<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑131/12</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62012CJ0131</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:317">EU:C:2014:317</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>23</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>23</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20140513">13.5.2014</DATE> — KAWŻA C‑131/12</P><P>GOOGLE SPAIN U GOOGLE</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20140513">13 ta’ Mejju 2014</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Data personali</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ din id-data</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 95/46/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 2, 4, 12 u 14</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae u territorjali</KEYWORD><KEYWORD>Muturi ta’ tfittxija fuq l-internet</KEYWORD><KEYWORD>Ipproċessar tad-data li tkun tinsab f’siti tal-internet</KEYWORD><KEYWORD>Tfittxija, elenkar f’indiċi u ħażna ta’ din id-data</KEYWORD><KEYWORD>Responsabbiltà tal-operatur tal-mutur ta’ tfittxija</KEYWORD><KEYWORD>Stabbiliment fit-territorju ta’ Stat Membru</KEYWORD><KEYWORD>Portata tal-obbligi ta’ dan l-operatur u tad-drittijiet tas-suġġett tad-data</KEYWORD><KEYWORD>Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 7 u 8</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑131/12,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Audiencia Nacional (Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20120227">27 ta’ Frar 2012</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20120309">9 ta’ Marzu 2012</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Google Spain SL,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Google Inc.</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Agencia Española de Protección de Datos (AEPD),</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Mario Costeja González,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn V. Skouris, President, K. Lenaerts, Viċi President, M. Ilešič (Relatur), L. Bay Larsen, T. von Danwitz, M. Safjan, Presidenti ta’ Awla, J. Malenovský, E. Levits, A. Ó Caoimh, A. Arabadjiev, M. Berger, A. Prechal u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Jääskinen,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20130226">26 ta’ Frar 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Google Spain SL u Google Inc, minn F. González Díaz, J. Baño Fos u B. Holles, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għal M. Costeja González, minn J. Muñoz Rodríguez, avukat,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn A. Rubio González, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Elleniku, minn E.‑M. Mamouna u K. Boskovits, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn P. Gentili, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn G. Kunnert u C. Pesendorfer, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna u M. Szpunar, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn I. Martínez del Peral u B. Martenczuk, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20130625">25 ta’ Ġunju 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tikkonċerna l-interpretazzjoni tal-Artikoli 2(b) u (d), 4(1)(a) u (ċ) u 12(b), u tal-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="19951024">24 ta’ Ottubru 1995</DATE>, dwar il-protezzjoni ta’ individwi [persuni fiżiċi] fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355), kif ukoll tal-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn, minn naħa, Google Spain SL (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Google Spain<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u Google Inc. u, min-naħa l-oħra, l-Agencia Española de Protección de Datos (Aġenzija Spanjola għall-protezzjoni tad-data, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>AEPD<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u M. Costeja González dwar deċiżjoni ta’ din l-aġenzija li tilqa’ l-ilment imressaq minn M. Costeja González kontra dawn iż-żewġ kumpanniji u li tordna lil Google Inc. tadotta l-miżuri neċessarji sabiex tirtira data personali li tikkonċerna lil M. Costeja Gonzálex mill-indiċi tagħha u sabiex tipprekludi l-aċċess għal din id-data fil-futur.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Direttiva 95/46 li, skont l-Artikolu 1 tagħha, għandha bħala għan il-protezzjoni tal-libertajiet u tad-drittijiet fundamentali tal-persuni fiżiċi, b’mod partikolari tad-dritt għall-ħajja privata, fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali, kif ukoll it-tneħħija tal-ostakoli għall-moviment libertu ta’ din id-data, tipprovdi, fil-premessi 2, 10, 18 sa 20 u 25 tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>(2)</NO.P><TXT>Billi s-sistemi ta’ l-ipproċessar ta’ data huma maħsuba biex jaqdu lill-bniedem; billi, indipendentement miċ-ċittadinanza jew residenza ta’ persuna naturali, huma għandhom jirrispettaw id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, l-aktar id-dritt għall-ħajja privata, u jaghtu sehemhom għall-[...]ġid tal-persuna;</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>Billi l-għan tal-liġijiet nazzjonali dwar il-proċessar ta’ data personali huwa l-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, l-aktar id-dritt għall-ħajja privata, li huwa rikonoxxut kemm fl-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali[, iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE>,] u fil-prinċipji ġenerali<?PAGE NO="3"?> tal-liġi tal-Komunità; billi, għal dik ir-raġuni, l-approssimazzjoni ta’ dawk il-liġijiet m’għandhiex bħala riżultat ta’ dan tnaqqas mill-protezzjoni minnhom mogħtija, imma għandha, għall-kuntrarju, tfittex li tassigura grad għoli ta’ protezzjoni fil-Komunità;</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(18)</NO.P><TXT>Billi, sabiex ikun assigurat li individwi ma jiċċaħdux mill-protezzjoni li għandhom dritt għaliha b’din id-Direttiva, kull ipproċessar ta’ data personali fil-Komunità għandu jsir skond il-liġi ta’ wieħed mill-Istati Membri; billi, f’dan il-qasam, l-ipproċessar magħmul taħt ir-responsabbiltà ta’ kontrollur li jkun stabbilit fi Stat Membru għand[u] jkun regolat bil-liġi ta’ dak l-Istat;</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(19)</NO.P><TXT>Billi stabbiliment fit-territorju ta’ Stat Membru jfisser l-eżerċizzju effettiv u reali ta’ attività permezz ta’ arranġamenti stabbli; billi l-forma legali ta’ stabbiliment bħal dan, kemm jekk sempliċi fergħa jew sussidjarju b’personalità ġuridika, mhux il-fattur determinanti dwar dan; billi, meta kontrollur wieħed ikun stabbilit fit-territorju ta’ diversi Stati Membri, partikolarment permezz ta’ sussidjarji, huwa għandu jassigura, sabiex ma jkunux skartati regoli nazzjonali, li kull stabbiliment jissodisfa l-obbligazzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jkunu japplikaw għall-attivitajiet tiegħu;</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(20)</NO.P><TXT>Billi l-fatt li l-ipproċessar ta’ data jsir minn persuna stabbilita f’pajjiż terz m’għandux ikun ta’ xkiel għall-protezzjoni ta’ l-individwu kif provdut f’din id-Direttiva; billi f’dawn il-każi, l-ipproċessar għandu jkun regolat bil-liġi ta’ l-Istat Membru li fih ikunu jinsabu l-mezzi wżati [għall-ipproċessar tad-data inkwistjoni], u għandu jkun hemm garanziji li jassiguraw li d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet imsemmija f’din id-Direttiva jkunu rispettati fil-prattika;</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(25)</NO.P><TXT>Billi l-prinċipji ta’ protezzjoni għandhom ikunu riflessi, minn naħa l-waħda, fl-obbligazzjonijiet imposti fuq persuni [...] responsabbli għal ipproċessar [tad-data], partikolarment dwar il-kwalità tad-data, sigurtà teknika, avviżi lill-awtorità ta’ superviżjoni, u ċ-ċirkostanzi li fihom jista’ jsir l-ipproċessar, u, minn naħa l-oħra, id-dritt mogħti lil individwu, li d-data dwaru jkun is-suġġett ta’ l-ipproċessar, li jkun mgħarraf bl-ipproċessar li jkun qed isir dwaru, li jikkonsulta d-data, jitlob korrezzjonijiet u li jagħmel ukoll oġġezzjoni għal ipproċessar f’ċerti ċirkostanzi<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Direttiva 95/46 jipprovdi li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>[g]ħall-finijiet ta’ din id-Direttiva:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>data personali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> tfisser kull data li jkollha x’taqsam ma’ persuna naturali identifikata jew identifikabbli (<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>suġġett tad-data<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/>); persuna identifikabbli huwa min jista’ jkun identifikat, direttament jew indirettament, partikolarment b’referenza għal numru ta’ identità jew għal fattur wieħed speċifiku jew aktar dwar l-identità fiżika, fiżjoloġika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali tiegħu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>ipproċessar ta’ data personali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> (<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>ipproċessar<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/>) tfisser kull operazzjoni jew sett ta’ operazzjonijiet li jsiru fuq data personali, b’mezzi awtomatiċi jew mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, reġistrazzjoni, organizzazzjoni, ħażna, adattament jew bdil, rkupru, konsultazzjoni, użu, żvelar bi trasmissjoni, tixrid jew li xort’oħra jagħmlu l-ipproċessar disponibbli jew li jġibu allineament, taħlita, imblokk, tħassir jew distruzzjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]</P><?PAGE NO="4"?><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> tfisser persuna naturali jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li waħdu jew flimkien ma’ oħrajn jiddetermina l-finijiet u l-mezzi ta’ l-ipproċessar ta’ data personali; meta l-finijiet u l-mezzi ta’ l-ipproċessar ikunu determinati minn liġijiet jew regolamenti nazzjonali jew tal-Komunità, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għan-nomina tiegħu jistgħu jkunu stabbiliti b’liġijiet nazzjonali jew tal-Komunità;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Skop<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Din id-Direttiva għandha tkun applikabbli għall-ipproċessar ta’ data personali fl-intier tiegħu jew parti minnu b’mezzi awtomatiċi, u għall-ipproċessar b’mezzi oħra mhux awtomatiċi ta’ data personali li tagħmel parti minn sistema ta’ skedar jew li tkun maħsuba li tagħmel parti minn sistema ta’ skedar.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Il-Liġi nazzjonali applikabbli<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Kull Stat Membru għandu japplika d-dispożizzjonijiet nazzjonali li hu jadotta skont din id-Direttiva għall-ipproċessar ta’ data personali meta:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-ipproċessar isir fil-kuntest ta’ l-attivitajiet ta’ stabbiliment tal-kontrollur fit-territorju ta’ l-Istat Membru; meta l-istess kontrollur ikun stabbilit fit-territorju ta’ diversi Stati Membri, hu għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jassigura li kull wieħed minn dawk l-istabbilimenti jkunu konformi ta’ [ma’] l-obbligazzjonijiet meħtieġa mill-liġi nazzjonali li tkun tapplika;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-kontrollur ma jkunx stabbilit fit-territorju ta’ l-Istat Membru, imma f’post fejn il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat tkun tapplika skond il-liġi pubblika internazzjonali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>il-kontrollur ma jkunx stabbilit fit-territorju tal-Komunità u, għall-finijiet ta’ l-ipproċessar ta’ data personali jagħmel użu minn tagħmir, awtomatizzat jew xort’oħra, li jkun jinsab fit-territorju ta’ l-imsemmi Stat Membru, sakemm dak it-tagħmir jintuża biss għal għanijiet ta’ trasmissjoni fit-territorju tal-Komunità.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1 (ċ), il-kontrollur għandu jinnomina rappreżentant stabbilit fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, bla ħsara għal azzjonijiet legali li jistgħu jinbdew kontra l-kontrollur innifsu.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tad-Direttiva 95/46, li jinsab fit-Taqsima I, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Prinċipji dwar il-kwalità tad-data<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, tal-Kapitolu II ta’ din id-direttiva, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Stati Membri għandhom jipprovdu li data personali għand[ha] [t]kun:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>pproċessat[a] b’mod ġust u skond il-liġi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>miġbur[a] għal finijiet speċifiċi, espliċiti u leġittimi u mhux ipproċessat[a] aktar b’mod li ma jkunx kompatibbli ma dawk il-finijiet. Ippoċessar iktar ta’ data għal finijiet storiċi, ta’ statistika jew xjentifiċi m’għandux jitqies bħala inkompatibbli sakemm dak l-Istat Membru jagħti protezzjoni xierqa;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>adekwat[a], rilevanti u mhux eċċessiv[a] għall-finijiet li għalih [tinġabar] u/jew [t]iġi iktar ipproċessat[a];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>eżatt[a] u, fejn meħtieġ, [t]inżamm aġġornat[a]; għandu jsir dak kollu raġjonevoli biex ikun assigurat li data li ma tkunx eżatta jew mhux kompleta, meħud kont tal-finijiet li għalihom kien[et] inġab[ret] jew li għalihom ikun sar iktar ipproċessar, [t]itħassar jew [t]issewwa;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>miżmum[a] b’mod li jippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-data għal mhux iktar milli jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom id-data tkun inġabret jew li għalihom tkun iktar ipproċessata. Stati Membri għandhom jistabbilixxu protezzjoni xierqa għal data personali maħżuna għal perijodi itwal għal użu storiku, ta’ statistika jew xjentifiku.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għandu jkun il-kontrollur li jassigura konformità mal-paragrafu 1.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tad-Direttiva 95/46, li jinsab fit-Taqsima II, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Kriterji biex l-ipproċessar ta’ data jkun leġittimu<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, tal-Kapitolu II ta’ din id-direttiva, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Stati Membri għandhom jipprovdu li data personali [t]ista’ [t]kun ipproċessat[a] biss jekk:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>l-ipproċessar ikun meħtieġ għall-finijiet ta’ l-interessi leġittimi li jkollu l-kontrollur jew il-parti terza jew il-partijiet [terzi] li lilhom [t]kun żvelat[a] id-data, ħlief meta dawk l-interessi jiġu wara l-interessi ta’ drittijiet u libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-data li jkun jeħtiġilhom protezzjoni skont l-Artikolu 1(1).<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L‑Artikolu 9 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>L-ipproċessar ta’ data personali u libertà ta’ l-espressjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Stati Membri għandhom jipprovdu għal eżenzjonijiet jew derogi mid-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, il-Kapitolu IV u l-Kapitolu VI dwar l-ipproċessar ta’ data personali magħmul biss għal għanijiet ġurnalistiċi jew għall-iskop ta’ espressjoni artistika jew letterarja jekk dawn ikunu meħtieġa biss biex jirrikonċiljaw id-dritt tal-ħajja parivata mar-regoli li jirregolaw il-libertà ta’ l-espressjoni.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Dritt ta’ aċċess<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Stati Membri għandhom jiggarantixxu lil kull suġġett tad-data d-dritt li jikseb mingħand il-kontrollur:</P><P>[...]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>skond kif jixraq, ir-rettifika, tħassir jew imblokk ta’ data li l-ipproċessar [tagħha] ma jkunx skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, partikolarment minħabba n-natura mhux kompluta jew mhux eżatta tad-data;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 tad-Direttiva 95/46, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Id-dritt tas-suġġett tad-data li jagħmel oġġezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Stati Membri għandhom jagħtu lis-suġġett tad-data d-dritt:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>li, bla ħsara għal dak provdut fil-liġijiet nazzjonali, mill-inqas fil-każi msemmija fl-Artikolu 7(e) u (f), jagħmel oġġezzjoni f’kull żmien kontra l-ipproċessar ta’ data dwaru għal raġunijiet gravi u leġittimi dwar is-sitwazzjoni partikolari tiegħu. Meta jkun hemm oġġezzjoni ġustifikata, l-ipproċessar mibdi mill-kontrollur jista’ ma jibqax [ma jistax jibqa’] juża dak id-data;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 28 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Awtorità ta’ superviżjoni<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="028.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Stat Membru għandu jipprovdi li awtorità pubblika waħda jew aktar ikunu responsabbli tas-sorveljanza ta’ l-applikazzjoni fit-territorju tiegħu tad-dispożizzjonijiet adottati mill-Istati Membri skond din id-Direttiva.</ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="028.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Kull awtorità għandha jkollha partikolarment:</ALINEA><ALINEA><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>setgħat investigattivi, bħalma huma setgħat ta’ aċċess għal data li tagħmel parti mis-suġġett ta’ operazzjonijiet ta’ ipproċessar u setgħat għal ġbir ta’ l-informazzjoni kollha meħtieġa biex twettaq id-dmirijiet tagħha ta’ superviżjoni,</P></ITEM><ITEM><P>setgħat effettivi ta’ intervent, bħalma hu, per eżempju, dak li [...] tordna l-imblokk, tħassir jew distruzzjoni ta’ data, li ma tħallix għal xi żmien jew għal dejjem milli jsir ipproċessar [...]</P></ITEM><ITEM><P>[...]</P></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>Deċiżjonijiet ta’ l-awtorità ta’ superviżjoni li jagħtu lok għal ilmenti jistgħu jkunu appellati fil-qrati.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="028.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Kull awtorità ta’ superviżjoni għandha tisma’ talbiet maghmulin minn kull persuna, jew minn għaqda li tirrappreżenta lil dik il-persuna, dwar il-protezzjoni tad-drittijiet jew libertajiet tagħha fl-ipproċessar ta’ data personali. Il-persuna kkonċernata għandha tkun mgħarrfa bir-riżultat tat-talba. [...]</ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="028.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Kull awtorità ta’ superviżjoni hija kompetenti, tkun liema tkun il-liġi nazzjonali li tkun [t]applika għall-ipproċessar in kwistjoni, li teżerċita, fit-territorju tal-Istat Membru tagħha nfisha, is-setgħat mogħtija lilha skont il-paragrafu 3. Kull awtorità tista’ tintalab li teżerċita s-setgħat tagħha minn awtorità ta’ Stat Membru ieħor.</ALINEA><ALINEA>L-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom jikkooperaw ma xulxin f’dak li jkun meħtieġ biex iwettqu dmirijiethom, partikolarment billi jaqsmu flimkien kull informazzjoni utli.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Spanjol</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Id-Direttiva 95/46 ġiet trasposta fid-dritt Spanjol permezz tal-Liġi Organika Nru 15/1999, tat-<DATE ISO="19991213">13 ta’ Diċembru 1999</DATE>, dwar il-protezzjoni ta’ data personali (BOE Nru 298, tal-<DATE ISO="19991214">14 ta’ Diċembru 1999</DATE>, p. 43088).</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20100305">5 ta’ Marzu 2010</DATE>, M. Costeja González, ċittadin Spanjol u residenti fi Spanja, ressaq quddiem l-AEPD, ilment kontra La Vanguardia Ediciones SL, li tippubblika gazzetta ta’ kuljum b’ċirkolazzjoni kbira, b’mod partikolari f’Catalunya (Spanja) (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>La Vanguardia<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>) kif ukoll kontra Google Spain u Google Inc. Dan l-ilment kien ibbażat fuq il-fatt li, meta utent tal-internet kien idaħħal l-isem ta’ M. Costeja González fil-mutur ta’ tfittxija tal-grupp Google (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Google Search<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>), dan l-utent kien jikseb konnessjonijiet għal żewġ paġni tal-gazzetta ta’ kuljum ta’ La<?PAGE NO="7"?> Vanguardia tad-19 ta’ Jannar u tad-<DATE ISO="19980309">9 ta’ Marzu 1998</DATE> rispettivament, li fuqhom kien jidher avviż, li jsemmi l-isem ta’ M. Costeja González, dwar bejgħ b’irkant ta’ proprjetà immobbli marbut ma’ proċedura ta’ eżekuzzjoni għall-irkupru ta’ dejn tas-sigurtà soċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ dan l-ilment, M. Costeja González talab, minn naħa, li La Vanguardia tiġi ordnata tneħħi jew temenda l-imsemmija paġni sabiex id-data personali tiegħu ma tibqax tidher fuqhom, jew inkella tapplika għodda partikolari pprovduta mill-muturi ta’ tfittxija sabiex tiġi protetta din id-data. Min-naħa l-oħra, huwa talab li Google Spain jew Google Inc. jiġu ordnati jneħħu jew jaħbu d-data personali tiegħu sabiex din id-data ma tibqax tiġi inkluża fir-riżultati ta’ tfittxija u ma tibqax tidher fost il-konnessjonijiet ta’ La Vanguardia. M. Costeja González sostna f’dan il-kuntest li l-proċedura ta’ eżekuzzjoni, li kien is-suġġett tagħha, kienet ilha diversi snin li ngħalqet kompletament u li issa l-indikazzjoni tagħha ma għad għandha ebda rilevanza.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20100730">30 ta’ Lulju 2010</DATE>, l-AEPD ċaħdet dan l-ilment sa fejn kien jikkonċerna lil La Vanguardia, peress li qieset li l-pubblikazzjoni minn din tal-aħħar tal-informazzjoni inkwistjoni kienet legalment iġġustifikata minħabba li kienet seħħet fuq ordni tal-Ministru għax-xogħol u għall-affarijiet soċjali u kellha l-għan li tagħti l-iktar pubbliċità possibbli lill-bejgħ pubbliku sabiex jinġabar l-ikbar numru possibbli ta’ offerenti fil-bejgħ b’irkant.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, dan l-istess ilment intlaqa’ sa fejn kien indirizzat kontra Google Spain u Google Inc. F’dan ir-rigward, l-AEPD ikkunsidrat li l-operaturi ta’ muturi ta’ tfittxija huma suġġetti għal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni tad-data peress li jwettqu pproċessar ta’ data li huma responsabbli għalih u peress li jaġixxu bħala intermedjarji tas-soċjetà tal-informazzjoni. L-AEPD qieset li hija awtorizzata tordna l-irtirar tad-data u l-projbizzjoni ta’ aċċess għal ċerta data mill-operaturi ta’ muturi ta’ tfittxija meta tikkunsidra li l-lokalizzazzjoni u d-diffużjoni ta’ din id-data jkunu ta’ natura li jistgħu jippreġudikaw id-dritt fundamentali ta’ protezzjoni tad-data u d-dinjità tal-persuni, mifhuma f’sens wiesa’ li jinkludi wkoll is-sempliċi rieda tal-persuna kkonċernata li din id-data ma tkunx magħrufa minn terzi. L-AEPD ikkunsidrat li dan l-obbligu jista’ jaqa’ direttament fuq l-operaturi ta’ muturi ta’ tfittxija mingħajr ma jkun neċessarju li d-data jew l-informazzjoni jitħassru mis-sit tal-internet fejn ikunu jinsabu, b’mod partikolari meta ż-żamma ta’ din l-informazzjoni fuq dan is-sit tkun iġġustifikata minn dispożizzjoni legali.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Google Spain u Google Inc. ressqu żewġ kawżi separati kontra l-imsemmija deċiżjoni quddiem l-Audiencia Nacional, li ngħaqdu minn din tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni tar-rinviju, din il-qorti tispjega li l-imsemmija kawżi jqajmu l-kwistjoni ta’ liema huma l-obbligi li għandhom l-operaturi ta’ muturi ta’ tfittxija fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali tal-persuni kkonċernati li ma jkunux jixtiequ li ċerta informazzjoni, li tkun ippubblikata fuq is-siti tal-internet ta’ terzi u li tinkludi d-data personali tagħhom li tippermetti li din l-informazzjoni tintrabat magħhom, tiġi llokalizzata, elenkata f’indiċi u mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-utenti tal-internet b’mod indefinit. Ir-risposta għal din il-kwistjoni tiddependi, skont il-qorti tar-rinviju, mill-mod kif id-Direttiva 95/46 għandha tiġi interpretata fil-kuntest ta’ dawn it-teknoloġiji li bdew jintużaw wara l-pubblikazzjoni tagħha.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Audiencia Nacional iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel dawn id-domandi preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>1)</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna l-applikazzjoni territorjali tad-Direttiva [95/46] u, konsegwentement, tal-leġiżlazzjoni Spanjola dwar il-protezzjoni tad-data personali:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkunsidrat li jeżisti <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>stabbiliment’<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="2019" ID="QE0030"/>, fis-sens tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva [95/46] meta tkun issodisfatta waħda jew iktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>meta l-kumpannija li tforni l-mutur ta’ riċerka toħloq fi Stat Membru fergħa jew sussidjarja intiża sabiex tiżgura l-promozzjoni u l-bejgħ tal-ispazji ta’ reklamar proposti fuq il-mutur ta’ riċerka, u li l-attività tagħha hija orjentata lejn ir-residenti ta’ dan l-Istat Membru,</P></ITEM></LIST></P><P>jew</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>meta l-kumpannija parent taħtar sussidjarja stabbilita f’dan l-Istat Membru bħala r-rappreżentanti tagħha u bħala responsabbli għall-ipproċessar ta’ żewġ fajls speċifiċi li jinkludu d-data tal-klijenti li jkunu kkonkludew servizzi ta’ reklamar ma’ din l-impriża,</P></ITEM></LIST></P><P>jew</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>meta l-fergħa jew is-sussidjarja stabbilita fi Stat Membru tittrażmetti lill-kumpannija parent, ibbażata barra mill-Unjoni Ewropea, l-ilmenti u l-ordnijiet mingħand kemm il-persuni kkonċernati kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti relatati mar-rispett tad-dritt għall-protezzjoni tad-data, anki meta din il-kollaborazzjoni tkun seħħet b’mod volontarju?</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1)(ċ) tad-Direttiva [95/46] għandu jiġi interpretat fis-sens li jeżisti <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>użu ta’ tagħmir [...] li jkun jinsab fit-territorju tal-Istat Membru<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="2019" ID="QE0031"/>:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>meta mutur ta’ riċerka juża crawlers jew robots sabiex jillokalizza u jelenka f’indiċi l-informazzjoni li tinsab f’siti internet li jinsabu fuq servers f’dan l-Istat Membru,</P></ITEM></LIST></P><P>jew</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>meta dan juża isem ta’ domain ta’ Stat Membru u jorjenta r-riċerki u r-riżultati tiegħu skont il-lingwa ta’ dan l-Istat Membru?</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>Il-ħżin temporanju tal-informazzjoni elenkata f’indiċi mill-muturi ta’ riċerka fuq l-internet jista’ jiġi kkunsidrat bħala li jikkostitwixxi użu ta’ tagħmir, fis-sens tal-Artikolu 4(1)(ċ) tad-Direttiva [95/46]? F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din l-aħħar domanda, jista’ jiġi kkunsidrat li dan il-kriterju ta’ konnessjoni huwa ssodisfatt meta l‑impriża tirrifjuta li tiżvela l-post fejn hija taħżen dawn l-indiċi, filwaqt li tinvoka raġunijiet ta’ kompetizzjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>Indipendentement mir-risposta li tingħata lid-domandi preċedenti, u b’mod partikolari fil-każ fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tal-opinjoni li l-kriterji ta’ konnessjoni previsti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva [95/46] ma humiex issodisfatti, il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tirrispondi għad-domanda li ġejja:</TXT><P>Fid-dawl tal-Artikolu 8 tal-[Karta], [id-Direttiva 95/46] għandha tiġi applikata fl-Istat Membru fejn jinsab iċ-ċentru ta’ gravità tal-kunflitt, u li fih id-drittijiet rikonoxxuti liċ-ċittadini tal-Unjoni [...] jistgħu jiġu protetti bl-iżjed mod effettiv?</P></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><?PAGE NO="9"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-attività tal-muturi ta’ riċerka bħala fornituri ta’ kontenut b’konnessjoni mad-[Direttiva 95/46]:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>Fir-rigward [ta’ Google Search], li taġixxi bħala fornitur ta’ kontenut u li l-attività tagħha tikkonsisti f’li ssib informazzjoni ppubblikata jew imqiegħda fuq l-internet minn terzi, telenkaha f’indiċi b’mod awtomatiku, taħżinha temporanjament u fl-aħħar nett tqegħdha għad-dispożizzjoni tal-utenti tal-internet skont ordni ta’ preferenza partikolari, u meta din l-informazzjoni tkun tinkludi data personali ta’ terzi, għandu jiġi kkunsidrat li attività bħal dik deskritta hija inkluża fil-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>ipproċessar ta’ data personali<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="2019" ID="QE0032"/> kif iddefinit fl-Artikolu 2(b) tad-Direttiva [95/46]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>Fil-każ fejn id-domanda preċedenti tingħata risposta fl-affermattiv, u dejjem f’relazzjoni ma’ attività bħal dik deskritta fil-paragrafu preċedenti: L-Artikolu 2(d) tad-Direttiva [95/46] għandu jiġi interpretat fis-sens li għandu jiġi kkunsidrat li l-impriża li topera l-[Google Search] hija l-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="2019" ID="QE0033"/> tad-data personali li tinsab fis-siti internet li hija telenka f’indiċi?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>Fl-ipoteżi fejn id-domanda preċedenti tingħata risposta fl-affermattiv:</TXT><P>L-[AEPD] tista’ sabiex jiġu rrispettati d-drittijiet li jinsabu fl-Artikol[u] 12(b) u [fil-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14] tad-Direttiva [95/46], tordna direttament [lil Google Search] jirtira mill-indiċi tiegħu informazzjoni ppubblikata minn terzi, mingħajr ma tindirizza ruħha preliminarjament jew simultanjament lill-proprjetarju tas-sit internet li fuqu tkun tinsab l-imsemmija informazzjoni?</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>Fl-ipoteżi fejn ir-risposta għad-domanda preċedenti tkun fl-affermattiv:</TXT><P>Il-muturi ta’ riċerka huma liberi mill-obbligu tagħhom li jirrispettaw dawn id-drittijiet meta l-informazzjoni li tinsab fid-data personali kienet ġiet ppubblikata legalment minn terzi u tkun għadha fuq is-sit internet oriġinali?</P></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna l-portata tad-dritt li jinkiseb it-tħassir u/jew li ssir oppożizzjoni għall-ipproċessar ta’ data li tikkonċerna lill-persuna kkonċernata, b’relazzjoni mad-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>dritt li jintesa’<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="2019" ID="QE0034"/>, il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tiddeċiedi jekk:</TXT><P>Id-dritt li jinkiseb it-tħassir u l-ibblokkar tad-data personali u dak li ssir oppożizzjoni għall-ipproċessar tagħha (drittijiet irregolati mill-Artikol[u] 12(b) u [mill-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14] tad-Direttiva [95/46]), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jippermettu lill-persuna kkonċernata [lis-suġġett tad-data] tindirizza ruħha lill-muturi ta’ riċerka sabiex topponi għall-elenkar f’indiċi tal-informazzjoni li tikkonċernaha personalment, ippubblikata fuq siti internet ta’ terzi, billi tinvoka l-volontà tagħha li din l-informazzjoni ma tkunx magħrufa lill-utenti tal-internet meta hija tikkunsidra li din l-informazzjoni tista’ tikkawżalha dannu jew meta tkun tixtieq li din l-informazzjoni tintesa’, anki meta din tkun informazzjoni ppubblikata b’mod legali minn terzi?<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-partijiet (a) u (b) tat-tieni domanda, dwar il-kamp ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ applikazzjoni ratione materiae tad-Direttiva 95/46</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz tal-partijiet (a) u (b) tat-tieni domanda tagħha, li għandhom jiġu eżaminati fl-ewwel lok, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 95/46 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-attività ta’ mutur ta’ tfittxija bħala fornitur ta’ kontenut, li tikkonsisti fit-tisjib<?PAGE NO="10"?> ta’ informazzjoni ppubblikata jew imqiegħda fuq l-internet minn terzi, fl-elenkar b’mod awtomatiku ta’ din l-informazzjoni f’indiċi, fil-ħażna temporanja ta’ din l-informazzjoni u, fl-aħħar nett, fit-tqegħid ta’ din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-utenti tal-internet skont ordni ta’ preferenza partikolari għandha titqies li hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>ipproċessar ta’ data personali<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta din l-informazzjoni tkun tinkludi data personali. Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf ukoll jekk il-punt (d) ta’ dan l-Artikolu 2 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-operatur ta’ mutur ta’ tfittxija għandu jitqies li huwa l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> tal-imsemmi pproċessar ta’ data personali, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Skont Google Spain u Google Inc., l-attività tal-muturi ta’ tfittxija ma tistax titqies li hija pproċessar ta’ data li tidher fuq il-paġni tal-internet ta’ terzi li jintwerew fil-lista tar-riżultati tat-tfittxija peress li dawn il-muturi jipproċessaw l-informazzjoni aċċessibbli fuq l-internet b’mod ġenerali mingħajr ma jagħmlu selezzjoni bejn data personali u informazzjoni oħra. Barra minn hekk, anki jekk jitqies li din l-attività għandha tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>ipproċessar ta’ data<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, l-operatur ta’ mutur ta’ riċerka ma jistax jitqies li huwa l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> ta’ dan l-ipproċessar peress li ma jkollux konoxxenza ta’ din id-data u ma jeżerċitax kontroll fuqha.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, M. Costeja González, il-Gvern Spanjol, il-Gvern Taljan, il-Gvern Awstrijak, il-Gvern Pollakk u l-Kummissjoni Ewropea jqisu li l-imsemmija attività timplika b’mod manifest <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>ipproċessar ta’ data<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> fis-sens tad-Direttiva 95/46, li huwa distint mill-ipproċessar ta’ data mill-edituri tas-siti tal-internet u li għandu finijiet differenti minn dan l-ipproċessar tal-aħħar. Skonthom, l-operatur ta’ mutur ta’ tfittxija huwa l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> tal-ipproċessar ta’ data mwettaq minnu peress li huwa dan l-operatur li jiddetermina l-finijiet u l-mezzi ta’ dan l-ipproċessar.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Skont il-Gvern Elleniku, l-attività inkwistjoni tikkostitwixxi tali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>ipproċessar<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> iżda, sa fejn il-muturi ta’ tfittxija huma sempliċi intermedjarji, l-impriżi li joperawhom ma jistgħux jitqiesu li huma l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>kontrolluri<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, ħlief f’dawk il-każijiet fejn dawn jaħżnu d-data f’<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>memorja intermedjarja<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> jew f’<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>memorja temporanja<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> għal perijodu ta’ żmien li jmur lil hinn minn dak li huwa teknikament neċessarju.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan id-dawl, għandu jiġi osservat li l-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 95/46 jiddefinixxi l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>ipproċessar ta’ data personali<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>kull operazzjoni jew sett ta’ operazzjonijiet li jsiru fuq data personali, b’mezzi awtomatiċi jew mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, reġistrazzjoni, organizzazzjoni, ħażna, adattament jew bdil, rkupru, konsultazzjoni, użu, żvelar bi trasmissjoni, tixrid jew li xort’oħra jagħmlu l-ipproċessar disponibbli jew li jġibu allineament, taħlita, imblokk, tħassir jew distruzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fir-rigward b’mod partikolari tal-internet, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-opportunità tikkonstata li l-attività li tikkonsisti fit-tqegħid, fuq paġna tal-internet, ta’ data personali għandha titqies li hija tali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>ipproċessar<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> fis-sens tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 95/46 (ara s-sentenza Lindqvist, C‑101/01, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:596">EU:C:2003:596</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 25).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-attività inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma huwiex ikkontestat li fost id-data misjuba, elenkata f’indiċi, maħżuna mill-muturi ta’ tfittxija u mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-utenti tagħhom tinsab ukoll informazzjoni li tikkonċerna persuni fiżiċi identifikati jew identifikabbli, u għalhekk <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>data personali<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> fis-sens tal-Artikolu 2(a) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li, billi jirriċerka l-internet b’mod awtomatizzat, kostanti u sistematiku sabiex ifittex informazzjoni li tkun ippubblikata fuq l-internet, l-operatur ta’ mutur ta’ tfittxija jkun qiegħed <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>jiġbor<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> tali data, li huwa sussegwentement <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>jirkupra<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>jirreġistra<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>jorganizza<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> fil-kuntest tal-programmi ta’ elenkar f’indiċi tiegħu, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>jaħżen<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> fuq is-servers tiegħu u, jekk ikun il-każ, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>jikkomunika lil<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0055" ID="QS0055"/>iqiegħed għad-dispożizzjoni ta’<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> l-utenti tiegħu fil-forma ta’ listi ta’ riżultati tat-tfittxijiet tagħhom. Peress li jaqgħu b’mod espliċitu u inkundizzjonat taħt l-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 95/46, dawn l‑operazzjonijiet għandhom jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0056" ID="QS0056"/>ipproċessar<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> fis-sens ta’<?PAGE NO="11"?> din id-dispożizzjoni, mingħajr ma huwa rilevanti li l-operatur ta’ mutur ta’ tfittxija japplika l-istess operazzjonijiet anki għal tipi oħra ta’ informazzjoni u li ma jagħmilx distinzjoni bejn din l-informazzjoni u d-data personali.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-konstatazzjoni preċedenti lanqas ma hija invalidata mill-fatt li din id-data kienet diġà s-suġġett ta’ pubblikazzjoni fuq l-internet u ma tkunx mibdula minn dan il-mutur ta’ tfittxija.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan is-sens, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kkonstatat li l-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 95/46 għandhom jiġu kklassifikati bħala tali pproċessar anki fil-każ fejn jikkonċernaw esklużivament informazzjoni li tkun diġà ppubblikata bħala tali fil-mezzi ta’ komunikazzjoni. Fil-fatt, hija osservat f’dan ir-rigward li deroga ġenerali mill-applikazzjoni tad-Direttiva 95/46 f’tali każ iċċaħħad b’mod estensiv lil din tal-aħħar mis-sens tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Satakunnan Markkinapörssi u Satamedia, C‑73/07, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:727">EU:C:2008:727</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 48 u 49).</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mid-definizzjoni li tinsab fl-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 95/46 jirriżulta li, għalkemm il-bdil ta’ data personali jikkostitwixxi ċertament ipproċessar fis-sens ta’ din id-definizzjoni, l-operazzjonijiet l-oħra msemmija f’dan l-artikolu b’ebda mod ma jeħtieġu, għall-kuntrarju, li din id-data tkun mibdula.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk l-operatur ta’ mutur ta’ tfittxija għandux jiġi kkunsidrat jew le bħala li huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0057" ID="QS0057"/>l-kontrollur tal-ipproċessar<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> ta’ data personali mwettaq minn dan il-mutur fil-kuntest ta’ attività bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jitfakkar li l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 95/46 jiddefinixxi dan il-kontrollur bħala l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0058" ID="QS0058"/>persuna naturali jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li waħdu jew flimkien ma’ oħrajn jiddetermina l-finijiet u l-mezzi ta’ l-ipproċessar ta’ data personali<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Għaldaqstant, huwa l-operatur tal-mutur ta’ tfittxija li jiddetermina l-finijiet u l-mezzi ta’ din l-attività u għalhekk tal-ipproċessar ta’ data personali mwettaq minnu stess fil-kuntest ta’ din l-attività u li għandu, konsegwentement, jitqies li huwa l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0059" ID="QS0059"/>kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/> ta’ dan l-ipproċessar skont l-imsemmi Artikolu 2(d).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li jkun kuntrarju mhux biss għall-formulazzjoni ċara iżda wkoll għall-għan ta’ din id-dispożizzjoni, li huwa li, permezz ta’ definizzjoni wiesgħa tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0060" ID="QS0060"/>kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/>, tiġi żgurata protezzjoni effikaċi u kompleta tas-suġġetti tad-data, jekk minn dan il-kunċett jiġi eskluż l-operatur ta’ mutur ta’ tfittxija minħabba li ma jeżerċitax kontrol fuq id-data personali ppubblikata fuq il-paġni tal-internet ta’ terzi.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li l-ipproċessar ta’ data personali mwettaq fil-kuntest tal-attività ta’ mutur ta’ tfittxija huwa differenti minn u jitwettaq b’mod addizzjonali għall-ipproċessar imwettaq mill-edituri ta’ siti tal-internet, ipproċessar li jikkonsisti fit-tqegħid ta’ din id-data fuq paġna tal-internet.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Barra minn hekk, huwa paċifiku li din l-attività tal-muturi ta’ tfittxija għandha rwol deċiżiv fid-diffużjoni globali ta’ din id-data sa fejn tagħmel din id-data aċċessibbli għal kull utent tal-internet li jwettaq tfittxija fuq il-bażi tal-isem tas-suġġett tad-data, inkluż għall-utenti tal-internet li, li kieku ma kienx għal dawn il-muturi ta’ tfittxija, ma kinux isibu l-paġna tal-internet fejn din l-istess data hija ppubblikata.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-organizzazzjoni u l-kollezzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fuq l-internet imwettqa mill-muturi ta’ tfittxija bil-għan li jiffaċilitaw għall-utenti tagħhom l-aċċess għal din l-informazzjoni, jistgħu jwasslu, meta t-tfittxija ta’ dawn tal-aħħar titwettaq fuq il-bażi tal-isem ta’ persuna fiżika, sabiex dawn l-utenti jiksbu, permezz tal-lista ta’ riżultati, stampa ġenerali strutturata tal-informazzjoni dwar din il-persuna li tista’ tinstab fuq l-internet li tippermettilhom jibnu profil ftit jew wisq iddettaljat tas-suġġett tad-data.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Sa fejn l-attività ta’ mutur ta’ tfittxija tista’ għalhekk tolqot, b’mod sinjifikattiv u b’mod addizzjonali meta mqabbla mal-attività tal-edituri ta’ siti tal-internet, id-drittijiet fundamentali tal-ħajja privata u tal-protezzjoni ta’ data personali, l-operatur ta’ dan il-mutur, bħala l-persuna li tiddetermina l-finijiet u l-mezzi ta’ din l-attività, għandu jiżgura, fil-kuntest tar-responsabbiltajiet tiegħu, tal-kompetenzi tiegħu u tal-possibbiltajiet tiegħu, li din l-attività tissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva 95/46 b’tali mod li l-garanziji previsti minn din id-direttiva jkun jista’ jkollhom l-effetti kollha tagħhom u b’tali mod li tkun tista’ effettivament tinkiseb protezzjoni effikaċi u kompleta tas-suġġetti tad-data, b’mod partikolari tad-dritt tagħhom għar-rispett tal-ħajja privata tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, iċ-ċirkustanza li l-edituri ta’ siti tal-internet għandhom il-possibbiltà li jindikaw lill-operaturi ta’ muturi ta’ tfittxija, b’mod partikolari permezz ta’ protokolli ta’ esklużjoni bħal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0061" ID="QS0061"/>robot.txt<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/> jew ta’ kodiċi bħal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0062" ID="QS0062"/>noindex<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/> jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0063" ID="QS0063"/>noarchive<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/>, li jixtiequ li informazzjoni partikolari, ippubblikata fuq is-sit tagħhom, tiġi eskluża kompletament jew parzjalment mill-indiċi awtomatiċi ta’ dawn il-muturi, ma tfissirx li l-assenza ta’ tali indikazzjoni min-naħa ta’ dawn l-edituri teżenta lill-operatur ta’ mutur ta’ tfittxija mir-responsabbiltà tiegħu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali li huwa jwettaq fil-kuntest tal-attività ta’ dan il-mutur.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Fil-fatt, din iċ-ċirkustanza ma tibdilx il-fatt li l-finijiet u l-mezzi ta’ dan l-ipproċessar jiġu ddeterminati minn dan l-operatur. Barra minn hekk, lanqas jekk jitqies li din il-possibbiltà li għandhom l-edituri ta’ siti tal-internet tfisser li dawn jiddeterminaw flimkien mal-imsemmi operatur il-mezzi tal-imsemmi ipproċessar, din il-konstatazzjoni ma tnaqqas xejn mir-responsabbiltà ta’ dan tal-aħħar peress li l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 95/46 jipprovdi b’mod espliċitu li din id-determinazzjoni tista’ ssir <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0064" ID="QS0064"/>waħdu jew flimkien ma’ oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li r-risposta għall-partijiet (a) u (b) tat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 2(b) u (d) tad-Direttiva 95/46 għandu jiġi interpretat fis-sens li, minn naħa, l-attività ta’ mutur ta’ tfittxija li tikkonsisti fit-tisjib ta’ informazzjoni ppubblikata jew imqiegħda fuq l-internet minn terzi, fl-elenkar b’mod awtomatiku ta’ din l-informazzjoni f’indiċi, fil-ħażna temporanja ta’ din l-informazzjoni u, fl-aħħar nett, fit-tqegħid ta’ din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-utenti tal-internet skont ordni ta’ preferenza partikolari għandha titqies li hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0065" ID="QS0065"/>ipproċessar ta’ data personali<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/>, fis-sens tal-punt (b) ta’ dan l-Artikolu 2, meta din l-informazzjoni tkun tinkludi data personali u, min-naħa l-oħra, l-operatur ta’ dan il-mutur ta’ tfittxija għandu jitqies li huwa l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0066" ID="QS0066"/>kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/> tal-imsemmi pproċessar, fis-sens tal-punt (d) tal-imsemmi Artikolu 2.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-punti (a) sa (d) tal-ewwel domanda, dwar il-kamp ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ applikazzjoni territorjali tad-Direttiva 95/46</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Permezz tal-punti (a) sa (d) tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tixtieq tistabbilixxi jekk huwiex possibbli li l-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 95/46 tiġi applikata f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju stabbilixxiet il-fatti segwenti:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>Google Search huwa propost fuq livell mondjali permezz tas-sit tal-internet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0067" ID="QS0067"/>www.google.com<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/>. F’diversi Stati, jeżistu verżjonijiet lokali aġġustati għal-lingwa nazzjonali. Il-verżjoni bl-Ispanjol ta’ Google Search hija proposta permezz tas-sit tal-internet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0068" ID="QS0068"/>www.google.es<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/>, li ilu rreġistrat mis-<DATE ISO="20030916">16 ta’ Settembru 2003</DATE>. Google Search huwa wieħed mill-iktar muturi ta’ tfittxija użati fi Spanja.</P></ITEM><ITEM><P>Google Search huwa operat minn Google Inc., li hija l-kumpannija parent tal-grupp Google u li l-uffiċċju rreġistrat tagħha jinsab fl-Istati Uniti.</P></ITEM><?PAGE NO="13"?><ITEM><P>Google Search iżomm indiċi bis-siti tal-internet tad-dinja kollha, li fosthom jinsabu s-siti li jinsabu fi Spanja. L-informazzjoni elenkata f’indiċi permezz tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0069" ID="QS0069"/>web crawlers<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/> tiegħu jew tar-robots li jelenkaw f’indiċi, jiġifieri programmi tal-informatika użati sabiex jiġi llokalizzat u identifikat il-kontenut tal-paġni tal-internet b’mod metodiku u awtomatizzat, tinħażen temporanjament f’servers li l-Istat fejn jinsabu ma huwiex magħruf minħabba li din l-informazzjoni partikolari tinżamm sigrieta għal raġunijiet ta’ kompetizzjoni.</P></ITEM><ITEM><P>Google Search ma jipprovdix sempliċement aċċess għall-kontenut maħżun fuq is-siti tal-internet elenkati fl-indiċi iżda jikseb vantaġġ minn din l-attività billi jinkludi, bi ħlas, reklami marbuta mal-kliem ta’ tfittxija introdotti mill-utenti tal-internet, għal impriżi li jkunu jixtiequ jużaw din l-għodda sabiex joffru l-prodotti jew is-servizzi tagħhom lil dawn tal-aħħar.</P></ITEM><ITEM><P>Il-grupp Google juża s-sussidjarja tiegħu Google Spain għall-promozzjoni ta’ bejgħ ta’ spazji għal reklamar iġġenerati fuq is-sit tal-internet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0070" ID="QS0070"/>www.google.com<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/>. Google Spain, li kienet inkorporata fit-<DATE ISO="20030903">3 ta’ Settembru 2003</DATE> u li għandha personalità ġuridika individwali, għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha f’Madrid (Spanja). Hija tiżviluppa l-attivitajiet tagħha essenzjalment għall-impriżi bbażati fi Spanja, billi taġixxi bħala aġent kummerċjali tal-imsemmi grupp f’dan l-Istat Membru. L-għan kummerċjali tagħha huwa li tippromwovi, tiffaċilita u twettaq il-bejgħ ta’ prodotti u ta’ servizzi ta’ reklamar fuq l-internet lil terzi kif ukoll il-marketing ta’ dan ir-reklamar.</P></ITEM><ITEM><P>Google Inc. innominat lil Google Spain bħala kontrollur tal-ipproċessar, fi Spanja, ta’ żewġ fajls irreġistrati minn Google Inc. mal-AEPD, liema fajls huma maħsuba sabiex jinkludu d-data personali tal-klijenti li jkunu kkonkludew kuntratti ta’ servizzi ta’ reklamar ma’ Google Inc.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>B’mod konkret, il-qorti tar-rinviju għandha dubju, prinċipalment, dwar il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0071" ID="QS0071"/>stabbiliment<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/>, fis-sens tal-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 95/46, u dwar il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0072" ID="QS0072"/>użu ta’ tagħmir li jinsab fit-territorju tal-imsemmi Stat Membru<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/>, fis-sens tal-Artikolu 4(1)(ċ) tal-istess direttiva.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-parti (a) tal-ewwel domanda</P></TI></TITLE><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Permezz tal-parti (a) tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 95/46 għandux jiġi interpretat fis-sens li pproċessar ta’ data personali jitwettaq fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ stabbiliment tal-kontrollur ta’ dan l-ipproċessar fit-territorju ta’ Stat Membru, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta waħda jew iktar mit-tliet kundizzjonijiet segwenti jkunu ssodisfatti:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>l-operatur ta’ mutur ta’ tfittxija joħloq fi Stat Membru fergħa jew sussidjarja maħsuba sabiex tiżgura l-promozzjoni u l-bejgħ tal-ispazji ta’ reklamar proposti minn dan il-mutur u li l-attività tagħha tkun orjentata lejn ir-residenti ta’ dan l-Istat Membru, jew</P></ITEM><ITEM><P>il-kumpannija parent tinnomina sussidjarja li tkun tinsab fl-imsemmi Stat Membru bħala r-rappreżentant tagħha u bħala l-kontrollur tal-ipproċessar ta’ żewġ fajls speċifiċi li jinkludu d-data tal-klijenti li jkunu kkonkludew servizzi ta’ reklamar ma’ din l-impriża, jew</P></ITEM><ITEM><P>il-fergħa jew is-sussidjarja stabbilita fi Stat Membru tittrasmetti lill-kumpannija parent, ibbażata barra mill-Unjoni, l-ilmenti u l-ordnijiet li jsirulha kemm mill-persuni kkonċernati u kemm mill-awtoritajiet kompetenti sabiex jiġi rrispettat id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, anki meta din il-kollaborazzjoni sseħħ b’mod volontarju.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel waħda minn dawn it-tliet kundizzjonijiet, il-qorti tar-rinviju tosserva li Google Search huwa operat u ġestit minn Google Inc. u li ma huwiex stabbilit li Google Spain twettaq fi Spanja attività marbuta direttament mal-elenkar f’indiċi jew mal-ħażna ta’ informazzjoni jew ta’ data li<?PAGE NO="14"?> tinsab fis-siti tal-internet ta’ terzi. Madankollu, l-attività ta’ promozzjoni u ta’ bejgħ tal-ispazji ta’ reklamar, eżerċitata minn Google Spain fir-rigward ta’ Spanja, tikkostitwixxi l-parti essenzjali tal-attività kummerċjali tal-grupp Google u tista’ titqies li hija marbuta mill-qrib ma’ Google Search.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>M. Costeja González, il-Gvern Spanjol, il-Gvern Taljan, il-Gvern Awstrijak, il-Gvern Pollakk u l-Kummissjoni jqisu li, fid-dawl tar-rabta inseparabbli bejn l-attività tal-mutur ta’ tfittxija operat minn Google Inc. u dik ta’ Google Spain, din tal-aħħar għandha titqies bħala stabbiliment ta’ dik tal-ewwel, li fil-kuntest tal-attivitajiet tiegħu jitwettaq l-ipproċessar ta’ data personali. Għall-kuntrarju, skont Google Spain, Google Inc. u l-Gvern Elleniku, l-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 95/46 ma għandux jiġi applikat fil-każ tal-ewwel waħda mit-tliet kundizzjonijiet elenkati mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu l-ewwel nett jiġi osservat li l-premessa 19 tad-Direttiva 95/46 tispeċifika li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0073" ID="QS0073"/>stabbiliment fit-territorju ta’ Stat Membru jfisser l-eżerċizzju effettiv u reali ta’ attività permezz ta’ arranġamenti stabbli<QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="201D" ID="QE0073"/> u li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0074" ID="QS0074"/>l-forma legali ta’ stabbiliment bħal dan, kemm jekk sempliċi fergħa jew sussidjarju b’personalità ġuridika, mhux il-fattur determinanti dwar dan<QUOT.END REF.START="QS0074" CODE="201D" ID="QE0074"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Issa, ma huwiex ikkontestat li Google Spain teżerċita effettivament u realment attività permezz ta’ arranġament stabbli fi Spanja. Peress li barra minn hekk għandha personalità ġuridika individwali, Google Spain tikkostitwixxi għalhekk sussidjarja ta’ Google Inc. fit-territorju Spanjol u, għaldaqstant, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0075" ID="QS0075"/>stabbiliment<QUOT.END REF.START="QS0075" CODE="201D" ID="QE0075"/> fis-sens tal-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 95/46.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Sabiex jiġi ssodisfat il-kriterju stabbilit f’din id-dispożizzjoni, huwa meħtieġ ukoll li l-ipproċessar ta’ data personali mill-kontrollur ta’ dan l-ipproċessar <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0076" ID="QS0076"/>isir fil-kuntest ta’ l-attivitajiet<QUOT.END REF.START="QS0076" CODE="201D" ID="QE0076"/> ta’ stabbiliment ta’ dan il-kontrollur fit-territorju ta’ Stat Membru.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Google Spain u Google Inc. jikkontestaw li dan huwa l-każ peress li l-ipproċessar ta’ data personali inkwistjoni fil-kawża prinċipali jitwettaq esklużivament minn Google Inc., li topera Google Search mingħajr ebda intervent min-naħa ta’ Google Spain, li l-attività tagħha hija limitata għall-provvista ta’ sostenn għall-attività ta’ reklamar tal-grupp Google, li hija distinta mis-servizz ta’ mutur ta’ tfittxija tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Madankollu, kif enfasizzaw b’mod partikolari l-Gvern Spanjol u l-Kummissjoni, l-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 95/46 ma jeżiġix li l-ipproċessar ta’ data personali inkwistjoni jsir <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0077" ID="QS0077"/>minn<QUOT.END REF.START="QS0077" CODE="201D" ID="QE0077"/> l-istabbiliment ikkonċernat stess, iżda jeżiġi biss li dan isir <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0078" ID="QS0078"/>fil-kuntest ta’ l-attivitajiet<QUOT.END REF.START="QS0078" CODE="201D" ID="QE0078"/> tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fid-dawl tal-għan tad-Direttiva 95/46 li tiżgura protezzjoni effikaċi u kompleta tal-libertajiet u tad-drittijiet fundamentali tal-persuni fiżiċi, b’mod partikolari tad-dritt għall-ħajja privata, fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali, din l-espressjoni tal-aħħar ma għandhiex tingħata interpretazzjoni ristrettiva (ara, b’analoġija, is-sentenza L’Oréal <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑324/09, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:474">EU:C:2011:474</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 62 u 63).</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest għandu jiġi rrilevat li, b’mod partikolari mill-premessi 18 sa 20 u mill-Artikolu 4 tad-Direttiva 95/46, jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni, billi ppreveda kamp ta’ applikazzjoni territorjali partikolarment wiesa’, kellu l-intenzjoni li jevita li persuna tiġi eskluża mill-protezzjoni ggarantita minn din id-direttiva u li jevita li din il-protezzjoni tiġi ffrustrata.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan l-għan tad-Direttiva 95/46 u tal-formulazzjoni tal-Artikolu 4(1)(a) tagħha, għandu jiġi kkunsidrat li l-ipproċessar ta’ data personali li jsir għall-ħtiġijiet tas-servizz ta’ mutur ta’ tfittxija bħal Google Search, li huwa operat minn impriża li għandha s-sede tagħha fi Stat terz iżda li għandha stabbiliment fi Stat Membru, isir <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0079" ID="QS0079"/>fil-kuntest ta’ l-attivitajiet<QUOT.END REF.START="QS0079" CODE="201D" ID="QE0079"/> ta’ dan l-istabbiliment jekk dan l-ipproċessar ikun maħsub sabiex jiġu żgurati, f’dan l-Istat Membru, il-promozzjoni u l-bejgħ ta’ spazji ta’ reklamar proposti minn dan il-mutur ta’ tfittxija, li jservu sabiex jagħmlu profittabbli s-servizz offrut minn dan il-mutur.</TXT></NP><?PAGE NO="15"?><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Fil-fatt, f’tali ċirkustanzi, l-attivitajiet tal-operatur tal-mutur ta’ tfittxija u dawk tal-istabbiliment tiegħu li jkun jinsab fl-Istat Membru ikkonċernat ikunu marbuta b’mod inseparabbli peress li l-attivitajiet marbuta mal-ispazji ta’ reklamar jikkostitwixxu l-mezz sabiex il-mutur ta’ tfittxija inkwistjoni jkun ekonomikament profittabbli u peress li, fl-istess ħin, dan il-mutur huwa l-mezz li permezz tiegħu jistgħu jitwettqu dawn l-attivitajiet.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, kif ġie speċifikat fil-punti 26 sa 28 ta’ din is-sentenza, il-fatt stess li data personali tintwera fuq paġna ta’ riżultati ta’ tfittxija jikkostitwixxi pproċessar ta’ tali data. Issa, peress li dawn ir-riżultati jintwerew, fuq l-istess paġna, flimkien ma’ reklamar marbut mal-kliem ta’ tfittxija, għandu jiġi kkonstatat li l-ipproċessar ta’ data personali inkwistjoni jsir fil-kuntest tal-attività ta’ reklamar u kummerċjali tal-istabbiliment tal-kontrollur tal-ipproċessar fit-territorju ta’ Stat Membru, f’dan il-każ fit-territorju Spanjol.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jistax jiġi aċċettat li l-ipproċessar ta’ data personali magħmul għall-ħtiġijiet tal-funzjonament tal-imsemmi mutur ta’ tfittxija jiġi eżentat mill-obbligi u mill-garanziji previsti mid-Direttiva 95/46, li jkun jippreġudika l-effettività tagħha u l-protezzjoni effikaċi u kompleta tal-libertajiet u tad-drittijiet fundamentali tal-persuni fiżiċi li huwa l-għan ta’ din id-direttiva li tiżgura (ara, b’analoġija, is-sentenza L’Oréal <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:474">EU:C:2011:474</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 62 u 63), b’mod partikolari d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata tagħhom, fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali, dritt li fir-rigward tiegħu din id-direttiva tagħti importanza partikolari kif ikkonfermat b’mod partikolari fl-Artikolu 1(1) tagħha u fil-premessi 2 u 10 tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Österreichischer Rundfunk <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑465/00, C‑138/01 u C‑139/01, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:294">EU:C:2003:294</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 70; Rijkeboer, C‑553/07, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:293">EU:C:2009:293</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 47, kif ukoll IPI, C‑473/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:715">EU:C:2013:715</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 28 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Sa fejn l-ewwel waħda mit-tliet kundizzjonijiet elenkati mill-qorti tar-rinviju hija biżżejjed waħedha sabiex jiġi konkluż li stabbiliment bħal Google Spain jissodisfa l-kriterju previst fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 95/46, ma huwiex meħtieġ li jiġu eżaminati ż-żewġ kundizzjonijiet l-oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li r-risposta għall-parti (a) tal-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 95/46 għandu jiġi interpretat fis-sens li pproċessar ta’ data personali jitwettaq fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ stabbiliment tal-kontrollur ta’ dan l-ipproċessar fit-territorju ta’ Stat Membru, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta l-operatur ta’ mutur ta’ tfittxija joħloq fi Stat Membru fergħa jew sussidjarja maħsuba sabiex tiżgura l-promozzjoni u l-bejgħ tal-ispazji ta’ reklamar proposti minn dan il-mutur u li l-attività tagħha tkun orjentata lejn ir-residenti ta’ dan l-Istat Membru.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-partijiet (b) sa (d) tal-ewwel domanda</P></TI></TITLE><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-parti (a) tal-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għall-partijiet (b) sa (d) tal-ewwel domanda.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-partijiet (c) u (d) tat-tieni domanda, dwar il-portata tar-responsabbiltà tal-operatur ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ mutur ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ tfittxija skont id-Direttiva 95/46</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Permezz tal-partijiet (c) u (d) tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 12(b) u l-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 95/46 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li, sabiex jiġu rrispettati d-drittijiet previsti f’dawn id-dispożizzjonijiet, l-operatur ta’ mutur ta’ tfittxija huwa obbligat ineħħi mil-lista ta’ riżultati, li tintwera wara tfittxija mwettqa fuq il-bażi tal-isem ta’ persuna, il-konnessjonijiet lejn paġni tal-internet, ippubblikati minn terzi u li jinkludu informazzjoni dwar din il-persuna, anki fil-każ fejn dan l-isem jew din l-informazzjoni ma jkunux tneħħew preċedentement jew simultanjament minn dawn il-paġni tal-internet, u dan, jekk ikun il-każ, anki meta l-pubblikazzjoni tagħhom fuq dawn il-paġni tkun, fiha nnifisha, leġittima.</TXT></NP><?PAGE NO="16"?><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Google Spain u Google Inc. iqisu li, skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kull talba intiża għat-tneħħija ta’ informazzjoni għandha titressaq lill-editur tas-sit tal-internet ikkonċernat peress li huwa dan tal-aħħar li jieħu r-responsabbiltà li jagħmel l-informazzjoni pubblika, li huwa f’pożizzjoni li jevalwa l-leġittimità ta’ din il-pubblikazzjoni u li għandu l-mezzi l-iktar effikaċi u l-inqas restrittivi sabiex jagħmel din l-informazzjoni inaċċessibbli. Barra minn hekk, jekk l-operatur ta’ mutur ta’ tfittxija jiġi obbligat jirtira mill-indiċi tiegħu informazzjoni ppubblikata fuq l-internet, id-drittijiet fundamentali tal-edituri ta’ siti tal-internet, ta’ utenti oħra tal-internet kif ukoll ta’ dan l-operatur stess ma jkunux qegħdin jittieħdu suffiċjentement inkunsiderazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Skont il-Gvern Awstrijak, awtorità ta’ superviżjoni nazzjonali tista’ tordna lil tali operatur li jħassar mill-fajls tiegħu informazzjoni ppubblikata minn terzi biss jekk l-illegalità jew l-ineżattezza tad-data inkwistjoni tkun ġiet ikkonstatata minn qabel jew jekk is-suġġett tad-data jkun ressaq b’suċċess oġġezzjoni quddiem l-editur tas-sit tal-internet li fuqu tkun ġiet ippubblikata din l-informazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>M. Costeja González, il-Gvern Spanjol, il-Gvern Taljan, il-Gvern Pollakk u l-Kummissjoni jqisu li l-awtorità nazzjonali tista’ tordna direttament lill-operatur ta’ mutur ta’ tfittxija jirtira mill-indiċi tiegħu u mill-memorja intermedjarja tiegħu l-informazzjoni li tinkludi data personali ppubblikata minn terzi, mingħajr ma tkun meħtieġa tindirizza ruħha preċedentement jew simultanjament lill-editur tal-paġna tal-internet li fuqha tkun tinsab din l-informazzjoni. Barra minn hekk, skont M. Costeja González, il-Gvern Spanjol, il-Gvern Taljan u l-Kummissjoni, il-fatt li l-imsemmija informazzjoni tkun ġiet ippubblikata b’mod leġittimu u li din tkun għadha tidher fuq il-paġna tal-internet oriġinali ma għandu ebda impatt fuq l-obbligi tal-imsemmi operatur taħt id-Direttiva 95/46. Għall-kuntrarju, għall-Gvern Pollakk, dan il-fatt huwa ta’ natura li jeżenta lil dan l-operatur mill-obbligi tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, kif jirriżulta mill-Artikolu 1 tagħha u mill-premessa 10 tagħha, id-Direttiva 95/46 hija intiża li tiggarantixxi livell għoli ta’ protezzjoni tal-libertajiet u tad-drittijiet fundamentali tal-persuni fiżiċi, b’mod partikolari tal-ħajja privata tagħhom, fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza IPI, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:715">EU:C:2013:715</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 28).</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Skont il-premessa 25 tad-Direttiva 95/46, il-prinċipji ta’ protezzjoni previsti f’din id-direttiva għandhom ikunu riflessi, minn naħa, fl-obbligi imposti fuq il-persuni li jipproċessaw id-data, obbligi li jikkonċernaw b’mod partikolari l-kwalità tad-data, is-sigurtà teknika, in-notifika lill-awtorità ta’ superviżjoni, iċ-ċirkustanzi li fihom jista’ jsir l-ipproċessar, u, min-naħa l-oħra, fid-drittijiet mogħtija lill-persuni li d-data tagħhom tkun is-suġġett ta’ pproċessar li jkunu informati dwar dan, li jkunu jistgħu jkollhom aċċess għad-data, li jkunu jistgħu jitolbu rettifiki tad-data, u li saħansitra joġġezzjonaw għall-ipproċessar f’ċerti kundizzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46, sa fejn jirregolaw l-ipproċessar ta’ data personali li tista’ tippreġudika l-libertajiet fundamentali u, b’mod partikolari, id-dritt għall-ħajja privata, għandhom neċessarjament jiġu interpretati fid-dawl tad-drittijiet fundamentali li, skont ġurisprudenza stabbilita, jagħmlu parti integrali mill-prinċipji ġenerali tad-dritt li l-Qorti tal-Ġustizzja tiżgura l-osservanza tagħhom u li issa jinsabu rrikonoxxuti fil-Karta (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Connolly vs Il-Kummissjoni, C‑274/99 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:127">EU:C:2001:127</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 37, kif ukoll Österreichischer Rundfunk <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:294">EU:C:2003:294</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 68).</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, l-Artikolu 7 tal-Karta jiggarantixxi d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata, filwaqt li l-Artikolu 8 tal-Karta jirrikonoxxi espliċitament id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. L-Artikolu 8(2) u (3) tal-Karta jispeċifika li din id-data għandha tiġi pproċessata b’mod ġust, għal finijiet iddeterminati u abbażi tal-kunsens tal-persuna li tkun is-suġġett tad-data jew fuq bażi oħra leġittima stabbilita mil-liġi, li kull persuna għandha d-dritt ta’ aċċess għad-data miġbura li tikkonċernaha u d-dritt li tikseb ir-rettifika tagħha, u li l-osservanza ta’ dawn ir-regoli għandha titqiegħed taħt il-kontroll ta’ awtorità indipendenti. Dawn ir-rekwiżiti huma implementati b’mod partikolari permezz tal-Artikoli 6, 7, 12, 14 u 28 tad-Direttiva 95/46.</TXT></NP><?PAGE NO="17"?><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 12(b) tad-Direttiva 95/46, dan jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu lil kull suġġett tad-data d-dritt li jikseb mingħand il-kontrollur, skont il-każ, ir-rettifika, it-tħassir jew l-imblokk tad-data li l-ipproċessar tagħha ma jkunx konformi mad-Direttiva 95/46, b’mod partikolari minħabba n-natura inkompleta jew ineżatta tad-data. Peress li din il-preċiżazzjoni tal-aħħar dwar il-każ li ma jkunux osservati ċerti rekwiżiti previsti fl-Artikolu 6(1)(d) tad-Direttiva 95/46 għandha n-natura ta’ eżempju u ma hijiex eżawrjenti, minn dan isegwi li n-nuqqas ta’ konformità tal-ipproċessar, li jista’ jintitola lis-suġġett tad-data għad-dritt iggarantit mill-Artikolu 12(b) tal-imsemmija direttiva, jista’ jirriżulta wkoll min-nuqqas ta’ osservanza ta’ kundizzjonijiet oħra ta’ leġittimità imposti minn din id-direttiva fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, bla ħsara għad-derogi ammessi taħt l-Artikolu 13 tad-Direttiva 95/46, kull ipproċessar ta’ data għandu, minn naħa, ikun konformi mal-prinċipji dwar il-kwalità tad-data stabbiliti fl-Artikolu 6 ta’ din id-direttiva u, min-naħa l-oħra, jissodisfa wieħed mill-prinċipji dwar in-natura leġittima tal-ipproċessar ta’ data elenkati fl-Artikolu 7 tal-imsemmija direttiva (ara s-sentenzi Österreichischer Rundfunk <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:294">EU:C:2003:294</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 65; ASNEF u FECEMD, C‑468/10 u C‑469/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:777">EU:C:2011:777</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 26, kif ukoll Worten, C‑342/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:355">EU:C:2013:355</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 33).</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Skont dan l-Artikolu 6 u bla ħsara għal dispożizzjonijiet speċifiċi li l-Istati Membri jistgħu jipprevedu fir-rigward tal-ipproċessar għal finijiet storiċi, ta’ statistika jew xjentifiċi, il-kontrollur tal-ipproċessar għandu jiżgura li d-data personali tkun <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0080" ID="QS0080"/>ipproċessata b’mod ġust u legali<QUOT.END REF.START="QS0080" CODE="201D" ID="QE0080"/>, li din id-data tinġabar <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0081" ID="QS0081"/>għal finijiet speċifiċi, espliċiti u leġittimi u [ma tkunx] ipproċessat[a] aktar b’mod li ma jkunx kompatibbli ma dawk il-finijiet<QUOT.END REF.START="QS0081" CODE="201D" ID="QE0081"/>, li din id-data tkun <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0082" ID="QS0082"/>adekwat[a], rilevanti u mhux eċċessiv[a] għall-finijiet li għalih [tinġabar] u/jew [tiġi] iktar ipproċessat[a]<QUOT.END REF.START="QS0082" CODE="201D" ID="QE0082"/>, li din id-data tkun <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0083" ID="QS0083"/>eżatt[a] u, fejn meħtieġ, [t]inżamm aġġornat[a]<QUOT.END REF.START="QS0083" CODE="201D" ID="QE0083"/> u, fl-aħħar nett, li din id-data tinżamm <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0084" ID="QS0084"/>b’mod li jippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-data għal mhux iktar milli jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom id-data tkun inġabret jew li għalihom tkun iktar ipproċessata<QUOT.END REF.START="QS0084" CODE="201D" ID="QE0084"/>. F’dan il-kuntest, dan il-kontrollur għandu jieħu l-miżuri raġonevoli kollha sabiex id-data li ma tkunx tissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-dispożizzjoni titħassar jew tiġi rrettifikata.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Fir-rigward tan-natura leġittima, taħt l-Artikolu 7 tad-Direttiva 95/46, ta’ pproċessar bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali mwettaq mill-operatur ta’ mutur ta’ tfittxija, dan l-ipproċessar huwa ta’ natura tali li jista’ jaqa’ taħt ir-raġuni prevista fl-Artikolu 7(f) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni tippermetti l-ipproċessar ta’ data personali meta dan ikun meħtieġ sabiex jintlaħaq l-interess leġittimu segwit mill-kontrollur tal-ipproċessar jew mit-terz jew mit-terzi li lilhom tkun ikkomunikata d-data, sakemm ma jkunux iktar importanti l-interess jew il-libertajiet u d-drittijiet fundamentali tas-suġġett tad-data, b’mod partikolari d-dritt tiegħu għar-rispett tal-ħajja privata tiegħu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali, li jeħtieġu protezzjoni taħt l-Artikolu 1(1) ta’ din id-direttiva. Għaldaqstant, l-applikazzjoni tal-Artikolu 7(f) tal-imsemmija direttiva teħtieġ ibbilanċjar tad-drittijiet u tal-interessi opposti inkwistjoni li fil-kuntest tiegħu għandha tittieħed inkunsiderazzjoni l-importanza tad-drittijiet tas-suġġett tad-data li jirriżultaw mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta (ara s-sentenza ASNEF u FECEMD, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:777">EU:C:2011:777</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 38 u 40).</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Filwaqt li l-konformità tal-ipproċessar mal-Artikoli 6 u 7(f) tad-Direttiva 95/46 tista’ tiġi vverifikata fil-kuntest ta’ talba fis-sens tal-Artikolu 12(b) ta’ din id-direttiva, is-suġġett tad-data jista’, barra minn hekk, jinvoka, f’ċerti kundizzjonijiet, id-dritt ta’ oġġezzjoni previst fil-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14 tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Skont dan il-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14, l-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu lis-suġġett tad-data d-dritt, minn tal-inqas fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 7(e) u (f) tad-Direttiva 95/46, li joġġezzjona f’kull ħin, għal raġunijiet gravi u leġittimi marbuta mas-sitwazzjoni partikolari tiegħu, għall-ipproċessar ta’ data li tikkonċernah, sakemm ma jkunx hemm dispożizzjoni kuntrarja fid-dritt nazzjonali. Għalhekk, l-ibbilanċjar li għandu jitwettaq fil-kuntest tal-imsemmi<?PAGE NO="18"?> punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14 jippermetti li jittieħdu inkunsiderazzjoni b’mod iktar speċifiku ċ-ċirkustanzi kollha tas-sitwazzjoni konkreta tas-suġġett tad-data. Fil-każ ta’ oġġezzjoni ġġustifikata, l-ipproċessar implementat mill-kontrollur ta’ dan l-ipproċessar ma jkunx jista’ jibqa’ jkopri din id-data.</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>It-talbiet fis-sens tal-Artikolu 12(b) u tal-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 95/46 jistgħu jiġu indirizzati direttament mis-suġġett tad-data lill-kontrollur tal-ipproċessar li, f’dan il-każ, ikollu jeżamina debitament il-fondatezza ta’ dawn it-talbiet u, jekk ikun il-każ, iwaqqaf l-ipproċessar tad-data inkwistjoni. Fil-każ li l-kontrollur tal-ipproċessar ma jiħux provvedimenti fid-dawl ta’ dawn it-talbiet, is-suġġett tad-data jista’ jressaq il-każ tiegħu quddiem l-awtorità ta’ superviżjoni jew quddiem l-awtorità ġudizzjarja sabiex dawn iwettqu l-verifiki meħtieġa u konsegwentement jordnaw lil dan il-kontrollur jieħu miżuri preċiżi.</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li mill-Artikolu 28(3) u (4) tad-Direttiva 95/46 jirriżulta li kull awtorità ta’ superviżjoni tista’ tkun adita minn kull persuna b’talba dwar il-protezzjoni tad-drititjiet u tal-libertajiet tagħha fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u li din l-awtorità għandu jkollha setgħat investigattivi u setgħat effettivi ta’ intervent li jippermettulha tordna b’mod partikolari l-imblokk, it-tħassir jew id-distruzzjoni ta’ data, jew li tipprojbixxi temporanjament jew definittivament tali pproċessar.</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet li għandhom jiġu interpretati u applikati d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46 li jirregolaw id-drittijiet tas-suġġett tad-data meta l-awtorità ta’ superviżjoni jew l-awtorità ġudizzjarja jkunu aditi minn dan tal-aħħar b’talba bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>F’dan id-dawl, għandu jiġi osservat qabel kollox li, kif ġie kkonstatat fil-punti 36 sa 38 ta’ din is-sentenza, ipproċessar ta’ data personali, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, imwettaq mill-operatur ta’ mutur ta’ tfittxija, jista’ jolqot b’mod sinjifikattiv id-drittijiet fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata u għall-protezzjoni tad-data personali meta t-tfittxija permezz ta’ dan il-mutur titwettaq fuq il-bażi tal-isem ta’ persuna fiżika, peress li l-imsemmi pproċessar jippermetti lil kull utent tal-internet jikseb, permezz tal-lista ta’ riżultati, stampa ġenerali strutturata tal-informazzjoni dwar din il-persuna li tista’ tinstab fuq l-internet, informazzjoni li potenzjalment tista’ tikkonċerna diversi aspetti tal-ħajja privata tiegħu u li, mingħajr l-imsemmi mutur ta’ tfittxija, kien ikun impossibbli jew diffiċli ħafna li jiġu konnessi flimkien, u li b’hekk tali utent ikun jista’ jibni profil ftit jew wisq iddettaljat tas-suġġett tad-data. Barra minn hekk, il-portata tal-effett tal-interferenza fl-imsemmija drittijiet tas-suġġett tad-data hija msaħħa minħabba r-rwol importanti li għandhom l-internet u l-muturi ta’ tfittxija fis-soċjetà moderna, li jagħtu lill-informazzjoni li tkun tinsab f’tali lista ta’ riżultati natura omnipreżenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza eDate Advertising <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑509/09 u C‑161/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:685">EU:C:2011:685</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 45).</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-gravità potenzjali ta’ din l-interferenza, għandu jiġi kkonstatat li din l-interferenza ma tistax tiġi ġġustifikata abbażi biss tal-interess ekonomiku li tali pproċessar jirrappreżenta għall-operatur ta’ tali mutur. Madankollu, sa fejn it-tneħħija ta’ konnessjonijiet mil-lista ta’ riżultati jista’ jkollha, fid-dawl tal-informazzjoni inkwistjoni, riperkussjonijiet fuq l-interess leġittimu tal-utenti tal-internet li jista’ jkollhom interess li jkollhom aċċess għall-informazzjoni inkwistjoni, għandu jipprova jintlaħaq, f’sitwazzjonijiet bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, bilanċ ġust b’mod partikolari bejn dan l-interess u d-drittijiet fundamentali ta’ dan is-suġġett tad-data taħt l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta. Għalkemm huwa minnu li d-drittijiet tas-suġġett tad-data protetti minn dawn l-aritkoli jipprevalu wkoll, b’mod ġenerali, fuq l-imsemmi interess tal-utenti tal-internet, dan il-bilanċ jista’ madankollu jiddependi, f’każijiet partikolari, min-natura tal-informazzjoni inkwistjoni u min-natura sensittiva tagħha għall-ħajja privata tas-suġġett tad-data, kif ukoll mill-interess tal-pubbliku li jkollu din l-informazzjoni, li jista’ jvarja b’mod partikolari skont ir-rwol li għandu dan is-suġġett tad-data fil-ħajja pubblika.</TXT></NP><?PAGE NO="19"?><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Meta jtemmu l-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tal-Artikolu 12(b) u tal-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 95/46 li għandha titwettaq meta jkunu aditi b’talba bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-awtorità ta’ superviżjoni jew l-awtorità ġudizzjarja jistgħu jordnaw lill-imsemmi operatur sabiex ineħħi mil-lista ta’ riżultati, li tintwera wara tfittxija mwettqa fuq il-bażi tal-isem ta’ persuna, il-konnessjonijiet lejn paġni tal-internet, ippubblikati minn terzi u li jinkludu informazzjoni dwar din il-persuna, mingħajr ma jkun meħtieġ, sabiex tingħata ordni f’dan is-sens, li dan l-isem jew din l-informazzjoni jkunu, b’mod volontarju mill-editur jew fuq ordni ta’ waħda minn dawn l-awtoritajiet, tneħħew preċedentement jew simultanjament mill-paġna tal-internet fejn ikunu ġew ippubblikati.</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif ġie kkonstatat fil-punti 35 sa 38 ta’ din is-sentenza, sa fejn l-ipproċessar ta’ data mwettaq fil-kuntest tal-attività ta’ mutur ta’ tfittxija huwa differenti minn u jitwettaq b’mod addizzjonali għall-ipproċessar imwettaq mill-edituri ta’ siti tal-internet u jolqot b’mod addizzjonali d-drittijiet fundamentali tas-suġġett tad-data, l-operatur ta’ dan il-mutur, bħala l-kontrollur ta’ dan l-ipproċessar, għandu jiżgura, fil-kuntest tar-responsabbiltajiet tiegħu, tal-kompetenzi tiegħu u tal-possibbiltajiet tiegħu, li dan l-ipproċessar jissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva 95/46, b’tali mod li l-garanziji previsti minnha jkun jista’ jkollhom l-effetti kollha tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, fid-dawl tal-faċilità li biha informazzjoni ppubblikata fuq sit tal-internet tista’ tiġi rriprodotta fuq siti oħra u fid-dawl tal-fatt li l-kontrolluri tal-pubblikazzjoni tagħha mhux dejjem ikunu suġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, ma tkunx tista’ tinkiseb protezzjoni effikaċi u kompleta tas-suġġetti tad-data jekk dawn ikollhom preċedentement jew simultanjament jiksbu t-tħassir tal-informazzjoni li tikkonċernahom min-naħa tal-edituri tas-siti tal-internet.</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-ipproċessar mill-editur ta’ paġna tal-internet, li jikkonsisti fil-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar persuna fiżika, jista’ jsir, skont il-każ, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0085" ID="QS0085"/>biss għal għanijiet ġurnalisitiċi<QUOT.END REF.START="QS0085" CODE="201D" ID="QE0085"/> u għalhekk jista’ jibbenefika, taħt l-Artikolu 9 tad-Direttiva 95/46, minn derogi għar-rekwiżiti stabbiliti minn din id-direttiva, filwaqt li dan ma jidhirx li huwa l-każ fir-rigward tal-ipproċessar imwettaq mill-operatur ta’ mutur ta’ tfittxija. B’hekk, ma jistax jiġi eskluż li s-suġġett tad-data jkun jista’, f’ċerti ċirkustanzi, jeżerċita d-drittijiet previsti fl-Artikolu 12(b) u fil-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 95/46 kontra l-imsemmi operatur iżda mhux kontra l-editur tal-imsemmija paġna tal-internet.</TXT></NP><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiġi kkonstatat li minbarra l-fatt li r-raġuni li tiġġustifika, skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 95/46, il-pubblikazzjoni ta’ data personali fuq sit tal-internet ma tikkoinċidix neċessarjament mar-raġuni li tapplika għall-attività tal-muturi ta’ tfittxija, anki meta dan ikun il-każ, ir-riżultat tal-ibbilanċjar tal-interessi inkwistjoni li għandu jitwettaq skont l-Artikolu 7(f) u l-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14 ta’ din id-direttiva jista’ jvarja skont jekk ikunx involut l-ipproċessar imwettaq mill-operatur ta’ mutur ta’ tfittxija jew l-ipproċessar imwettaq mill-editur ta’ din il-paġna tal-internet peress li, minn naħa, l-interessi leġittimi li jiġġustifikaw dawn iż-żewġ istanzi ta’ pproċessar jistgħu jkunu differenti u, min-naħa l-oħra, il-konsegwenzi tal-imsemmija istanzi ta’ pproċessar għas-suġġett tad-data, u b’mod partikolari għall-ħajja privata tiegħu, ma humiex neċessarjament l-istess.</TXT></NP><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>Fil-fatt, sa fejn l-inklużjoni fil-lista ta’ riżultati, li tintwera wara tfittxija mwettqa fuq il-bażi tal-isem ta’ persuna, ta’ paġna tal-internet u tal-informazzjoni li tkun tinsab f’din il-paġna dwar din il-persuna tiffaċilita b’mod kunsiderevoli l-aċċessibbiltà għal din l-informazzjoni minn kull utent tal-internet li jwettaq tfittxija dwar is-suġġett tad-data u jista’ jkollha rwol deċiżiv fir-rigward tad-diffużjoni ta’ din l-informazzjoni, tali inklużjoni tista’ tikkostitwixxi interferenza iktar sinjifikattiva fid-dritt fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata tas-suġġett tad-data milli l-pubblikazzjoni mill-editur ta’ din il-paġna tal-internet.</TXT></NP><?PAGE NO="20"?><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta li għandha tingħata għall-partijiet (c) u (d) tat-tieni domanda hija li l-Artikolu 12(b) u l-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 95/46 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, sabiex jiġu rrispettati d-drittijiet previsti f’dawn id-dispożizzjonijiet u sakemm il-kundizzjonijiet previsti f’dawn id-dispożizzjonijiet ikunu effettivament issodisfatti, l-operatur ta’ mutur ta’ tfittxija huwa obbligat ineħħi mil-lista ta’ riżultati, li tintwera wara tfittxija mwettqa fuq il-bażi tal-isem ta’ persuna, il-konnessjonijiet lejn paġni tal-internet, ippubblikati minn terzi u li jinkludu informazzjoni dwar din il-persuna, anki fil-każ fejn dan l-isem jew din l-informazzjoni ma jkunux tneħħew preċedentement jew simultanjament minn dawn il-paġni tal-internet, u dan, jekk ikun il-każ, anki meta l-pubblikazzjoni tagħhom fuq dawn il-paġni tkun, fiha nnifisha, leġittima.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda, dwar il-portata tad-drittijiet tas-suġġett tad-data ggarantiti mid-Direttiva 95/46</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 12(b) u l-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 95/46 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jippermettu lis-suġġett tad-data jeżiġi li l-operatur ta’ mutur ta’ tfittxija jneħħi mil-lista ta’ riżultati, li tintwera wara tfittxija mwettqa fuq il-bażi tal-isem ta’ dan is-suġġett tad-data, konnessjonijiet lejn paġni tal-internet, ippubblikati legalment minn terzi u li jinkludu informazzjoni li hija vera dwar dan is-suġġett tad-data, għar-raġuni li din l-informazzjoni tkun tista’ tippreġudikah jew għar-raġuni li jkun jixtieq li din l-informazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0086" ID="QS0086"/>tintesa<QUOT.END REF.START="QS0086" CODE="201D" ID="QE0086"/> wara ċertu żmien.</TXT></NP><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>Google Spain, Google Inc., il-Gvern Elleniku, il-Gvern Awstrijak, il-Gvern Pollakk u l-Kummissjoni jqisu li din id-domanda għandha tingħata risposta negattiva. Google Spain, Google Inc., il-Gvern Pollakk u l-Kummissjoni jsostnu f’dan ir-rigward li l-Artikolu 12(b) u l-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 95/46 jagħtu drittijiet lis-suġġetti tad-data biss meta l-ipproċessar inkwistjoni jkun inkompatibbli ma’ din id-direttiva jew meta jkun hemm raġunijiet gravi u leġittimi marbuta mas-sitwazzjoni partikolari tagħhom, u mhux sempliċement meta dawn iqisu li dan l-ipproċessar ikun ta’ natura tali li jista’ jippreġudikahom jew meta jkunu jixtiequ li d-data li tkun is-suġġett tal-imsemmi pproċessar tintesa. Il-Gvern Elleniku u l-Gvern Awstrijak iqisu li s-suġġett tad-data għandu jindirizza ruħu lill-editur tas-sit tal-internet ikkonċernat.</TXT></NP><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>M. Costeja González, il-Gvern Spanjol u l-Gvern Taljan huma tal-fehma li s-suġġett tad-data jista’ joġġezzjoni għall-elenkar f’indiċi tad-data personali tiegħu minn mutur ta’ tfittxija meta d-diffużjoni ta’ din id-data permezz ta’ mutur tikkawżalu preġudizzju u meta d-drittijiet fundamentali tiegħu għall-protezzjoni tal-imsemmija data u għar-rispett tal-ħajja privata, li jinkludu d-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0087" ID="QS0087"/>dritt li d-data tintesa<QUOT.END REF.START="QS0087" CODE="201D" ID="QE0087"/>, jirbħu fuq l-interessi leġittimi tal-operatur tal-imsemmi mutur u fuq l-interess ġenerali għal-libertà ta’ informazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>92</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 12(b) tad-Direttiva 95/46, li l-applikazzjoni tiegħu hija suġġetta għall-kundizzjoni li l-ipproċessar ta’ data personali jkun inkompatibbli ma’ din id-direttiva, għandu jitfakkar li, kif ġie rrilevat fil-punt 72 ta’ din is-sentenza, tali inkompatibbiltà tista’ tirriżulta mhux biss mill-fatt li din id-data tkun ineżatta iżda wkoll, b’mod partikolari, mill-fatt li din id-data tkun inadegwata, irrilevanti jew eċċessiva fir-rigward tal-finijiet tal-ipproċessar, li din id-data ma tkunx aġġornata jew li din id-data tinżamm għal perijodu itwal minn dak neċessarju, sakemm iż-żamma tagħha ma tkunx meħtieġa għal finijiet storiċi, ta’ statistika jew xjentifiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>93</NO.P><TXT>Minn dawn ir-rekwiżiti, previsti fl-Artikolu 6(1)(ċ) sa (e) tad-Direttiva 95/46, jirriżulta li anki pproċessar inizjalment leġittimu ta’ data eżatta jista’ jsir, biż-żmien, inkompatibbli ma’ din id-direttiva meta din id-data ma tkunx iktar neċessarja fir-rigward tal-finijiet li għalihom tkun inġabret jew tkun ġiet ipproċessata. Dan ikun b’mod partikolari l-każ meta d-data tidher li hija inadegwata, li ma hijiex jew ma għadhiex rilevanti jew li hija eċċessiva fir-rigward ta’ dawn il-finijiet u taż-żmien li jkun għadda.</TXT></NP><?PAGE NO="21"?><NP><NO.P>94</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fil-każ li jiġi kkonstatat, wara talba mis-suġġett tad-data taħt l-Artikolu 12(b) tad-Direttiva 95/46, li l-inklużjoni fil-lista ta’ riżultati, li tintwera wara tfittxija mwettqa fuq il-bażi tal-isem tiegħu, tal-konnessjonijiet lejn paġni tal-internet, ippubblikati legalment minn terzi u li jinkludu informazzjoni personali li hija vera, tkun, attwalment, inkompatibbli mal-imsemmi Artikolu 6(1)(ċ) sa (e), minħabba l-fatt li din l-informazzjoni tidher, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha li jikkaratterizzaw il-każ ineżami, li hija inadegwata, li ma hijiex jew ma għadhiex rilevanti jew li hija eċċessiva fir-rigward tal-finijiet tal‑ipproċessar inkwistjoni mwettaq mill-operatur tal-mutur ta’ tfittxija, l-informazzjoni u l-konnessjonijiet ikkonċernati tal-imsemmija lista ta’ riżultati għandhom jitħassru.</TXT></NP><NP><NO.P>95</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-talbiet fis-sens ta’ dan l-Artikolu 12(b), ibbażati fuq l-allegat nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 7(f) tad-Direttiva 95/46 kif ukoll fir-rigward tat-talbiet taħt il-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14 ta’ din id-direttiva, għandu jiġi osservat li kull ipproċessar ta’ data personali għandu jkun leġittimu fis-sens ta’ dan l-Artikolu 7 għall-perijodu kollu li matulu jitwettaq.</TXT></NP><NP><NO.P>96</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, fil-kuntest tal-evalwazzjoni ta’ tali talbiet imressqa fil-konfront ta’ pproċessar bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jiġi eżaminat b’mod partikolari jekk is-suġġett tad-data għandux dritt li l-informazzjoni dwar il-persuna tiegħu ma tibqax attwalment marbuta ma’ ismu permezz ta’ lista ta’ riżultati, li tintwera wara tfittxija mwettqa fuq il-bażi ta’ ismu. F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li għall-konstatazzjoni ta’ tali dritt ma huwiex meħtieġ li l-inklużjoni tal-informazzjoni inkwistjoni fil-lista ta’ riżultati tikkawża preġudizzju għas-suġġett tad-data.</TXT></NP><NP><NO.P>97</NO.P><TXT>Peress li s-suġġett tad-data jista’, fid-dawl tad-drittijiet fundamentali tiegħu taħt l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, jitlob li l-informazzjoni inkwistjoni ma tibqax imqiegħda għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ġenerali permezz tal-inklużjoni tagħha f’tali lista ta’ riżultati, għandu jiġi kkunsidrat, kif jirriżulta b’mod partikolari mill-punt 81 ta’ din is-sentenza, li dawn id-drittijiet, bħala regola ġenerali, jipprevalu mhux biss fuq l-interess ekonomiku tal-operatur tal-mutur ta’ tfittxija, iżda wkoll fuq l-interess ta’ dan il-pubbliku li jsib l-imsemmija informazzjoni meta jwettaq tfittxija fuq il-bażi tal-isem ta’ dan is-suġġett tad-data. Madankollu, dan ma jkunx il-każ jekk jidher, għal raġunijiet partikolari, bħalma huwa r-rwol li l-imsemmi suġġett tad-data jkollu fil-ħajja pubblika, li l-interferenza fid-drittijiet fundamentali tiegħu tkun iġġustifikata mill-interess superjuri tal-imsemmi pubbliku li jkollu, minħabba din l-inklużjoni, aċċess għall-informazzjoni inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>98</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikkonċerna l-fatt li, fil-lista ta’ riżultati li l-utent tal-internet jikseb meta jwettaq tfittxija fuq il-bażi tal-isem tas-suġġett tad-data permezz ta’ Google Search, jintwerew konnessjonijiet lejn żewġ paġni tal-arkivji diġitali ta’ gazzetta ta’ kuljum li jinkludu avviżi li jsemmu l-isem ta’ dan is-suġġett tad-data u li jikkonċernaw bejgħ b’irkant ta’ proprjetà immobbli marbut ma’ proċedura ta’ eżekuzzjoni għall-irkupru ta’ dejn tas-sigurtà soċjali, għandu jiġi kkunsidrat li, fid-dawl tan-natura sensittiva tal-informazzjoni inkluża f’dawn l-avviżi fir-rigward tal-ħajja privata tal-imsemmi suġġett tad-data u fid-dawl tal-fatt li l-pubblikazzjoni inizjali tagħhom kienet saret 16-il sena ilu, is-suġġett tad-data għandu dritt li din l-informazzjoni ma tibqax marbuta ma’ ismu permezz ta’ tali lista. Għaldaqstant, sa fejn, fil-każ ineżami, ma jidhirx li hemm raġunijiet partikolari li jiġġustifikaw interess superjuri tal-pubbliku li jkollu, fil-kuntest ta’ tali tfittxija, aċċess għal din l-informazzjoni, punt dan li għandu madankollu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, is-suġġett tad-data jista’, taħt l-Artikolu 12(b) u l-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 95/46, jeżiġi t-tneħħija tal-imsemmija konnessjonijiet minn din il-lista ta’ riżultati.</TXT></NP><NP><NO.P>99</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li r-risposta li għandha tingħata għat-tielet domanda hija li l-Artikolu 12(b) u l-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 95/46 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jiġi eżaminat b’mod partikolari jekk is-suġġett tad-data għandux dritt li l-informazzjoni inkwistjoni dwar il-persuna tiegħu ma tibqax attwalment marbuta ma’ ismu permezz ta’ lista ta’ riżultati, li tintwera wara tfittxija mwettqa fuq il-bażi ta’ ismu, mingħajr ma huwa meħtieġ,<?PAGE NO="22"?> sabiex jiġi kkonstatat tali dritt, li l-inklużjoni tal-informazzjoni inkwistjoni fil-lista ta’ riżultati tikkawża preġudizzju għal dan is-suġġett tad-data. Peress li dan tal-aħħar jista’, fid-dawl tad-drittijiet fundamentali tiegħu taħt l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, jitlob li l-informazzjoni inkwistjoni ma tibqax imqiegħda għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ġenerali minħabba l-inklużjoni tagħha f’tali lista ta’ riżultati, dawn id-drittijiet, bħala regola ġenerali, jipprevalu mhux biss fuq l-interess ekonomiku tal-operatur tal-mutur ta’ tfittxija, iżda wkoll fuq l-interess ta’ dan il-pubbliku li jkollu aċċess għall-imsemmija informazzjoni meta jwettaq tfittxija fuq il-bażi tal-isem ta’ dan is-suġġett tad-data. Madankollu, dan ma jkunx il-każ jekk jidher, għal raġunijiet partikolari bħalma huwa r-rwol li l-imsemmi suġġett tad-data jkollu fil-ħajja pubblika, li l-interferenza fid-drittijiet fundamentali tiegħu tkun iġġustifikata mill-interess superjuri tal-imsemmi pubbliku li jkollu, minħabba din l-inklużjoni, aċċess għall-informazzjoni inkwistjoni</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>100</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 2(b) u (d) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="19951024">24 ta’ Ottubru 1995</DATE>, dwar il-protezzjoni ta’ individwi [persuni fiżiċi] fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, għandu jiġi interpretat fis-sens li, minn naħa, l-attività ta’ mutur ta’ tfittxija li tikkonsisti fit-tisjib ta’ informazzjoni ppubblikata jew imqiegħda fuq l-internet minn terzi, fl-elenkar b’mod awtomatiku ta’ din l-informazzjoni f’indiċi, fil-ħażna temporanja ta’ din l-informazzjoni u, fl-aħħar nett, fit-tqegħid ta’ din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-utenti tal-internet skont ordni ta’ preferenza partikolari għandha titqies li hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0088" ID="QS0088"/>ipproċessar ta’ data personali<QUOT.END REF.START="QS0088" CODE="201D" ID="QE0088"/>, fis-sens tal-punt (b) ta’ dan l-Artikolu 2, meta din l-informazzjoni tkun tinkludi data personali u, min-naħa l-oħra, l-operatur ta’ dan il-mutur ta’ tfittxija għandu jitqies li huwa l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0089" ID="QS0089"/>kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0089" CODE="201D" ID="QE0089"/> tal-imsemmi pproċessar, fis-sens tal-punt (d) tal-imsemmi Artikolu 2.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 95/46 għandu jiġi interpretat fis-sens li pproċessar ta’ data personali jitwettaq fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ stabbiliment tal-kontrollur ta’ dan l-ipproċessar fit-territorju ta’ Stat Membru, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta l-operatur ta’ mutur ta’ tfittxija joħloq fi Stat Membru fergħa jew sussidjarja maħsuba sabiex tiżgura l-promozzjoni u l-bejgħ tal-ispazji ta’ reklamar proposti minn dan il-mutur u li l-attività tagħha tkun orjentata lejn ir-residenti ta’ dan l-Istat Membru.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 12(b) u l-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 95/46 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, sabiex jiġu rrispettati d-drittijiet previsti f’dawn id-dispożizzjonijiet u sakemm il-kundizzjonijiet previsti f’dawn id-dispożizzjonijiet ikunu effettivament issodisfatti, l-operatur ta’ mutur ta’ tfittxija huwa obbligat ineħħi mil-lista ta’ riżultati, li tintwera wara tfittxija mwettqa fuq il-bażi tal-isem ta’ persuna, il-konnessjonijiet lejn paġni tal-internet, ippubblikati minn terzi u li jinkludu informazzjoni dwar din il-persuna, anki fil-każ fejn dan l-isem jew din l-informazzjoni ma jkunux tneħħew preċedentement jew simultanjament minn dawn il-paġni tal-internet, u dan, jekk ikun il-każ, anki meta l-pubblikazzjoni tagħhom fuq dawn il-paġni tkun, fiha nnifisha, leġittima.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 12(b) u l-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 95/46 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jiġi eżaminat b’mod partikolari jekk<?PAGE NO="23"?> is-suġġett tad-data għandux dritt li l-informazzjoni inkwistjoni dwar il-persuna tiegħu ma tibqax attwalment marbuta ma’ ismu permezz ta’ lista ta’ riżultati, li tintwera wara tfittxija mwettqa fuq il-bażi ta’ ismu, mingħajr ma huwa meħtieġ, sabiex jiġi kkonstatat tali dritt, li l-inklużjoni tal-informazzjoni inkwistjoni fil-lista ta’ riżultati tikkawża preġudizzju għal dan is-suġġett tad-data. Peress li dan tal-aħħar jista’, fid-dawl tad-drittijiet fundamentali tiegħu taħt l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, jitlob li l-informazzjoni inkwistjoni ma tibqax imqiegħda għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ġenerali permezz tal-inklużjoni tagħha f’tali lista ta’ riżultati, dawn id-drittijiet, bħala regola ġenerali, jipprevalu mhux biss fuq l-interess ekonomiku tal-operatur tal-mutur ta’ tfittxija, iżda wkoll fuq l-interess ta’ dan il-pubbliku li jkollu aċċess għall-imsemmija informazzjoni meta jwettaq tfittxija fuq il-bażi tal-isem ta’ dan is-suġġett tad-data. Madankollu, dan ma jkunx il-każ jekk jidher, għal raġunijiet partikolari bħalma huwa r-rwol li l-imsemmi suġġett tad-data jkollu fil-ħajja pubblika, li l-interferenza fid-drittijiet fundamentali tiegħu tkun iġġustifikata mill-interess superjuri tal-imsemmi pubbliku li jkollu, minħabba din l-inklużjoni, aċċess għall-informazzjoni inkwistjoni.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>