31994D0963



Official Journal L 371 , 31/12/1994 P. 0029 - 0029
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 64 P. 0245
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 64 P. 0245


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-28 ta’ Diċembru 1994

li tistabbilixxi l-istatus tal-Finandja fir-rigward tal-Marda ta’ Newcastle

(94/963/KEE)

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat i-trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/593/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1990 dwar il-kondizzjonijiet dwar is-saħħa ta’ l-annimali, tal-Kummerċ intra-Komunitarju fi, u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ tjur u bajd tat-tfaqis [1] kif modifikata bl-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adezzjoni tar-Renju tan-Norveġja, tar-Repubblika tal-Awstria, tarr-Repubblika tal-Finlandja w tar-Renju tal-Isvezja w l-aġġustamenti għat- Trattati li fuhom hija ibbażata l-Unjoni Ewropea, l-Anness 1 (V)(E)(1)(2)(4)(d), u parikolarment l-Artikolu 12(2) tagħha.

Billi t-tilqim kontra l-Marda ta’ Newcastle fit-tjur kien ipprojbit għal aktar minn sena fil-Finlandja;

Billi qatgħat għat-tkabbir fil-Finlandja ġew monitorjati għall-inqas darba fis-sena għall-preżenza tal-marda tan-Newcastle Billi l-oqsma ma fihomx aktar tjur li ġew imlaqqma kontra l-marda ta'-Newcastle;

Billi fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-marda ta’ Newcastle huwa xieraq li jkun stabbilit l-istatus tal-Finlandja;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Finlandja tissodisfa l-kriterji stabbiliti mill-Artikoli 12(2) tad-Direttiva 90/539/KEE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ soġġetta għal u mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ l-Adezzjoni, tan-Norveġja, l-Awstria, il-Finlandja u l-Isvezja.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta’ Diċembru 1994.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 303, tal-31.10.1990, p. 6.

--------------------------------------------------