1.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 233/8


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1076

tat-22 ta’ Ġunju 2021

li taħtar żewġ membri supplenti, proposti mir-Repubblika Ċeka, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ċek,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), biex ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025.

(3)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni u abbażi ta’ dan ġew proposti s-Sur Martin KLIKA u s-Sur Jaromír NOVÁK għall-ħatra.

(4)

Il-Gvern Ċek ippropona r-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali bħala membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2025: is-Sur Pavel KARPÍŠEK, Zastupitel Plzeňského kraje (Rappreżentant tar-Reġjun ta’ Pilsen), u s-Sur Jiří ŘEHÁK, Zastupitel Ústeckého kraje (Rappreżentant tar-Reġjun ta’ Ústecký),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali huma b’dan maħtura bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2025:

—

is-Sur Pavel KARPÍŠEK, Zastupitel Plzeňského kraje (Rappreżentant tar-Reġjun ta’ Pilsen),

—

is-Sur Jiří Řehák, Zastupitel Ústeckého kraje (Rappreżentant tar-Reġjun ta’ Ústecký).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

A. P. ZACARIAS


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).