7.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/743

tas-6 ta’ Mejju 2021

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta’ Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(2)

L-informazzjoni marbuta ma’ persuna waħda fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 jenħtieġ li tiġi aġġornata.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 36/2012 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)   ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.


ANNESS

Fit-Taqsima A (“Persuni”) tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012, l-entrata 36 hija sostitwita b’dan li ġej:

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“36.

Nizar AL-ASSAD (magħruf ukoll bħala al-Asad, Assad, Asad, Assaad, Asaad, Al-Assaad)

(اسعد, الاسعد,الاسد;نزار)

Data tat-twelid: 2.3.1948 jew 23.3.1948 jew Marzu 1948;

Nazzjonalitajiet: Sirjan, Libaniż (u Kanadiż;

Passaport Sirjan Nru 011090258;

Passaport Libaniż Nru RL0003434;

Passaport Kanadiż: Nru AG629220;

Sess:raġel

Negozjant prominenti Sirjan b’rabtiet mill-qrib mar-reġim. Assoċjat mal-familji Assad u Makhlouf.

Bħala tali, kien qed jipparteċipa fir-reġim Sirjan, igawdi minnu jew inkella jappoġġah.

Investitur ewlieni taż-żejt, fundatur u kap tal-kumpannija Lead Contracting & Trading Ltd.

23.8.2011”