<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-281/18 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0281</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:916">EU:C:2019:916</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20191031">31.10.2019</DATE> – Kawża C‑281/18 P</HT></P><P><HT TYPE="SC">Repower vs EUIPO</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20191031">31 ta’ Ottubru 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Trade mark tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità</KEYWORD><KEYWORD>Revoka tad-deċiżjoni inizjali tal-Bord tal-Appell li kienet tiċħad parzjalment it-talba għad-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea REPOWER</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑281/18 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, imressaq fl-<DATE ISO="20180420">20 ta’ April 2018</DATE></P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Repower AG</HT>, stabbilita f’Brusio (l-Isvizzera), irrappreżentata minn R. Kunz-Hallstein, H. P. Kunz-Hallstein u V. Kling, Rechtsanwälte,</P><PARTY.STATUS>appellanti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-partijiet l-oħra fil-kawża li huma:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)</HT>, irrappreżentat minn D. Botis u J. F. Crespo Carrillo, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenut fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">repowermap.org</HT>, stabbilita f’Berne (l-Isvizzera), irrappreżentata minn P. González-Bueno Catalán de Ocón, abogado,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qiegħed jaġixxi bħala President tat-Tieni Awla, T. von Danwitz u C. Vajda (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Campos Sánchez-Bordona,</P><P>Reġistratur: V. Giacobbo-Peyronnel, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20190314">14 ta’ Marzu 2019</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas‑<DATE ISO="20190516">16 ta’ Mejju 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, Repower AG titlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180221">21 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Repower vs EUIPO – repowermap.org (REPOWER</NAME.CASE>) (<NO.CASE>T‑727/16</NO.CASE>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:88">EU:T:2018:88</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tagħha din ċaħdet ir-rikors tagħha intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tat-<DATE ISO="20160803">3 ta’ Awwissu 2016</DATE> (Każ R 2311/2014‑5 (REV)), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn repowermap.org u Repower (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>deċiżjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE> dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="078" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 78, p. 1</REF.DOC.OJ>), ġie emendat bir-Regolament (UE) 2015/2424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20151216">16 ta’ Diċembru 2015</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="341" PAGE.FIRST="21" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 341, p. 21</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil- <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="071" PAGE.FIRST="322" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 71, p. 322</REF.DOC.OJ>, fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="110" PAGE.FIRST="4" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 110, p. 4</REF.DOC.OJ>, u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="267" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 267, p. 1</REF.DOC.OJ>), li daħal fis-seħħ fit-<DATE ISO="20160323">23 ta’ Marzu 2016</DATE>. Peress li d-deċiżjoni kontenzjuża ġiet adottata fit-<DATE ISO="20160803">3 ta’ Awwissu 2016</DATE>, huma applikabbli għaliha d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 207/2009, kif emendat bir-Regolament 2015/2424.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 207/2009, kif emendat bir-Regolament 2015/2424 jinkludi Titolu IX, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Proċedura<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>. Dan it-titolu jinkludi Taqsima I intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Dispożizzjonijiet ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, kompost mill-Artikoli 75 sa 84 ta’ dan ir-regolament. L-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 2015/2424 jipprevedi li wħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 207/2009 ma humiex applikabbli ħlief mill‑<DATE ISO="20171001">1 ta’ Ottubru 2017</DATE>. L-Artikolu 75, l-Artikolu 80(1) u (2) kif ukoll l-Artikolu 83 tar-Regolament Nru 207/2009 jinsabu fost daw id-dispożizzjonijiet. Fil-kawża ineżami, b’teħid inkunsiderazzjoni tad-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kontenzjuża, jibqgħu applikabbli għal din id-deċiżjoni l-Artikolu 75, l-Artikolu 80(1) u (2), kif ukoll l-Artikolu 83 tar-Regolament Nru 207/2009 fil-verżjoni tiegħu inizjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Stqarrija tar-raġunijiet li fuqhom id-deċiżjonijiet huma bbażati<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Id-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju għandhom jistqarru r-raġunijiet li fuqhom huma bbażati. Dawn għandhom ikunu bbażati biss fuq raġunijiet jew fuq xiehda fir-rigward ta’ liem il-partijiet konċernati kellhom l-opportunità li jippreżentaw il-kummenti tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 80(1) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>[Kanċellament jew r]evoka tad-deċiżjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="080.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Meta l-Uffiċċju jkun daħħal fir-reġistru jew anki jkun ħa deċiżjoni li jkun fiha żball proċedurali ovvju attribwibbli għall-Uffiċċju, dan għandu jassigura li d-dħul ikun ikkanċellat jew li d-deċiżjoni tkun revokata. Meta jkun hemm parti waħda biss għall-proċedimenti u d-dħul jew l-att jaffettwa d-drittijiet tagħha, il-kanċellament jew ir-revoka għandhom ikunu determinati anki jekk l-iżball ma jkunx evidenti għall-parti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="080.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Kanċellament jew revoka kif referut fil-paragrafu 1 għandu jkun determinat, <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jew mat-talba ta’ waħda mill-partijiet għall-proċedimenti, mid-dipartiment li jkun għamel id-dħul jew li jkun ħa d-deċiżjoni. Il-kanċellament jew ir-revoka għandhom ikunu determinati fi żmien sitt xhur mid-data li fiha d-dħul ikun seħħ fir-Reġistru jew minn meta d-deċiżjoni tkun ittieħdet, wara konsultazzjoni mal-partijiet tal-proċedimenti u kwalunkwe proprjetarju ta’ drittijiet ta’ trade mark tal-Komunità f’dak il-każ ikunu mdaħħla fir-Reġistru.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 83 tar-Regolament Nru 207/2009, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Referenza għall-prinċipji ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet procedurali f’dan ir-Regolament, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, ir-regolamenti dwar miżati jew ir-regolamenti tal-proċedura tal-Bordijiet tal-Appell, l-Uffiċċju għandu jimxi fuq il-prinċipji ta’ liġi proċedurali ġeneralment rikonoxxuti mill-Istati Membri.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali esponiet il-fatti li wasslu għall-kawża fil-punti 1 sa 12 fis-sentenza appellata bil-mod kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20090626">26 ta’ Ġunju 2009</DATE>, skont ir-Regolament tal-Kunsill […] Nru 207/2009 […], ir-rikorrenti, [Repower], kisbet mill-[EUIPO], il-protezzjoni fl-Unjoni Ewropea tar-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1020351 tat-trade mark verbali REPOWER.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20130603">3 ta’ Ġunju 2013</DATE>, l-intervenjenti, repowermap.org, ressqet talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark ikkontestata […]. Hija sostniet li t-trade mark ikkontestata kienet deskrittiva u ma għandhiex karattru distintiv għall-prodotti u s-servizzi kollha koperti minn din it-trade mark.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20140709">9 ta’ Lulju 2014</DATE>, id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni laqgħet [parzjalment] it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità […]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20140908">8 ta’ Settembru 2014</DATE>, l-intervenjenti ppreżentat appell quddiem l-EUIPO, skont l-Artikoli 58 sa 64 tar-Regolament Nru 207/2009 […], kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160208">8 ta’ Frar 2016</DATE>, il-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO ċaħad l-appell (iktar ’il quddiem, id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160208">8 ta’ Frar 2016</DATE><QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>). […]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>B’rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis‑<DATE ISO="20160426">26 ta’ April 2016</DATE>, l-intervenjenti ppreżentat rikors kontra d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160208">8 ta’ Frar 2016</DATE>. Din il-kawża ġiet irreġistrata bin-numru T‑188/16.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>B’komunikazzjoni tat-<DATE ISO="20160622">22 ta’ Ġunju 2016</DATE>, il-Ħames Bord tal-Appell informa lill-partijiet li, wara l-preżentata tar-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawża T‑188/16, repowermap vs EUIPO – Repower (REPOWER), dan kien ikkonstata li d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160208">8 ta’ Frar 2016</DATE> kienet ivvizzjata b’insuffiċjenza ta’ motivazzjoni fis-sens tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 […]. Huwa speċifika li, minħabba din l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni u b’applikazzjoni tal-Artikolu 80 tar-Regolament Nru 207/2009 […], huwa qies rilevanti li jirrevoka d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160208">8 ta’ Frar 2016</DATE>, sabiex jipproċedi bl-analiżi ddettaljata tal-karattru distintiv u deskrittiv tat-trade mark ikkontestata fir-rigward tal-prodotti u tas-servizzi koperti minn dan is-sinjal. Huwa stieden lill-partijiet jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar l-intenzjoni tiegħu li jirrevoka d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160208">8 ta’ Frar 2016</DATE>.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti bagħtet osservazzjonijiet fil-<DATE ISO="20160705">5 ta’ Lulju 2016</DATE>. Hija sostniet, essenzjalment, li sakemm id-dispożittiv tad-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20160208">8 ta’ Frar 2016</DATE> ma kienx mibdul, kien possibbli li jiġu sostnuti l-motivi, skont il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 83 tar-Regolament Nru 207/2009 […] Min-naħa l-oħra, hija tikkunsidra li revoka tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160208">8 ta’ Frar 2016</DATE> abbażi tal-Artikolu 80 tar-Regolament Nru 207/2009, li ma kienx jeżisti jew ma jeżistix iktar fil-verżjoni kkonsolidata tar-Regolament Nru 207/2009 mqiegħda online fid-database EUR-lex, ma kinitx possibbli sa fejn dan l-artikolu jagħti biss setgħa lill-eżaminaturi tal-EUIPO u fejn nuqqas ta’ motivazzjoni ma<?PAGE NO="4"?> kienx jikkostitwixxi difett proċedurali fis-sens tal-Artikolu 80 tar-Regolament Nru 207/2009. Finalment, hija sostniet li mid-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell Estiż tal-EUIPO tat-<DATE ISO="20090428">28 ta’ April 2009</DATE> (Każ R 323/2008‑G) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>deċiżjoni tal-Bord tal-Appell Estiż<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>) jirriżulta li d-deċiżjonijiet tal-EUIPO li fir-rigward tagħhom kien pendenti rikors quddiem il-Qorti Ġenerali ma jistgħux jiġu rrevokati.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L’intervenjenti bagħtet osservazzjonijiet fl-<DATE ISO="20160720">20 ta’ Lulju 2016</DATE>. Hija sostniet li l-Artikolu 80 tar-Regolament Nru 207/2009, bħala regola speċifika, kien applikabbli minflok prinċipji ġenerali li għalihom jagħmel riferiment l-Artikolu 83 tar-Regolament Nru 207/2009. Hija rrilevat ukoll li t-tweġiba li għandha tingħata għall-kwistjoni dwar jekk insuffiċjenza ta’ motivazzjoni tikkostitwixxix żball proċedurali kienet inċerta u li kienet teżisti probabbiltà kunsiderevoli li revoka tad-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20160208">8 ta’ Frar 2016</DATE> minħabba insuffiċjenza ta’ motivazzjoni ma tkunx ammessa. Hija qieset li, fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkustanzi, l-aħjar kien li titkompla l-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawża T‑188/16, repowermap vs EUIPO – Repower (REPOWER).</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>B[id-]deċiżjoni [kontenzjuża], il-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO rrevoka d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160208">8 ta’ Frar 2016</DATE> […]. Dan spjega li għall-kuntrarju tad-dubji murija mill-partijiet, l-Artikolu 80 tar-Regolament Nru 207/2009 xorta baqa’ applikabbli wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament 2015/2424. Minbarra dan, dan irrileva li l-EUIPO kellu l-obbligu li jimmotiva d-deċiżjonijiet tiegħu u b’mod partikolari, li janalizza l-motivi ta’ rifjut fir-rigward tal-prodotti u s-servizzi kkonċernati, b’tali mod li l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni, kif osservata fid-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160208">8 ta’ Frar 2016</DATE>, kienet żball proċedurali manifest, fis-sens tal-Artikolu 80 tar-Regolament Nru 207/2009, li kellu jiġi kkoreġut.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl‑<DATE ISO="20161010">10 ta’ Ottubru 2016</DATE>, l-appellanti ppreżentat rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha, l-appellanti invokat erba’ motivi bbażati, l-ewwel nett, fuq nuqqas ta’ bażi legali, it-tieni nett, fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Bordijiet tal-Appell li jirrevokaw id-deċiżjonijiet tagħhom, it-tielet nett, fuq ksur tal-Artikolu 80 tar-Regolament Nru 207/2009, tal-linji gwida għall-eżami tal-EUIPO kif ukoll tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba, ta’ ċertezza legali u tal-awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> u r-raba’ nett, fuq nuqqas ta’ motivazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors kollu kemm hu. Fil-punti 53 sa 59 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali qabelxejn qieset li l-Bord tal-Appell ma setax jibbaża d-deċiżjoni kontenzjuża fuq l-Artikolu 80(1) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li nuqqas ta’ motivazzjoni ma jikkostitwixxix żball proċedurali ovvju fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Fil-punti 60 sa 88 u 92 sa 95 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali qieset, sussegwentement, li d-deċiżjoni kontenzjuża setgħet tkun ibbażata fuq il-prinċipju ġenerali tad-dritt li jawtorizza l-irtirar ta’ att amministrattiv illegali, billi l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju kienu ssodisfatti. Minkejja li l-EUIPO wettaq żball fl-għażla tal-bażi legali tad-deċiżjoni kontenzjuża, il-Qorti Ġenerali fakkret, fil-punt 89 tas-sentenza appellata, li tali żball ma jwassalx għall-annullament tal-att ikkonċernat ħlief meta jkun jista’ jkollu konsegwenzi fuq il-kontenut ta’ dan. Billi kkonsatat, fil-punti 90 u 91 tas-sentenza appellata, li l-iżball tal-Bord tal-Appell rigward l-għażla legali ma kienx jiġġustifika l-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, Repower titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kontenzjuża, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-EUIPO u repowermap.org jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tiċħad l-appell u tikkundanna lil Repower għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-interess ġuridiku</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont repowermap.org, l-appellanti ma għandhiex iktar interess titlob l-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża. Filwaqt li tirreferi għall-punt 91 tas-sentenza appellata, repowermap.org tindika li minħabba l-fatt li l-Qorti Ġenerali kkonstatat li d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160208">8 ta’ Frar 2016</DATE> kienet ivvizzjata b’nuqqas ta’ motivazzjoni, hija għandha tannulla din id-deċiżjoni mill-kuntest tal-proċedura relattiva għall-kawża rreġistrata taħt in-numru T‑188/16, li attwalment hija pendenti quddiemha, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tilqa’ l-appell u tannulla d-deċiżjoni kontenzjuża. Tali sitwazzjoni twassal għal proċeduri supplimentari filwaqt li r-riżultat probabbilment ma jkunx differenti mis-sitwazzjoni attwali. Għaldaqstant, peress li l-appellanti ma tista’ tislet ebda benefiċċju mill-fatt li d‑deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160208">8 ta’ Frar 2016</DATE> tibqa’ fis-seħħ, repowermap.org tqis li l-appell huwa inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Waqt is-seduta, l-appellanti ddikjarat li kien għad kellha interess li tikseb l-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża. Hija sostniet b’mod partikolari, b’riferiment għar-raba’ aggravju tagħha, li d-deċiżjoni kontenzjuża kellha l-effett li tirrevoka d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160208">8 ta’ Frar 2016</DATE> kollha kemm hi filwaqt li din tal-aħħar kienet parzjalment favoriha. Hija kkonkludiet li l-annullament tas-sentenza appellata u tad-deċiżjoni kontenzjuża u, konsegwentement, il-fatt li d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160208">8 ta’ Frar 2016</DATE> tibqa’ fis-seħħ ikollhom il-konsegwenza tal-kontinwazzjoni tal-proċedura fil-kawża T‑188/16, u dan jippermettilha tinvoka l-pretensjonijiet tagħha, inkluż fl-appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex timpedixxi l-annullament ta’ din id-deċiżjoni u tissalvagwardja għaldaqstant id-drittijiet li hija tislet mill-imsemmija deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Matul is-seduta, l-EUIPO qies li l-appellanti ma għandhiex iktar interess ġuridiku. Filwaqt li ammetta li parti mid-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160208">8 ta’ Frar 2016</DATE> hija favorevoli għall-appellanti, l-EUIPO fakkar li huwa stess irrikonoxxa li din id-deċiżjoni kienet ivvizzjata b’illegalità b’riżultat ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni, tant li, f’dawn iċ-ċirkustanzi, l-appellanti ma tistax tinvoka l-benefiċċju tal-imsemmija deċiżjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Hija ġurisprudenza stabbilita li l-eżistenza ta’ interess ġuridiku għall-appellant tippreżumi li l-appell jista’, permezz tar-riżultat tiegħu, jagħtih benefiċċju (sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19951019">19 ta’ Ottubru 1995</DATE>, <NAME.CASE>Rendo <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑19/93 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:339">EU:C:1995:339</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180705">5 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Wenger vs EUIPO</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑162/18 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:545">EU:C:2018:545</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000713">13 ta’ Lulju 2000</DATE>, <NAME.CASE>Il-Parlament vs Richard</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑174/99 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:412">EU:C:2000:412</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, huwa paċifiku li d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160208">8 ta’ Frar 2016</DATE>, irrevokata bid-deċiżjoni kontenzjuża, kienet favorevoli għall-appellanti, sa fejn hija kienet tiċħad ir-rikors ippreżentat minn repowermap.org kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tad-<DATE ISO="20140709">9 ta’ Lulju 2014</DATE>, li hija stess kienet parzjalment favur l-appellanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fil-każ li l-appell fil-kawża preżenti jiġi milqugħ u sussegwentement id-deċiżjoni kontenzjuża tiġi annullata, id-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160208">8 ta’ Frar 2016</DATE> tinżamm fis-seħħ u l-appell jagħti, permezz tar-riżultat tiegħu, benefiċċju lill-appellanti. Fil-fatt, il-fatt li din id-deċiżjoni tibqa’ possibbilment fis-seħħ, tiżgura lill-appellanti l-possibbiltà li ż-żomm il-protezzjoni fl-Unjoni Ewropea tar-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1020351 tat-trade mark verbali REPOWER għal ċerti prodotti u servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Din il-konstatazzjoni ma hijiex invalidata bl-argument li repowermap.org li jipprovdi li, fil-punt 91 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali indikat li d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160208">8 ta’ Frar 2016</DATE> għandha tiġi annullata, fil-kuntest tar-rikors għal annullament irreġistrat taħt in-numru tal-Kawża T‑188/16 u li, għaldaqstant jekk l-appell jiġi milqugħ dan jagħti biss benefiċċju temporanju lill-appellanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil-fatt, ma huwiex l-obbligu tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tal-eżami tal-interess ġuridiku, li tirrifjuta l-eżistenza ta’ tali interess minħabba li, fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali evalwat b’mod inċidentali l-legalità tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160208">8 ta’ Frar 2016</DATE>, minkejja li din ma kinitx is-suġġett tar-rikors ippreżentat quddiemha. Sa fejn huwa neċessarju li tittieħed inkunsiderazzjoni d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160208">8 ta’ Frar 2016</DATE>, li hija marbuta intrinsikament mad-deċiżjoni kontenzjuża, għandu jiġi rrilevat li din hija kwistjoni sostantiva, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax titlaq mill-ipoteżi li d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160208">8 ta’ Frar 2016</DATE> hija illegali fl-istadju tal-eżami tal-interess ġuridiku. F’dan il-kuntest, huwa neċessarju, imma suffiċjenti, li permezz tar-riżultat tiegħu, l-appell ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jkun jista’ jagħti benefiċċju lill-parti li tkun ressqitu, u dan huwa l-każ hawnhekk, hekk kif jirriżulta mill-punti 17 u 18 tas-sentenza preżenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li l-appellanti għandha interess ġuridiku għall-finijiet tal-appell preżenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>L-appellanti tressaq ħames aggravji insostenn tal-appell tagħha. Permezz tal-ewwel aggravju, l-appellanti tiddikjara li, billi biddel l-argumentazzjoni tiegħu relattiva għall-bażi legali tad-deċiżjoni kontenzjuża, matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, billi rrikorra għall-prinċipju ġenerali tad-dritt li jawtorizza l-irtirar ta’ att amministrattiv illegali, l-EUIPO biddel is-suġġett stess tal-kawża. Fil-kuntest tat-tieni aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali applikat, b’mod żbaljat, il-prinċipju ġenerali tad-dritt li jawtorizza l-irtirar ta’ att amministrattiv illegali, sa fejn id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 207/2009 fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kontenzjuża kienu jikkostitwixxu <HT TYPE="ITALIC">leges speciales</HT> u ma kinux jippermettu, minħabba f’hekk, li dan il-prinċipju jiġi applikat. Permezz tat-tielet aggravju tagħha, l-appellanti tikkritika lill-Qorti Ġenerali li qalbet l-oneru tal-provi fil-kuntest tal-Artikolu 83 tar-Regolament Nru 207/2009. Permezz tar-raba’ aggravju tagħha, l-appellanti tallega li, anki jekk jiġi preżunt li l-prinċipju ġenerali tad-dritt li jawtorizza l-irtirar ta’ att amministrattiv illegali huwa applikabbli, id-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160208">8 ta’ Frar 2016</DATE> ma kellhiex tkun irrevokata kollha kemm hi għal raġunijiet ta’ ċertezza legali. Finalment, il-ħames aggravju huwa bbażata fuq nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel sar-raba’ aggravju</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel sar-raba’ aggravju tagħha, l-appellanti essenzjalment issostni li billi applikat il-prinċipju ġenerali tad-dritt li jawtorizza l-irtirar ta’ att amministrattiv illegali, u fil-każ ineżami flimkien mal-Artikolu 83 tar-Regolament Nru 207/2009, il-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>B’mod partikolari, fil-kuntest tat-tieni aggravju, li għandu jiġi eżaminat fl-ewwel lok, l-appellanti partikolarment issostni li l-Qorti Ġenerali injorat il-prinċipju li jipprovdi li l-liġijiet speċjali jidderogaw mil-liġijiet ġenerali. Skont l-appellanti, l-Artikolu 80(1) tar-Regolament Nru 207/2009 ma jippermettix, bħala regola ta’ eċċezzjoni u <HT TYPE="ITALIC">lex specialis</HT>, li wieħed jirrekorri għall-prinċipji ta’ dritt ammessi b’mod ġenerali fl-Istati Membri, imsemmija fl-Artikolu 83 ta’ dan ir-regolament, u lanqas għall-prinċipju ġenerali tad-dritt li jawtorizza l-irtirar ta’ att amministrattiv illegali. Fil-fatt, l-EUIPO jista’ jirrevoka d-deċiżjonijiet tiegħu biss fis-sitwazzjoni prevista minn din id-dispożizzjoni u fin-nuqqas ta’ liema din tal-aħħar tkun nieqsa minn kull sens. L-appellanti żżid tgħid li billi adotta l-Artikolu 80 tar-Regolament Nru 207/2009, il-leġiżlatur tal-Unjoni xtaq jillimita s-setgħa ta’ revoka tal-EUIPO għall-uniku każ previst f’dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Għaldaqstant, billi eżaminat il-possibbiltà li d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160208">8 ta’ Frar 2016</DATE> tiġi rrevokata permezz tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kontenzjuża abbażi tal-prinċipju ġenerali tad-dritt li jawtorizza l-irtirar ta’ att amministrattiv illegali u tal-Artikolu 83 tar-Regolament Nru 207/2009, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-argumenti tal-appellanti, għandu jiġi eżaminat jekk il-Qorti Ġenerali kisritx il-prinċipju li jipprovdi li liġi speċjali tidderoga minn liġi ġenerali billi bbażat ir-revoka tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160208">8 ta’ Frar 2016</DATE> b’mod partikolari fuq il-prinċipju ġenerali tad-dritt li jawtorizza l-irtirar ta’ att amministrattiv illegali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 80(1) tar-Regolament Nru 207/2009, l-EUIPO għandu jiżgura li kull deċiżjoni vvizzjata bi żball proċedurali ovvju li huwa attribwibbli lilu tiġi rrevokata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, għandu jiġi ppreċiżat li, għall-motivi indikati mill-Qorti Ġenerali fil-punt 29 u 33 sa 38 tas-sentenza appellata u mhux ikkontestati mill-appellanti, il-Bordijiet tal-Appell tal-EUIPO għandhom is-setgħa ta’ revoka prevista fl-Artikolu 80(1) tar-Regolament Nru 207/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi rrilevat li mill-kliem ta’ din id-dispożizzjoni jirriżulta li żball proċedurali ovvju, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, huwa żball flagranti ta’ natura proċedurali mwettaq mill-EUIPO.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Sabiex jiġi interpretat il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>żball proċedurali ovvju<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, fis-sens ta’ dan l-Artikolu 80(1), hemm lok li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, ma jittiħidx inkunsiderazzjoni biss il-kliem tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li minnha tifforma parti (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190905">5 ta’ Settembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Verein für Konsumenteninformation</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑28/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:673">EU:C:2019:673</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-kuntest ta’ din id-dispożizzjoni, għandu jiġi ppreċiżat li kemm l-Artikolu 80 kif ukoll l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009, relattiv għall-obbligu ta’ motivazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-EUIPO, jaqgħu fit-Titolu IX ta’ dan ir-regolament intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Proċedura<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>. Għaldaqstant, mill-istruttura ġenerali tal-imsemmi regolament jirriżulta li l-iżbalji proċedurali li minħabba fihom l-EUIPO jipproċedi sabiex, skont l-Artikolu 80(1) jirrevoka d-deċiżjoni tiegħu, huma relatati b’mod partikolari ma’ regoli proċedurali li jinsabu taħt dan it-titolu, bħall-obbligu ta’ motivazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija kkorraborata wkoll mill-għan imfittex mill-imsemmi Artikolu 80(1). Din id-dispożizzjoni hija fil-fatt intiża sabiex timponi fuq l-EUIPO l-obbligu li jirrevoka deċiżjonijiet ivvizzjati bi żball proċedurali ovvju bl-għan li jiġu ggarantiti amministrazzjoni tajba kif ukoll ekonomija<?PAGE NO="8"?> tal-ġudizzju. B’teħid inkunsiderazzjoni ta’ dan l-għan, ma hemm ebda raġuni sabiex jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 80(1) tar-Regolament Nru 207/2009 l-iżbalji manifesti mwettqa mill-EUIPO relattivi għall-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni li għandu taħt l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009, li jaqa’ taħt id-dispożizzjonijiet proċedurali tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-imsemmija interpretazzjoni tirrifletti wkoll il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja li tipprovdi li l-obbligu ta’ motivazzjoni jikkostitwixxi formalità essenzjali li għandha tiġi distinta mill-kwistjoni tal-fondatezza tal-motivazzjoni, billi din taqa’ taħt il-legalità sostantiva tal-att ikkontestat (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080710">10 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Bertelsmann u Sony Corporation of America vs Impala</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑413/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:392">EU:C:2008:392</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0181">181</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Isegwi li kwalunkwe ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, bħal nuqqas ta’ motivazzjoni jew motivazzjoni insuffiċjenti, jikkostitwixxi żball proċedurali, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni u li nuqqas ta’ motivazzjoni bħal dak identifikat mill-Qorti Ġenerali b’mod partikolari fil-punti 77 sa 82 tas-sentenza appellat, li jivvizzja d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160208">8 ta’ Frar 2016</DATE>, irrevokata bid-deċiżjoni kontenzjuża, jikkostitwixxi tali żball proċedurali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Barra minn hekk, peress li jirriżulta, minn naħa, mill-punti 48 sa 52 tas-sentenza appellata li l-EUIPO u repowermap.org kienu konxji min-nuqqas ta’ motivazzjoni parzjali li kien qiegħed jivvizzja d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160208">8 ta’ Frar 2016</DATE> u, min-naħa l-oħra, fil-punt 82 ta’ din is-sentenza li n-nuqqas ta’ motivazzjoni inkwistjoni kien messu nissel dubji fi ħdan l-appellanti fir-rigward tal-legalità tal-imsemmija deċiżjoni, u dan l-appellanti ma tikkontestahx fl-istadji tal-appell, il-partijiet kollha kienu f’pożizzjoni li jidentifikaw in-nuqqas ta’ motivazzjoni kkonċernat tant li huwa żball proċedurali ovvju fis-sens tal-Artikolu 80(1) tar-Regolament Nru 207/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Isegwi li l-Artikolu 80(1) ta’ dan ir-regolament kien, f’dan il-każ, applikabbli. F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi milqugħ l-ilment tal-appellanti li jipprovdi li, billi applikat il-prinċipju ġenerali tad-dritt li jawtorizza l-irtirar ta’ att amministrattiv illegali minflok l-Artikolu 80(1) tal-imsemmi regolament, il-Qorti Ġenerali injorat il-prinċipju li liġi speċjali tidderoga mil-liġijiet ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Madankollu, konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita, iż-żball ta’ liġi hekk imwettaq mill-Qorti Ġenerali ma huwiex tali li jinvalida s-sentenza appellata għalkemm id-dispożittiv tagħha u, b’mod partikolari, il-konklużjoni li d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160208">8 ta’ Frar 2016</DATE> ġiet irrevokata b’mod validu bid-deċiżjoni kontenzjuża jidhru li huma fondati fuq motivi oħra ta’ dritt. Fil-fatt, jekk il-motivi ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali jiżvelaw ksur tad-dritt tal-Unjoni, iżda d-dispożittiv jidher fondat fuq motivi ta’ dritt oħra, tali ksur ma jkunx tali li jwassal għall-annullament ta’ din is-sentenza (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030930">30 ta’ Settembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Biret International vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑93/02 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:517">EU:C:2003:517</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141014">14 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Buono <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑12/13 P u C‑13/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2284">EU:C:2014:2284</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Issa, mill-evalwazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-EUIPO kellu jirrevoka d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160208">8 ta’ Frar 2016</DATE> bid-deċiżjoni kontenzjuża adottata fuq il-bażi tal-Artikolu 80(1), tar-Regolament Nru 207/2009, b’tali mod li l-Qorti Ġenerali qieset ġustament li d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160208">8 ta’ Frar 2016</DATE> kienet ġiet irrevokata b’mod validu. Peress li d-dispożittiv tas-sentenza appellata jidher għaldaqstant ibbażat fuq il-motivi ta’ dritt esposti fil-punti preċedenti tas-sentenza preżenti, hemm lok li l-motivi jiġu ssosstitwiti u jiġi kkonstatat li l-iżball ta’ liġi mwettaq mill-Qorti Ġenerali ma huwiex tali li jwassal għall-annullament tas-sentenza appellata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190328">28 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>River Kwai International Food Industry vs AETMD</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑144/18 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:266">EU:C:2019:266</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li l-ewwel sar-raba’ aggravju, li huma relatati kollha mar-raġunament tal-Qorti Ġenerali bbażat fuq il-prinċipju ġenerali tad-dritt li jawtorizza l-irtirar ta’ att amministrattiv illegali u fuq l-Artikolu 83 tar-Regolament Nru 207/2009, huma ineffettivi. Għaldaqstant, hemm lok li jiġu miċħuda, mingħajr ma huwa neċessarju li tiġi eżaminata l-ammissibbiltà tal-ewwel, it-tieni u r-raba’ aggravju, ikkontestata mill-EUIPO u repowermap.org, u<?PAGE NO="9"?> lanqas li tingħata risposta għall-argument ibbażat fuq il-fatt li l-Artikolu 80(1) tar-Regolament Nru 207/2009 jirregola b’mod eżawrjenti l-possibbiltajiet ta’ revoka tad-deċiżjonijiet tal-EUIPO u jipprekludi għaldaqstant tali revoka meta l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ din id-dsipożizzjoni ma jkunux issodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel sar-raba’ aggravju għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħames aggravju, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kontenżjuza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Permezz tal-ħames aggravju, l-appellanti tqis li r-riferiment li hija għamlet għad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell Estiż ġie injorat. Skont l-appellanti, il-punt 24 ta’ din id-deċiżjoni tikkonferma l-fatt li l-Bordijiet tal-Appell ma jistgħux jirrevokaw id-deċiżjonijiet tagħhom meta dawn ikunu s-suġġett ta’ rikors quddiem il-Qorti Ġenerali. Għaldaqstant, ma huwiex possibbli li jitqies li d-deċiżjoni ċċitata iktar ’il fuq tal-Bord tal-Appell Estiż ma kinitx rilevanti fil-każ ineżami. L-appellanti tqis, min-naħa l-oħra, li din id-deċiżjoni hija rilevanti sa fejn hija tapplika għall-proċeduri bejn il-partijiet fid-dritt tat-trade marks.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-appellanti tqis li l-Qorti Ġenerali kkontradixxiet lilha nnifisha meta ddikjarat, minn naħa, fil-punt 80 tas-sentenza appellata, li l-Bord tal-Appell kellu jirrispondi għall-inqas b’mod sommarju għall-argumentazzjoni ddettaljata tal-appellanti u, min-naħa l-oħra, li l-Bord tal-Appell ma kienx obbligat jirrispondi għall-argument tal-appellanti bbażat fuq id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell Estiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>L-EUIPO u repowermap.org jikkonkludu li l-aggravju huwa inammissibbli u jikkontestaw, fuq il-mertu, l-argumenti tal-appellanti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, appell għandu jindika b’mod preċiż l-elementi kritiċi tas-sentenza li l-annullament tagħha jkun qiegħed jintalab kif ukoll l-argumenti legali li jsostnu b’mod speċifiku din it-talba u fir-realtà ma għandux jikkostitwixxi talba għal sempliċi eżami mill-ġdid tar-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181018">18 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Gul Ahmed Textile Mills vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑100/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:842">EU:C:2018:842</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, għandu jiġi kkonstatat li permezz tal-argumentazzjoni tagħha bbażata fuq nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kontenżjuza, l-appellanti timmina sempliċement id-deċiżjoni tal-EUIPO mingħajr ma tressaq l-inqas kritika dwar ir-raġunament adottat mill-Qorti Ġenerali. Għaldaqstant, tali argumentazzjoni, li ma hijiex diretta kontra s-sentenza appellata, hija inammissibbli fil-kuntest ta’ appell (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171116">16 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Ludwig-Bölkow-Systemtechnik vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑250/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:871">EU:C:2017:871</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-argument li jipprovdi li l-Qorti Ġenerali kkontradixxiet lilha nnifisha meta ddikjarat, minn naħa, fil-punt 80 tas-sentenza appellata, li l-Bord tal-Appell kellu għall-inqas jirrispondi b’mod sommarju għall-argumentazzjoni ddettaljata tal-appellanti u,min-naħa l-oħra, li l-Bord tal-Appell ma kienx obbligat jirrispondi għall-argument tal-appellanti bbażat fuq id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell Estiż, għandu jiġi rrilevat li l-appellanti ma tidentifikax il-punt ta’ din is-sentenza li huwa kontradittorju mal-punt 80 tal-imsemmija sentenza u li l-argumentazzjoni tagħha ma tidhirx suffiċjentment ċara fl-intier tagħha sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati bil-preċiżjoni meħtieġa l-elementi kkritikati tas-sentenza appellata kif ukoll l-argumenti legali invokati insostenn ta’ din<?PAGE NO="10"?> il-kritika u b’hekk il-Qorti tal-Ġustizzja hija prekluża milli twettaq l-istħarriġ tagħha tal-legalità (ara, għal dak li jirrigwarda r-rekwiżit ta’ ċarezza tal-argumentazzjoni, id-digriet tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140130">30 ta’ Jannar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Fercal vs UASI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑324/13 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:60">EU:C:2014:60</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-ħames aggravju għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li l-appell għandu jiġi miċħud kollu kemm hu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-appell ma jkunx fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. Skont l-Artikolu 138(1) tal-istess Regoli, applikabbli għall-proċedura ta’ appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) tagħhom, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Peress li l-appellanti tilfet, hemm lok li tiġi kkundannata għall-ispejjeż kif mitlub mill-EUIPO u minn repowermap.org.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Repower AG hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>