|
31.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 112/1 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/553
tad-29 ta’ Marzu 2021
li tagħti derogi lill-Greċja, lil Spanja u lil Malta fir-rigward tal-provvediment tal-istatistika skont ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika dwar l-enerġija
(notifikata bid-dokument C(2021) 1937)
(It-testi bl-Ingliż, bil-Grieg, bil-Malti u bl-Ispanjol biss huma awtentiċi)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2002 dwar l-istatistika tal-enerġija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2146 (2) jeżiġi li l-Istati Membri jittrażmettu statistika annwali aktar diżaggregata dwar il-konsum finali tal-enerġija fl-industrija. |
|
(2) |
Greċja, Spanja u Malta talbu derogi minn dak ir-rekwiżit għal ċerti diżaggregazzjonijiet u snin ta’ referenza, peress li jkollhom bżonn jimmodifikaw il-metodi tal-ġbir tad-data tagħhom, jiżviluppaw studji u metodoloġiji ġodda, u jsibu sorsi amministrattivi ġodda. Abbażi tal-informazzjoni li pprovdew lill-Kummissjoni, jidher li t-talbiet huma ġġustifikati, peress li l-ġbir ta’ tali statistika jwassal għal piż eċċessiv fuq ir-rispondenti f’dawk l-Istati Membri. |
|
(3) |
Jenħtieġ li d-derogi mitluba jingħataw lill-Greċja, lil Spanja u lil Malta. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika stabbilit bl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-derogi stabbiliti fl-Anness jingħataw lill-Istati Membri elenkati fih.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta’ Spanja u lir-Repubblika ta’ Malta.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Marzu 2021.
Għall-Kummissjoni
Paolo GENTILONI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 304, 14.11.2008, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2146 tas-26 ta’ Novembru 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika dwar l-enerġija, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-aġġornamenti għall-istatistika annwali, l-istatistika ta’ kull xahar u l-istatistika ta’ kull xahar fuq żmien qasir dwar l-enerġija (ĠU L 325, 16.12.2019, p. 43).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data soġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).
ANNESS
Derogi mir-Regolament (KE) Nru 1099/2008
Stat Membru: Il-Greċja
|
Anness A Paragrafu (li jidentifika l-prodott ikkonċernat) |
Anness B Paragrafu (li jidentifika l-industrija kkonċernata) |
Perjodu tad-deroga |
Kopertura tad-deroga |
|
3.2, 3.1.13 3.4 |
7.1.1.1.1, 7.1.1.1.2, 7.1.1.1.3 7.1.1.2.1, 7.1.1.2.2, 7.1.1.2.3 7.1.1.5.1, 7.1.1.5.1.1, 7.1.1.5.1.2, 7.1.1.5.2 7.1.1.6.1, 7.1.1.6.2 7.1.1.7.1, 7.1.1.7.2, 7.1.1.7.3 7.1.1.9.1, 7.1.1.9.2 7.1.1.10.1, 7.1.1.10.2, 7.1.1.10.3, 7.1.1.10.4 7.1.1.12.1, 7.1.1.12.2, 7.1.1.12.3 |
Sena |
Trażmissjoni tal-elementi kollha tal-konsum finali dettaljat tal-enerġija fl-industrija għall-gass u għall-prodotti taż-żejt u tal-petroleum. |
|
3.5 (għajr 3.5.8.1 u 3.5.8.2) |
7.1.1.1.1, 7.1.1.1.2, 7.1.1.1.3 7.1.1.2.1, 7.1.1.2.2, 7.1.1.2.3 7.1.1.5.1, 7.1.1.5.1.1, 7.1.1.5.1.2, 7.1.1.5.2 7.1.1.6.1, 7.1.1.6.2 7.1.1.7.1, 7.1.1.7.2, 7.1.1.7.3 7.1.1.9.1, 7.1.1.9.2 7.1.1.10.1, 7.1.1.10.2, 7.1.1.10.3, 7.1.1.10.4 7.1.1.12.1, 7.1.1.12.2, 7.1.1.12.3 |
Sentejn |
Trażmissjoni tal-elementi kollha tal-konsum finali dettaljat tal-enerġija fl-industrija għall-enerġija rinnovabbli u l-iskart, għajr il-bijofjuwils solidi u l-bijogassijiet. |
|
3.3.1 |
7.1.1.5.1.1, 7.1.1.5.1.2 |
Tliet snin |
Trażmissjoni ta’ elementi ta’ “Manifattura ta’ polpa” u “Karta u prodotti tal-karta oħrajn” għall-elettriku |
Stat Membru: Spanja
|
Anness A Paragrafu (li jidentifika l-prodott ikkonċernat) |
Anness B Paragrafu (li jidentifika l-industrija kkonċernata) |
Perjodu tad-deroga |
Kopertura tad-deroga |
|
3 |
7.1.1.1.1, 7.1.1.1.2, 7.1.1.1.3 7.1.1.2.1, 7.1.1.2.2, 7.1.1.2.3 7.1.1.5.1, 7.1.1.5.1.1, 7.1.1.5.1.2, 7.1.1.5.2 7.1.1.6.1, 7.1.1.6.2 7.1.1.7.1, 7.1.1.7.2, 7.1.1.7.3 7.1.1.9.1, 7.1.1.9.2 7.1.1.10.1, 7.1.1.10.2, 7.1.1.10.3, 7.1.1.10.4 7.1.1.12.1, 7.1.1.12.2, 7.1.1.12.3 |
Sentejn |
Trażmissjoni tal-elementi kollha tal-konsum finali dettaljat tal-enerġija fl-industrija għall-fjuwils kollha. |
Stat Membru: Malta
|
Anness A Paragrafu (li jidentifika l-prodott ikkonċernat) |
Anness B Paragrafu (li jidentifika l-industrija kkonċernata) |
Perjodu tad-deroga |
Kopertura tad-deroga |
|
3.3.1 |
7.1.1.9.1, 7.1.1.9.2 |
Sena |
Trażmissjoni ta’ elementi ta’ “Produzzjoni tal-aluminju” u “Industriji oħra tal-metall mhux ferruż” għall-elettriku. |
|
3.4 |
7.1.1.12.1, 7.1.1.12.2, 7.1.1.12.3 |
Tliet snin |
Trażmissjoni ta’ elementi ta’ “Manifattura ta’ prodotti tal-gomma u tal-plastik”, “Manifattura tal-għamara” u “Manifattura oħra” għall-prodotti taż-żejt u tal-petroleum. |