|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2886 |
22.12.2023 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2886
tat-18 ta’ Diċembru 2023
li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1) u 232(1) u (3) tiegħu.
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li biex jidħlu fl-Unjoni, il-konsenji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew minn territorju, jew żona jew kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li l-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, iridu jkunu konformi magħhom għad-dħul fl-Unjoni. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, jew ta’ territorji, jew żoni tagħhom, li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Dawk il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw dawk il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament. |
|
(4) |
B’mod iktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi tal-pajjiżi terzi, jew tat-territorji, jew taż-żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni, rispettivament, tal-konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa. |
|
(5) |
L-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar 35 tifqigħa tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) fil-pollam fl-istati ta’Arkansas (2), California (8), Colorado (1), Kansas (2), Michigan (1), Minnesota (7), North Dakota (1), Ohio (3), South Dakota (5), u Wisconsin (5), li ġew ikkonfermati bejn it-22 ta’ Novembru 2023 u t-13 ta’ Diċembru 2023 b’analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(6) |
Wara dawk it-tifqigħat riċenti tal-HPAI, l-awtoritajiet veterinarji tal-Istati Uniti stabbilew żoni ristretti ta’ mill-inqas 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentaw politika tal-qerda biex jikkontrollaw il-preżenza tal-HPAI u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda. |
|
(7) |
L-Istati Uniti ssottomettew informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħhom u dwar il-miżuri li ħadu biex jipprevjenu iktar tixrid tal-HPAI. |
|
(8) |
Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tqis li, fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fiż-żoni bir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji tal-Istati Uniti, id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa minn dawk iż-żoni jenħtieġ li jiġi sospiż, biex jiġi protett l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni. |
|
(9) |
Barra minn hekk, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti taw informazzjoni aġġornata lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorji tagħhom b’rabta mal-HPAI li wasslu għas-sospensjoni tad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti, kif stabbilit fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404. |
|
(10) |
Ir-Renju Unit ssottometta informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika b’rabta ma’ tifqigħa tal-HPAI fi stabbiliment tal-pollam domestiku f’Aberdeenshire, l-Iskozja, li ġiet ikkonfermata fit-23 ta’ Ottubru 2023. |
|
(11) |
L-Istati Uniti ssottomettew informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika b’rabta ma’ tliet tifqigħat tal-HPAI fi stabbilimenti tal-pollam fl-istati ta’ Montana u South Dakota, li ġew ikkonfermati bejn l-10 ta’ Ottubru 2023 u s-17 ta’ Ottubru 2023. |
|
(12) |
Ir-Renju Unit u l-Istati Uniti ssottomettew informazzjoni wkoll dwar il-miżuri li ħadu jevitaw iktar tixrid tal-HPAI. B’mod partikolari, wara it-tifqigħat tal-HPAI, implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda, u lestew ukoll ir-rekwiżit tat-tindif u tad-diżinfezzjoni wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ qerda fl-istabbiliment tal-pollam infettat fit-territorji tagħhom. |
|
(13) |
Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni sottomessa mir-Renju Unit u mill-Istati Uniti, u jidhrilha li taw garanziji xierqa li s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali li wasslet għas-sospensjoni tad-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti prodotti fl-Unjoni minn żoni kkonċernati f’dawk il-pajjiżi terzi, kif stabbilit fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, ma għadhiex toħloq theddida għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika fl-Unjoni u li, għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi awtorizzat mill-ġdid id-dħul fl-Unjoni ta’ dawk il-konsenji miż-żoni kkonċernati tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti, li minnhom kien ġie sospiż id-dħul fl-Unjoni. |
|
(14) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati biex titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward tal-HPAI fl-Istati Uniti u fir-Renju Unit. |
|
(15) |
Barra minn hekk, l-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2688 (4) jipprevedi ċerti korrezzjonijiet li għandhom isiru fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tad-data tal-għeluq għal żona fir-Renju Unit. Instab żball fir-rigward tar-referenza għall-Parti tal-Anness XIV fejn kien jenħtieġ li ssir waħda minn dawk il-korrezzjonijiet. Għaldaqstant, jixraq li dan l-iżball jiġi kkoreġut fl-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404. Għalhekk, jenħtieġ li dawk l-Annessi jiġu kkoreġuti skont dan. |
|
(16) |
Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fil-Istati Uniti b’rabta mal-HPAI u biex ikun evitat tfixkil bla bżonn fil-kummerċ mar-Renju Unit u mal-Istati Uniti, l-emendi li jenħtieġ li jsiru fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 b’dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi b’urġenza. |
|
(17) |
Il-korrezzjoni tal-iżball fl-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, introdotta bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2688, jenħtieġ li tapplika mis-16 ta’ Novembru 2023, peress li din kienet id-data tal-applikazzjoni tal-Parti II tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2688. |
|
(18) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404
L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Parti I tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Korrezzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404
L-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 hu kkoreġut f’konformità mal-Parti II tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u applikabbiltà
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Madankollu, l-Artikolu 2 għandu japplika mis-16 ta’ Novembru 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2688 tal-24 ta’ Novembru 2023 li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi tal-pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam, tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa (ĠU L, 2023/2688, 28.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2688/oj)
ANNESS
PARTI I
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404
L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
l-Anness V huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Anness XIV, fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:
|
PARTI II
Korrezzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404
Fl-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, fil-Parti 1, it-Taqsima B, fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żona GB–2.323 huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
“GB Ir-Renju Unit |
GB–2.323 |
POU, RAT |
N, P1 |
|
23.10.2023 |
|
|
GBM |
P1 |
|
23.10.2023”. |
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2886/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)