma jistgħux jiġu ddelimitati faċilment. Madankollu, l-informazzjoni li hija neċessarja sabiex tiġi evalwata l-kompatibbiltà tal-proġett mad-dritt tal-ambjent fis-seħħ jeħtieġ tal-inqas li tkun suġġetta għall-evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>F’dan is-sens, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta jeħtieġ li tinkludi d-dettalji neċessarji sabiex jiġu evalwati l-effetti ta’ proġett fuq l-istat tal-korpi tal-ilma kkonċernati fid-dawl tal-kriterji u tal-obbligi previsti b’mod partikolari fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva dwar l-ilma<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8.</P></NOTE>, l-hekk imsejħa projbizzjoni ta’ deterjorazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200528">28 ta’ Mejju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Land Nordrhein-Westfalen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑535/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:391">EU:C:2020:391</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Kif tindika Cimenteries, konsegwentement, għandhom jiġu deskritti wkoll derogi mir-regoli tad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-ispeċi, jiġifieri dawk previsti fl-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva dwar il-habitat kif ukoll fl-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar l-għasafar. Fil-fatt, tali derogi mir-rekwiżiti tad-dritt tal-ambjent tal-Unjoni huma min-natura tagħhom rilevanti, irrispettivament minn jekk humiex iġġustifikati jew le skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva dwar il-habitat jew skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva dwar l-għasafar. Madankollu, anki derogi minn leġiżlazzjonijiet purament nazzjonali relatati mal-protezzjoni tal-ispeċi jistgħu jkunu rilevanti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Din l-informazzjoni jeħtieġ li titqiegħed, konformement mal-Artikolu 6(3)(a) tad-Direttiva EEA, għad-dispożizzjoni tal-pubbliku<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200528">28 ta’ Mejju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Land Nordrhein-Westfalen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑535/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:391">EU:C:2020:391</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0083">83</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u għalhekk hija s-suġġett ta’ parteċipazzjoni pubblika. Barra minn hekk, skont l-imsemmi Artikolu 6(1), l-awtoritajiet responsabbli għall-protezzjoni tal-ispeċi għandhom jipparteċipaw ukoll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-Istati Membri ma jistgħux jeskludu ċerti effetti fuq l-ambjent u, b’mod partikolari, l-effetti negattivi fuq l-ispeċi protetti mid-dritt tal-Unjoni mill-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Koordinazzjoni ta’ proċeduri differenti</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-evalwazzjoni eżawrjenti tal-effetti fuq l-ambjent, id-definizzjoni tal-awtorizzazzjoni li tinsab fl-Artikolu 1(2)(c) tad-Direttiva EEA tissuġġerixxi mal-ewwel daqqa ta’ għajn li din l-awtorizzazzjoni jeħtieġ li tinkludi l-effetti kollha tal-proġett fuq l-ambjent ukoll. Fil-fatt, din l-awtorizzazzjoni hija deċiżjoni waħda tal-awtorità kompetenti jew tal-awtoritajiet kompetenti li tagħti d-dritt lill-iżviluppatur li jimplimenta l-proġett. Dan jista’ jfisser li l-awtoritajiet kompetenti għal tipi differenti ta’ effetti fuq l-ambjent mhux biss għandhom jipparteċipaw fl-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent, skont l-Artikolu 6(1), iżda wkoll li l-awtorizzazzjoni jeħtieġ li tirregola dawn l-effetti b’mod eżawrjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Madankollu, jirriżulta b’mod partikolari mill-Artikolu 2(3) tad-Direttiva EEA li l-proċedura tal-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent u l-awtorizzazzjoni mogħtija wara din l-evalwazzjoni ma jeħtiġux li jinġabru flimkien l-awtorizzazzjonijiet kollha relatati mal-proġett u lanqas l-awtorizzazzjonijiet ambjentali kollha. Għall-kuntrarju, din id-dispożizzjoni <HT TYPE="ITALIC">tippermetti</HT> lill-Istati Membri jipprevedu proċedura unika sabiex jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti tad-Direttiva EEA u tad-Direttiva dwar it-tniġġis<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 5.</P></NOTE> (illum id-Direttiva 2010/75 dwar l-emissjonijiet industrijali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 9.</P></NOTE>). Għall-kuntrarju, huwa wkoll possibbli li jiġu applikati proċeduri <HT TYPE="ITALIC">differenti</HT> għall-implimentazzjoni taż-żewġ direttivi u li jinħarġu awtorizzazzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">distinti</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Dan huwa kkonfermat mill-Artikolu 2(2) tad-Direttiva EEA, li jipprovdi li l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent tista’ ssir fil-kuntest tal-proċeduri eżistenti ta’ awtorizzazzjoni tal-proġetti jew, fin-nuqqas ta’ dan, fi proċeduri oħra jew f’dawk li għandhom jiġu stabbiliti sabiex jiġu ssodisfatti l-għanijiet tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Inżid li r-riformulazzjoni tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva EEA permezz tad-Direttiva 2014/52, li għadha ma hijiex applikabbli fil-kuntest ta’ din il-proċedura, ma tbiddel xejn minn dan, iżda sempliċiment teżiġi koordinazzjoni fir-rigward tal-evalwazzjonijiet tal-effetti, mhux rilevanti f’dan il-każ, marbuta maż-żoni protetti skont id-Direttiva dwar il-habitat u d-Direttiva dwar l-għasafar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom ċertu marġni ta’ diskrezzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110303">3 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Irlanda</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑50/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:109">EU:C:2011:109</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. B’mod partikolari, ma humiex obbligati jipprevedu proċedura uniformi sabiex jiddeċiedu dwar l-effetti kollha fuq l-ambjent ta’ proġett permezz ta’ awtorizzazzjoni waħda.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Id-Direttiva EEA għalhekk ma tipprekludix, bħala prinċipju, l-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw ċerti effetti fuq l-ambjent, bħall-protezzjoni tal-ispeċi, għall-proġetti li jeħtieġu evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-koordinazzjoni matul iż-żmien ta’ proċeduri distinti</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Madankollu, għadu ma huwiex ċert jekk huwiex ammissibbli li tittieħed deċiżjoni definittiva dwar ċerti effetti fuq l-ambjent ta’ proġett <HT TYPE="ITALIC">qabel</HT> ma titwettaq l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Diversi partijiet ikkonċernati huma involuti, f’dan il-kuntest, mill-ġurisprudenza dwar l-hekk imsejħin proċeduri ta’ awtorizzazzjoni f’diversi stadji. B’dan il-mod, il-Qorti tal-Ġustizzja tipprova tottimizza ż-żewġ għanijiet ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent kemm eżawrjenti kif ukoll bikrija filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni l-awtonomija proċedurali tal-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Skont din il-ġurisprudenza, id-dritt nazzjonali jista’ jipprevedi inizjalment proċedura li fil-kuntest tagħha tittieħed deċiżjoni ewlenija, u mbagħad deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li ma tistax tmur lil hinn mir-rekwiżiti stabbiliti mid-deċiżjoni ewlenija. F’dan il-każ, l-effetti li l-proġett jista’ jkollu fuq l-ambjent għandhom (normalment) jiġu identifikati u evalwati matul il-proċedura għall-adozzjoni tad-deċiżjoni ewlenija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040107">7 ta’ Jannar 2004</DATE>, <NAME.CASE>Wells</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑201/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:12">EU:C:2004:12</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060504">4 ta’ Mejju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Barker</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑290/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:286">EU:C:2006:286</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080228">28 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>Abraham <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑2/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:133">EU:C:2008:133</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); kif ukoll tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190729">29 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Inter-Environnement Wallonie u Bond Beter Leefmilieu Vlaanderen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑411/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:622">EU:C:2019:622</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0086">86</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Madankollu, evalwazzjoni eżawrjenti ma tkunx possibbli f’dan l-istadju meta l-effetti fuq l-ambjent jistgħu jiġu evalwati biss matul il-proċedura għall-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni, f’liema każ l-evalwazzjoni għandha ssir biss matul il-proċedura għall-adozzjoni ta’ din it-tieni deċiżjoni, jiġifieri sussegwentement<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ara l-ġurisprudenza msemmija fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 22.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li leġiżlazzjoni, li permezz tagħha evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent tista’ titwettaq biss fl-ewwel stadju u mhux waqt l-istadju sussegwenti tal-awtorizzazzjoni ta’ punti li għadhom ma ġewx ittrattati, ma hijiex kompatibbli mad-Direttiva EEA<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060504">4 ta’ Mejju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑508/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:287">EU:C:2006:287</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0105">105</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Dan jissodisfa l-għan ta’ evalwazzjoni eżawrjenti tal-effetti fuq l-ambjent li jinkiser jekk l-evalwazzjoni tkun teħtieġ li ssir b’mod imperattiv f’mument meta l-effetti kollha tal-proġett ma jkunux għadhom identifikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Kif jirrilevaw ir-Renju tal-Belġju u r-Repubblika Ċeka, huwa dubjuż kemm l-awtorizzazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-ispeċi, fis-sens ta’ din il-ġurisprudenza, hija deċiżjoni ewlenija dwar il-proġett, peress li tikkonċerna biss aspett parzjali tal-proġett. Dan huwa, <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT>, pjuttost tentattiv sabiex jitneħħa ostakolu speċifiku qabel ma jsiru sforzi oħra kumplessi fid-dawl tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew ukoll sabiex jiġi ddeterminat jekk dan huwiex possibbli fuq kollox. Fil-fatt, fl-2010, il-protezzjoni tal-ispeċi kienet għadha tipprekludi l-awtorizzazzjoni tal-proġett. Cimenteries CBR madankollu tikkwalifika l-awtorizzazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-ispeċi f’din il-funzjoni bħal fil-każ ta’ proċedura ta’ awtorizzazzjoni f’diversi stadji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Madankollu, huwa qabelxejn interessanti f’dan il-każ li, skont din il-ġurisprudenza, id-Direttiva EEA tippermetti li jiġu deċiżi ċerti kwistjonijiet qabel ma tkun twettqet l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent. Għalhekk, jekk huma awtorizzati <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>deċiżjonijiet ewlenin<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>,<?PAGE NO="13"?> li jistgħu min-natura tagħhom stess jikkonċernaw numru ta’ effetti tal-proġett fuq l-ambjent, mingħajr ma tiġi awtorizzata evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent, deċiżjonijiet preċedenti fuq aspetti parzjali li għandhom effetti limitati fuq l-ambjent għandhom ġustament jiġu awtorizzati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">4.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-importanza tar-riżultati tal-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent għall-awtorizzazzjoni u l-protezzjoni ġudizzjarja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Madankollu, il-ġurisprudenza dwar il-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni f’diversi stadji hija bbażata fuq il-verżjoni inizjali tad-Direttiva EEA u għadha ma tiħux inkunsiderazzjoni l-emendi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20030526">26 ta’ Mejju 2003</DATE> li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="156" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2003">ĠU 2003, L 156, p. 17</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> magħmula mill-Konvenzjoni ta’ Aarhus<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Konvenzjoni dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali tal-1998 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="124" PAGE.FIRST="4" DATE.PUB="2005">ĠU 2005, L 124, p. 4</REF.DOC.OJ>), adottata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas‑<DATE ISO="20050217">17 ta’ Frar 2005</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="124" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2005">ĠU 2005, L 124, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat, b’mod partikolari, l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva EEA. Skont din id-dispożizzjoni, il-pubbliku għandu jkun jista’ jesprimi ruħu fi stadju bikri u b’mod effettiv meta l-għażliet kollha jkunu għadhom miftuħa u qabel ma tittieħed id-deċiżjoni dwar it-talba għal awtorizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Dawn ir-rekwiżiti jipprojbixxu li tittieħed deċiżjoni definittiva fuq ċerti effetti ta’ proġett fuq l-ambjent, saħansitra qabel ma l-pubbliku jkollu l-possibbiltà li jesprimi l-opinjoni tiegħu fuq dawn l-effetti fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent. Fil-fatt, f’dan il-każ, ma jkunux għadhom possibbli l-għażliet kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 8 tad-Direttiva EEA jipprovdi li r-riżultati tal-konsultazzjonijiet u l-informazzjoni miġbura skont l-Artikoli 5, 6 u 7 għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni. Dan jimplika, skont il-premessa 2 kif ukoll skont il-ġurisprudenza stabbilita, li, fil-formazzjoni tal-opinjoni tagħha, l-awtorità kompetenti tieħu inkunsiderazzjoni kemm jista’ jkun kmieni l-effetti fuq l-ambjent fil-proċessi tekniċi kollha ta’ ppjanar u ta’ teħid ta’ deċiżjoni, sabiex jiġi evitat <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> kull impatt ambjentali: dan huwa aħjar milli jkollhom jiġu miġġielda l-effetti tagħhom sussegwentement<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040107">7 ta’ Jannar 2004</DATE>, <NAME.CASE>Wells</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑201/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:12">EU:C:2004:12</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191112">12 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Irlanda (Windfarm Derrybrien)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑261/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:955">EU:C:2019:955</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200528">28 ta’ Mejju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Land Nordrhein-Westfalen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑535/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:391">EU:C:2020:391</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0078">78</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Madankollu, jidher li meta l-awtoritajiet jiddeċiedu dwar ċerti effetti fuq l-ambjent qabel ma tkun twettqet l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent, huma jkunu għadhom ma jistgħux jieħdu inkunsiderazzjoni r-riżultati tal-konsultazzjonijiet u l-informazzjoni miġbura<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110303">3 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Irlanda</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑50/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:109">EU:C:2011:109</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0084">84</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0085">85</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni wkoll f’dan il-kuntest il-protezzjoni ġudizzjarja li għandha tiġi żgurata skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva EEA, dispożizzjoni din li timplimenta wkoll il-Konvenzjoni ta’ Aarhus. Dan l-artikolu jipprevedi li jistgħu jiġu kkontestati, taħt ċerti kundizzjonijiet, il-legalità, fil-mertu jew proċedurali, tad-deċiżjonijiet, tal-atti jew tal-ommissjonijiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva EEA dwar il-parteċipazzjoni pubblika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>L-awtorizzazzjoni ta’ proġett skont l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva EEA hija deċiżjoni li tista’ tiġi kkontestata skont din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Ċertament, il-konsegwenzi ta’ ċerti konstatazzjonijiet tal-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent fuq din l-awtorizzazzjoni ma humiex iddeterminati mid-Direttiva EEA<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Leth</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑420/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:701">EU:C:2012:701</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għall-kuntrarju, dawn il-konsegwenzi huma inklużi f’leġiżlazzjonijiet oħra u, fil-każ tal-protezzjoni tal-ispeċi, dawn jinsabu pereżempju fid-Direttiva dwar il-habitat jew fid-Direttiva dwar l-għasafar u fit-traspożizzjoni tagħhom fid-dritt intern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Għalhekk, il-legalità tal-awtorizzazzjoni prevista fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva EEA, mogħtija abbażi tal-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent, tiddependi mill-osservanza jew le tal-imsemmija dispożizzjonijiet ambjentali l-oħra mill-proġett inkwistjoni. Jekk fl-okkażjoni tal-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent jirriżulta li l-proġett ma huwiex konformi mar-rekwiżiti ambjentali ta’ leġiżlazzjonijiet oħra, l-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni tiġi eskluża<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200528">28 ta’ Mejju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Land Nordrhein-Westfalen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑535/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:391">EU:C:2020:391</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) dwar id-Direttiva dwar l-ilma.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Għalhekk, l-istħarriġ ġudizzjarju previst fl-Artikolu 11 tad-Direttiva EEA jinkludi, tal-inqas, id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent kif ukoll ir-regoli tad-dritt tal-ambjent tal-Unjoni li jista’ jkollhom effett dirett<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110512">12 ta’ Mejju 2011</DATE> <NAME.CASE>Bund für Umwelt und Naturschutz Deutschland, Landesverband Nordrhein-Westfalen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑115/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:289">EU:C:2011:289</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151015">15 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑137/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:683">EU:C:2015:683</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0092">92</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161108">8 ta’ Novembru 2016</DATE> <NAME.CASE>Lesoochranárske zoskupenie VLK</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑243/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:838">EU:C:2016:838</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, peress li d-dritt għal azzjoni legali previst fl-Artikolu 11 tad-Direttiva EEA huwa marbut mal-evalwazzjoni eżawrjenti tal-effetti fuq l-ambjent, dan għandu jiġi eżerċitat abbażi tas-sejbiet f’din l-evalwazzjoni. Fil-fatt, dawn is-sejbiet jippermettu li jiġu identifikati oġġezzjonijiet ambjentali li jistgħu jkunu l-bażi ta’ tali rikors jew jistgħu juru li ma hemmx lok li jiġi ppreżentat rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Għalhekk ikun inkompatibbli li tittieħed deċiżjoni <HT TYPE="ITALIC">definittiva</HT> fuq ċerti effetti fuq l-ambjent qabel it-twettiq tal-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent. Anki jekk tali deċiżjoni parzjali setgħet tkun is-suġġett ta’ rikors separat, dan ir-rikors ikollu normalment jiġi ppreżentat mingħajr is-sejbiet tal-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Għalhekk, deċiżjoni bil-quddiem dwar ċerti effetti fuq l-ambjent ta’ proġett suġġett għall-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent tista’ tkun <HT TYPE="ITALIC">provviżorja</HT> biss. Id-deċiżjonijiet definittivi jistgħu jittieħdu biss abbażi ta’ din l-evalwazzjoni u għalhekk neċessarjament wara din l-evalwazzjoni. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jkunu jistgħu jiġu suġġetti għal rikors eżawrjenti u indipendenti mid-deċiżjoni provviżorja, skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva EEA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, id-deċiżjoni provviżorja ma tistax tkun il-bażi ta’ ċertezza legali eżawrjenti għall-iżviluppatur fir-rigward tas-suġġett u tal-konklużjoni tagħha, iżda tista’ tagħti indikazzjonijiet fuq il-punt dwar jekk, skont l-informazzjoni disponibbli, ċerti effetti fuq l-ambjent jipprekludux dan il-proġett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Skont it-talba għal deċiżjoni preliminari u l-argumenti ta’ Cimenteries CBR, ma jistax jiġi eskluż li d-dritt Belġjan jissodisfa dawn ir-rekwiżiti. Fil-fatt, skont din id-dispożizzjoni, l-awtorità kompetenti sabiex toħroġ l-awtorizzazzjonijiet ġenerali żżomm il-possibbiltà li tevalwa b’mod iktar strett l-effetti ta’ dan l-operat fuq l-ambjent meta mqabbla mal-parametri stabbiliti mill-awtur tal-ewwel deċiżjoni. Jekk dan ikun il-każ, din l-awtorità tista’ debitament tieħu inkunsiderazzjoni, waqt l-għoti tal-awtorizzazzjoni prevista fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva EEA,<?PAGE NO="15"?> kunflitti eventwali mal-protezzjoni tal-ispeċi li jirriżultaw biss fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent. Madankollu, waqt is-seduta, diversi partijiet esponew li l-awtorizzazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-ispeċi tista’ madankollu tikseb natura definittiva indipendentement mill-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent, fatt li jista’ jippreġudika l-protezzjoni ġudizzjarja eżawrjenti taħt l-imsemmi Artikolu 11.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta għad-domandi preliminari kif ġej:</TXT><P>Huwa kompatibbli mad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20111213">13 ta’ Diċembru 2011</DATE> dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent li, qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni ewlenija li tagħti lill-iżviluppatur id-dritt li jwettaq proġett u qabel il-parteċipazzjoni pubblika fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-effetti ta’ dan il-proġett fuq l-ambjent, tittieħed deċiżjoni provviżorja li tawtorizza ħsara għal speċi protetti fil-kuntest ta’ dan il-proġett.</P><P>Madankollu, skont l-Artikoli 3, 5, 6 u 7 tad-Direttiva 2011/92, l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent jeħtieġ li tinkludi l-effetti tal-proġett fuq l-ispeċi protetti, anki jekk dawn diġà kienu s-suġġett ta’ deċiżjoni provviżorja. Barra minn hekk, indipendentement mid-deċiżjoni preċedenti meħuda, l-awtoritajiet kompetenti jeħtieġ li jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni prevista fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva sa fejn l-evalwazzjoni turi l-inkompatibbiltà tal-proġett mad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-ispeċi. Fl-aħħar nett, l-awtorizzazzjoni għal deroga mir-rekwiżiti ta’ protezzjoni tal-ispeċi marbuta mal-proġett jeħtieġ li tkun tista’ tiġi kkontestata fuq il-bażi tal-evalwazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent, skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>