|
4.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 138/1 |
It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett ġuridiku skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:
http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html
Regolament Nru 51 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni tal-vetturi motorizzati li jkollhom mill-inqas erba' roti fir-rigward tal-emissjonijiet tal-ħoss tagħhom [2018/798]
Jinkorpora t-test validu kollu sa:
Suppliment 2 tas-serje ta' emendi 03 – Data tad-dħul fis-seħħ: 10 ta' Frar 2018
KONTENUT
REGOLAMENT
|
1. |
Kamp ta' applikazzjoni |
|
2. |
Definizzjonijiet |
|
3. |
Applikazzjoni għall-approvazzjoni |
|
4. |
Marki |
|
5. |
Approvazzjoni |
|
6. |
Speċifikazzjonijiet |
|
7. |
Modifika u estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip ta' vettura |
|
8. |
Konformità tal-produzzjoni |
|
9. |
Penali għal nuqqas ta' konformità tal-produzzjoni |
|
10. |
Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
|
11. |
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali |
|
12. |
Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip |
Annessi
|
1 |
Komunikazzjoni |
|
Appendiċi 1 - |
Addendum tal-formola ta' komunikazzjoni Nru … |
|
Appendiċi 2 - |
Dokument ta' Informazzjoni Teknika |
|
2 |
Arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni |
|
3 |
Il-metodi u l-istrumenti għall-kejl tal-ħoss mill-vetturi motorizzati |
|
Appendiċi |
|
|
4 |
Sistemi tas-silenzjar tal-egżost li fihom materjali fibrużi li jtaffu l-ħsejjes |
|
Appendiċi |
|
|
5 |
Il-ħoss tal-arja kkompressata |
|
Appendiċi |
|
|
6 |
Kontrolli tal-konformità tal-produzzjoni |
|
7 |
Metodu tal-kejl għall-evalwazzjoni tal-konformità mad-Dispożizzjonijiet Addizzjonali dwar l-Emissjoni tal-Ħoss |
|
Appendiċi 1- |
Dikjarazzjoni ta' Konformità mad-Dispożizzjonijiet Addizzjonali dwar l-Emissjoni tal-Ħoss |
|
Appendiċi 2 |
|
1. KAMP TA' APPLIKAZZJONI
Dan ir-Regolament jinkludi dispożizzjonijiet dwar il-ħoss emess mill-vetturi motorizzati u japplika għall-vetturi tal-Kategoriji M u N. (1)
L-ispecifikazzjonijiet ta' dan ir-Regolament huma maħsuba biex jirriproduċu l-livelli tal-ħoss iġġenerati mill-vetturi waqt sewqan normali fit-traffiku urban.
2. DEFINIZZJONIJIET
Għall-fini ta' dan ir-Regolament:
2.1. “Approvazzjoni ta' vettura” tfisser l-approvazzjoni tat-tip ta' vettura fir-rigward tal-ħoss;
2.2. “Tip ta' vettura” tfisser kategorija ta' vetturi motorizzati li ma jvarjawx f'aspetti essenzjali bħal:
|
2.2.1. |
Għal vetturi ttestjati skont l-Anness 3, il-paragrafu 3.1.2.1:
|
|
2.2.2. |
Għal vetturi ttestjati skont l-Anness 3, il-paragrafu 3.1.2.2:
|
2.3. Madankollu, jekk id-differenzi fil-paragrafu 2.2.2 jipprevedu kundizzjonijiet mira differenti, kif deskritti fil-paragrafu 3.1.2.2 tal-Anness 3, dawn id-differenzi għandhom jitqiesu bħala bidla tat-tip;
2.4. “Massa ta' vettura f'kundizzjoni ta' sewqan (mro)” tfisser
|
(a) |
Fil-każ ta' vettura motorizzata: Il-massa tal-vettura, bit-tank(ijiet) tal-fjuwil tagħha mimli(jin) sa mill-inqas 90 % tal-kapaċità tiegħu jew tagħhom, inkluża l-massa tas-sewwieq, tal-fjuwil u l-likwidi, mgħammra bit-tagħmir standard skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur u, meta jkunu mwaħħla, il-massa tal-karozzerija, tal-kabina, l-agganċ u l-istepni(s) kif ukoll l-għodda; |
|
(b) |
Fil-każ ta' trailer: Il-massa tal-vettura inkluż il-fjuwil u l-likwidi, mgħammra bit-tagħmir standard skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur u, meta jkunu mwaħħla, il-massa tal-karozzerija, l-agganċi addizzjonali, l-istepni(s) u l-għodda; |
2.5. “Massa massima mgħobbija teknikament permissibbli (M)” tfisser il-massa massima allokata lil vettura abbażi tal-karatteristiċi ta' kostruzzjoni tagħha u l-prestazzjonijiet tad-disinn tagħha; il-massa mgħobbija teknikament permissibbli ta' trailer jew ta' semitrailer tinkludi l-massa statika trasferita lill-vettura tal-irmonk meta jkun igganċjat;
2.6. “Tul tal-vettura” tfisser dimensjoni li titkejjel skont l-istandard ISO 612-1978, terminu Nru 6.1. Minbarra d-dispożizzjonijiet ta' dak l-istandard, meta jitkejjel it-tul tal-vettura, ma għandhomx jiġu kkunsidrati l-apparati li ġejjin:
|
(a) |
L-apparat tal-wiper u tal-washer; |
|
(b) |
Il-pjanċi tar-reġistrazzjoni ta' quddiem jew ta' wara; |
|
(c) |
L-apparati ta' ssiġillar doganali u l-protezzjoni tagħhom; |
|
(d) |
L-apparati li jżommu t-tarpolin f'postu u l-protezzjoni tagħhom; |
|
(e) |
It-tagħmir tat-tidwil; |
|
(f) |
Il-mirja retroviżuri; |
|
(g) |
Mezzi li jgħinu biex tara l-ispazju ta' wara; |
|
(h) |
Il-pajpijiet tad-dħul tal-arja; |
|
(i) |
Il-waqqafiet lonġitudinali għal elementi li jistgħu jiġu żmuntati; |
|
(j) |
It-tarġiet tal-aċċess; |
|
(k) |
Il-protezzjonijiet tal-lastiku kontra l-ħbit; |
|
(l) |
Il-pjattaformi ta' rfigħ, rampi tal-aċċess u tagħmir simili f'kundizzjoni ta' tħaddim, li ma jeċċedux 200 mm, sakemm il-kapaċità tat-tagħbija tal-vettura ma tiġix miżjuda; |
|
(m) |
Apparati tal-agganċament għal vetturi motorizzati. |
2.7 “Wisa' tal-vettura” tfisser dimensjoni li titkejjel skont l-istandard ISO 612-1978, terminu Nru 6.2. Minbarra d-dispożizzjonijiet ta' dak l-istandard, meta titkejjel il-wisa' tal-vettura, ma għandhomx jiġu kkunsidrati l-apparati li ġejjin:
|
(a) |
L-apparati ta' ssiġillar doganali u l-protezzjoni tagħhom; |
|
(b) |
L-apparati li jżommu t-tarpolin f'postu u l-protezzjoni tagħhom; |
|
(c) |
L-apparati li jindikaw ħsara fit-tajers; |
|
(d) |
Il-partijiet flessibbli li jisporġu 'l barra ta' sistema tas-suppressjoni tat-titjir; |
|
(e) |
It-tagħmir tat-tidwil. |
2.8. “Potenza netta massima nominali, Pn ” tfisser il-potenza tal-magna espressa f'kW u mkejla bil-metodu skont ir-Regolament Nru 85.
2.8.1. “Potenza totali tal-propulsjoni” tfisser is-somma tal-potenzi kollha mis-sorsi ta' propulsjoni disponibbli.
2.9. “Veloċità nominali tal-magna, S” tfisser il-veloċità ddikjarata tal-magna f'min– 1 (rpm) li fiha l-magna tiżviluppa l-potenza netta massima nominali tagħha skont ir-Regolament Nru 85 jew, meta l-potenza netta massima nominali tintlaħaq f'diversi veloċitajiet tal-magna, l-ogħla veloċità minnhom;
2.10. “Indiċi tal-proporzjon Potenza-Massa (PMR)” tfisser kwantità numerika (ara l-paragrafu 3.1.2.1.1 tal-Anness 3) fejn l-ebda dimensjoni ma tintuża għall-kalkolu tal-aċċelerazzjoni.
2.11. “Punt ta' referenza” tfisser wieħed mill-punti li ġejjin:
|
2.11.1. |
Fil-każ ta' vetturi tal-kategoriji M1, N1 u M2 b'massa massima mgħobbija teknikament permissibbli ta' ≤ 3 500 kg:
|
|
2.11.2. |
Fil-każ ta' vetturi tal-kategoriji M2 b'massa massima mgħobbija teknikament permissibbli ta' > 3 500 kg, M3, N2 u N3:
|
2.12. “Magna” tfisser is-sors tal-potenza mingħajr aċċessorji li jinqalgħu.
F'dan il-kuntest, is-sors tal-potenza jinkuldi s-sorsi kollha ta' potenza motiva; pereżempju, is-sorsi ta' potenza elettrika jew idrawlika li jintużaw weħidhom jew f'kombinazzjoni ma' sorsi tal-potenza oħrajn.
2.13. “Aċċelerazzjoni mira” tfisser aċċelerazzjoni meta t-throttle ikun parzjalment miftuħ fi traffiku urban u tiġi derivata permezz ta' investigazzjonijiet statistiċi.
2.14. “Aċċelerazzjoni ta' referenza” tfisser l-aċċelerazzjoni meħtieġa waqt it-test tal-aċċelerazzjoni fuq il-korsa tat-test.
2.15. “Fattur ta' ponderazzjoni k tal-proporzjon tal-gerijiet” tfisser kwantità numerika mingħajr dimensjoni li tintuża biex jiġu kkombinati r-riżultati tat-testijiet ta' żewġ proporzjonijiet tal-gerijiet għat-test tal-aċċelerazzjoni u għat-test b'veloċità kostanti.
2.16. “Fattur ta' potenza parzjali kp ” tfisser kwantità numerika mingħajr dimensjoni li tintuża għall-kombinazzjoni ponderata tar-riżultati tat-testijiet tat-test tal-aċċelerazzjoni u tat-test b'veloċità kostanti għall-vetturi.
2.17. “Preaċċelerazzjoni” tfisser l-applikazzjoni ta' apparat għall-kontroll tal-aċċelerazzjoni qabel AA′ sabiex tintlaħaq aċċelerazzjoni stabbli bejn AA′ u BB′ kif indikat fil-Figura 1 tal-Appendiċi tal-Anness 3;
2.18. Il-ger (2)
2.18.1. “Il-proporzjonijiet tal-gerijiet”
2.18.1.1. “Il-proporzjon tal-gerijiet intern” tfisser il-proporzjonijiet tar-rotazzjonijiet tal-magna għal rotazzjonijiet tax-xaft tal-output tal-gearbox
2.18.1.2. “Il-proporzjon tat-trażmissjoni finali” tfisser il-proporzjon(jiet) tar-rotazzjonijiet tax-xaft tal-output tal-gearbox għal rotazzjonijiet tar-roti motorizzati)
2.18.1.3. “Il-proporzjon tal-gerijiet totali” tfisser il-proporzjonijiet bejn il-veloċità tal-vettura u l-veloċità tal-magna fl-intervall li l-vettura tgħaddi mill-korsa tat-testijiet.
2.18.1.4. “Il-proporzjon tal-gerijiet” użat fil-kuntest ta' vetturi ttestjati skont il-paragrafu 3.1.2.1 tal-Anness 3 u l-Anness 7 huwa l-proporzjon tal-gerijiet totali kif definit fil-paragrafu 2.18.1.3 ta' hawn fuq.
2.18.2. “Il-proporzjon tal-gerijiet illokjat” tfisser il-kontroll tat-trażmissjoni b'tali mod li matul test il-ger ma jitbiddilx.
2.18.3. “Ger” tfisser, fil-kuntest ta' dan ir-Regolament, proporzjon tal-gerijiet diskret li jista' jintgħażel jew mis-sewwieq jew permezz ta' apparat estern.
2.18.4. Għall-vetturi ttestjati skont il-punt 3.1.2.1 tal-Anness 3 u l-Anness 7, “ geari ” u “ geari + 1 ” huma definiti bħala żewġ gerijiet f'sekwenza, fejn il-geari jew jipprovdi aċċelerazzjoni b'tolleranza ta' 5 fil-mija skont il-paragrafu 3.1.2.1.4.1 (a) tal-Anness 3 jew aċċelerazzjoni akbar mill-aċċelerazzjoni ta' referenza, u l-geari + 1 jipprovdi aċċelerazzjoni aktar baxxa mill-aċċelerazzjoni ta' referenza skont il-paragrafu 3.1.2.1.4.1 (b) jew (c) tal-Anness 3.
2.19. “Sistema tas-silenzjar” tfisser is-sett komplut ta' komponenti meħtieġa għal-limitazzjoni tal-ħoss iġġenerat mill-magna, id-dħul u l-egżost tagħha (il-manifold(s) tal-egżost, il-katalizzatur(i) u l-apparat(i) għat-trattament ta' wara tal-emissjonijiet mhumiex meqjusa bħala parti mis-sistema tas-silenzjar; dawn l-elementi jifformaw parti mill-magna).
2.20. “Familja tad-disinn ta' sistema tas-silenzjar tal-egżost jew komponenti ta' sistema tas-silenzjar tal-egżost” tfisser grupp ta' sistemi tas-silenzjar jew komponenti tagħhom li jkollhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin l-istess:
|
(a) |
Il-preżenza ta' fluss tal-gass nett tal-gassijiet tal-egżost, li jgħaddi mill-materjal fibruż assorbenti meta f'kuntatt ma' dak il-materjal; |
|
(b) |
It-tip tal-fibri; |
|
(c) |
Fejn applikabbli, speċifikazzjonijiet tal-materjal legant; |
|
(d) |
Id-dimensjonijiet medji tal-fibri; |
|
(e) |
Id-densità minima tal-materjal tal-imballaġġ bil-kwantità f'kg/m3; |
|
(f) |
Is-superfiċe ta' kuntatt massimu bejn il-fluss tal-gass u l-materjal assorbenti. |
2.21. “Sistemi tas-silenzjar tal-egżost ta' tipi differenti” tfisser sistemi tas-silenzjar li huma differenti b'mod sinifikanti fir-rigward ta' mill-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
L-ismijiet kummerċjali jew it-trademarks tal-komponenti tagħhom; |
|
(b) |
Il-karatteristiċi tal-materjali li jikkostitwixxu l-komponenti tagħhom, minbarra l-kisi ta' dawn il-komponenti; |
|
(c) |
Il-forma jew id-daqs tal-komponenti tagħhom; |
|
(d) |
Il-prinċipji operattivi ta' mill-inqas wieħed mill-komponenti tagħhom; |
|
(e) |
L-assemblaġġ tal-komponenti tagħhom; |
|
(f) |
L-għadd ta' sistemi jew komponenti tas-silenzjar tal-egżost. |
2.22. “Sistema tas-silenzjar ta' sostituzzjoni” tfisser kwalunkwe parti tas-sistema tas-silenzjar jew komponenti tagħha maħsuba għall-użu fuq vettura, minbarra parti tat-tip imwaħħla fuq il-vettura meta titressaq għall-approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament;
2.23. “Punt-R” tfisser punt-R kif definit fil-paragrafu 2.4 tal-Anness 1 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3).
2.24. Tabella tas-simboli
|
Simbolu |
Unità |
Anness |
Paragrafu |
Spjega |
|
mro |
kg |
Anness 3 |
2.2.1 |
il-massa f'kundizzjoni ta' sewqan; il-valur li għandu jiġi rrappurat u użat fil-kalkoli bi preċiżjoni ta' 10 kg |
|
mt |
kg |
Anness 3 |
2.2.1 |
il-massa tat-test tal-vettura il-valur li għandu jiġi rrappurat u użat fil-kalkoli bi preċiżjoni ta' 10 kg |
|
mtarget |
kg |
Anness 3 |
2.2.1 |
il-massa mira tal-vettura |
|
mxload |
kg |
Anness 3 |
2.2.1 |
tagħbija addizzjonali |
|
mfa load unladen |
kg |
Anness 3 |
2.2.1 |
tagħbija fuq il-fus ta' quddiem f'kundizzjoni mhux mgħobbija |
|
mra load unladen |
kg |
Anness 3 |
2.2.1 |
tagħbija fuq il-fus ta' wara f'kundizzjoni mhux mgħobbija |
|
munladen |
kg |
Anness 3 |
2.2.1 |
massa tal-vettura mhux mgħobbija |
|
mac ra max |
kg |
Anness 3 |
2.2.1 |
Massa massima mgħobbija teknikament permissibbli permissibbli għall-fus ta' wara kif iddikjarata mill-manifattur |
|
md |
kg |
Anness 3 |
2.2.1 |
massa tas-sewwieq |
|
mchassis M2M3 |
kg |
Anness 3 |
2.2.1 |
massa tal-vettura mhux kompluta (M2 jew M3) |
|
mxload M2M3 |
kg |
Anness 3 |
2.2.1 |
tagħbija addizzjonali li għandha tiżdied mal-vettura mhux kompluta (M2 jew M3) biex tintlaħaq il-massa tal-vettura f'kundizzjoni ta' sewqan kif magħżula mill-manifattur |
|
mfa load laden |
kg |
Anness 3 |
2.2.7.2 |
tagħbija fuq il-fus ta' quddiem f'kundizzjoni mgħobbija |
|
mra load laden |
kg |
Anness 3 |
2.2.7.2 |
tagħbija fuq il-fus ta' wara f'kundizzjoni mgħobbija |
|
AA′ |
— |
Anness 3 |
3.1.1 |
il-linja perpendikolari mad-direzzjoni tas-sewqan tal-vettura li tindika l-bidu taż-żona li fiha jiġi rreġistrat il-livell tal-pressjoni tal-ħoss waqt it-test |
|
BB′ |
— |
Anness 3 |
3.1.1 |
il-linja perpendikolari mad-direzzjoni tas-sewqan tal-vettura li tindika t-tmiem taż-żona li fiha jiġi rreġistrat il-livell tal-pressjoni tal-ħoss waqt it-test |
|
CC′ |
— |
Anness 3 |
3.1.1 |
il-linja tad-direzzjoni tas-sewqan tal-vettura li tgħaddi mis-superfiċe kif definita fl-istandard ISO 10844 |
|
PP′ |
— |
Anness 3 |
3.1.1 |
il-linja perpendikolari mad-direzzjoni tas-sewqan tal-vettura li tindika l-post tal-mikrofoni |
|
vtest |
km/h |
Anness 3 |
3.1.2.1 |
il-veloċità tat-test tal-vettura |
|
PMR |
— |
Anness 3 |
3.1.2.1.1 |
l-indiċi tal-proporzjon potenza-massa li għandu jintuża għall-kalkoli; il-valur li għandu jiġi rrappurat u użat fil-kalkoli mqarreb għall-ewwel pożizzjoni deċimali |
|
Pn |
kW |
Anness 3 |
3.1.2.1.1 |
potenza netta totali nominali tal-magna |
|
l |
m |
Anness 3 |
3.1.2.1.2 |
it-tul ta' referenza; il-valur li għandu jiġi rrappurat u użat fil-kalkoli bi preċiżjoni ta' 0,01 m (1 cm) |
|
lveh |
m |
Anness 3 |
3.1.2.1.2 |
it-tul tal-vettura il-valur li għandu jiġi rrappurat u użat fil-kalkoli bi preċiżjoni ta' 0,01 m (1 cm) |
|
vAA′ |
km/h |
Anness 3 |
3.1.2.1.2 |
il-veloċità tal-vettura meta l-punt ta' referenza jgħaddi l-linja AA′ (għad-definizzjoni tal-punt ta' referenza, ara 5.1); il-valur li għandu jiġi rrappurat u użat fil-kalkoli mqarreb għall-ewwel pożizzjoni deċimali |
|
vBB′ |
km/h |
Anness 3 |
3.1.2.1.2 |
il-veloċità tal-vettura meta l-punt ta' referenza jew wara tal-vettura jgħaddi l-linja BB′ (għad-definizzjoni tal-punt ta' referenza, ara 5.1); il-valur li għandu jiġi rrappurat u użat fil-kalkoli mqarreb għall-ewwel pożizzjoni deċimali |
|
vPP′ |
km/h |
Anness 3 |
3.1.2.1.2 |
il-veloċità tal-vettura meta l-punt ta' referenza jgħaddi l-linja PP′ (għad-definizzjoni tal-punt ta' referenza, ara 5.1); il-valur li għandu jiġi rrappurat u użat fil-kalkoli mqarreb għall-ewwel pożizzjoni deċimali |
|
awot test |
m/s2 |
Anness 3 |
3.1.2.1.2.1 |
l-aċċelerazzjoni bit-throttle miftuħ għalkollox, minn AA′ sa BB′; il-valur li għandu jiġi rrappurat u użat fil-kalkoli mqarreb għat-tieni pożizzjoni deċimali |
|
awot test,i |
m/s2 |
Anness 3 |
3.1.2.1.2.1 |
L-aċċelerazzjoni bit-throttle miftuħ għalkollox, miksuba f'ger speċifiku i; il-valur li għandu jiġi rrappurat u użat fil-kalkoli mqarreb għat-tieni pożizzjoni deċimali |
|
lpa |
m |
Anness 3 |
3.1.2.1.2.1 |
il-punt ta' meta jingħafas l-aċċeleratur qabel il-linja AA′; il-valur li għandu jiġi rrappurat f'metri sħaħ |
|
awot test, PP-BB |
m/s2 |
Anness 3 |
3.1.2.1.2.2 |
l-aċċelerazzjoni bit-throttle miftuħ għalkollox, minn PP′ sa BB′; il-valur li għandu jiġi rrappurat u użat fil-kalkoli mqarreb għat-tieni pożizzjoni deċimali |
|
aurban |
m/s2 |
Anness 3 |
3.1.2.1.2.3 |
l-aċċelerazzjoni mira li tirrappreżenta l-aċċelerazzjoni fi traffiku urban; il-valur li għandu jiġi rrappurat u użat fil-kalkoli mqarreb għat-tieni pożizzjoni deċimali |
|
awot ref |
m/s2 |
Anness 3 |
3.1.2.1.2.4 |
l-aċċelerazzjoni ta' referenza għat-test bit-throttle miftuħ għalkollox; il-valur li għandu jiġi rrappurat u użat fil-kalkoli mqarreb għat-tieni pożizzjoni deċimali |
|
kP |
— |
Anness 3 |
3.1.2.1.3 |
fattur ta' potenza parzjali; il-valur li għandu jiġi rrappurat u użat fil-kalkoli mqarreb għat-tieni pożizzjoni deċimali |
|
awot i |
m/s2 |
Anness 3 |
3.1.2.1.4.1 |
l-aċċelerazzjoni bit-throttle miftuħ għalkollox, bil-proporzjon tal-gerijiet i; il-valur li għandu jiġi rrappurat u użat fil-kalkoli mqarreb għat-tieni pożizzjoni deċimali |
|
awot (i + 1) |
m/s2 |
Anness 3 |
3.1.2.1.4.1 |
aċċelerazzjoni bit-throttle miftuħ għalkollox, bil-proporzjon tal-gerijiet (i + 1); il-valur li għandu jiġi rrappurat u użat fil-kalkoli mqarreb għat-tieni pożizzjoni deċimali |
|
proporzjon tal-gerijiet i |
— |
Anness 3 |
3.1.2.1.4.1 |
l-ewwel miż-żewġ proporzjonijiet tal-gerijiet li jintużaw għat-test tal-vettura |
|
proporzjon tal-gerijiet i + 1 |
— |
Anness 3 |
3.1.2.1.4.1 |
it-tieni miż-żewġ proporzjonijiet tal-gerijiet, b'veloċità tal-magna aktar baxxa milli bil-proporzjon tal-gerijiet i |
|
k |
— |
Anness 3 |
3.1.2.1.4.1 |
il-fattur ta' ponderazzjoni tal-proporzjon tal-gerijiet; il-valur li għandu jiġi rrappurat u użat fil-kalkoli mqarreb għat-tieni pożizzjoni deċimali |
|
nBB′ |
1/min |
Anness 3 |
3.1.2.2 |
il-veloċità tar-rotazzjoni tal-magna tal-vettura, meta l-punt ta' referenza jgħaddi l-linja BB′; il-valur li għandu jiġi rrappurat u użat fil-kalkoli bi preċiżjoni ta' 10 min– 1 |
|
S |
1/min |
Anness 3 |
3.1.2.2 |
il-veloċità nominali tar-rotazzjoni tal-magna f'revs/min, sinonima mal-veloċità tar-rotazzjoni tal-magna b'potenza massima |
|
ntarget BB′ |
1/min |
Anness 3 |
3.1.2.2.1.1(a) |
il-veloċità mira tar-rotazzjoni tal-magna tal-vettura meta l-punt ta' referenza jkollu jgħaddi l-linja BB′ (għad-definizzjoni tal-punt ta' referenza, ara l-punt 2.11.2.) |
|
vtarget BB′ |
km/h |
Anness 3 |
3.1.2.2.1.1(a) |
il-veloċità mira tal-vettura meta jkun meħtieġ li l-punt ta' referenza jkollu jgħaddi l-linja BB′ (għad-definizzjoni tal-punt ta' referenza, ara l-punt 2.11.2.) |
|
vBB′ gear I |
km/h |
Anness 3 |
3.1.2.2.1.1(b) |
il-veloċità mira tal-vettura meta ċerti kundizzjonijiet ikunu ssodisfati |
|
vBB′ gear i, i = 1,2 |
km/h |
Anness 3 |
3.1.2.2.1.1(c) |
il-veloċità mira tal-vettura meta ċerti kundizzjonijiet ikunu ssodisfati |
|
gearx |
— |
Anness 3 |
3.1.2.2.1.1(d) |
l-ewwel miż-żewġ proporzjonijiet tal-gerijiet użati għall-ittestjar ta' vetturi tal-kategoriji M2 b'massa massima awtorizzata ta' aktar minn 3 500 kg, M3, N2, u N3 meta ċerti kriterji dwar il-kundizzjonijiet tat-test ikunu ssodisfati |
|
geary |
— |
Anness 3 |
3.1.2.2.1.1(d) |
it-tieni miż-żewġ proporzjonijiet tal-gerijiet użati għall-ittestjar ta' vetturi tal-kategoriji M2 b'massa massima awtorizzata ta' aktar minn 3 500 kg, M3, N2, u N3 meta ċerti kriterji dwar il-kundizzjonijiet tat-test ikunu ssodisfati |
|
vBB′x |
km/h |
Anness 3 |
3.1.2.2.1.1(d) |
il-veloċità mira tal-vettura meta ċerti kundizzjonijiet ikunu ssodisfati |
|
vBB′y |
km/h |
Anness 3 |
3.1.2.2.1.1(d) |
il-veloċità mira tal-vettura meta ċerti kundizzjonijiet ikunu ssodisfati |
|
vBB′1 |
km/h |
Anness 3 |
3.1.2.2.1.2(b) |
il-veloċità mira tal-vettura meta ċerti kundizzjonijiet ikunu ssodisfati |
|
vBB′2 |
km/h |
Anness 3 |
3.1.2.2.1.2(b) |
il-veloċità mira tal-vettura meta ċerti kundizzjonijiet ikunu ssodisfati |
|
nBB′i, i = 1,2 |
1/min |
Anness 3 |
3.1.2.2.1.2(d) |
il-veloċità tar-rotazzjoni tal-magna meta l-punt ta' referenza jgħaddi l-linja BB′, meta ċerti kundizzjonijiet ikunu ssodisfati |
|
Lcrs i |
dB(A) |
Anness 3 |
3.1.3.1 |
il-livell tal-pressjoni tal-ħoss tal-vettura b'veloċità tat-test kostanti għall-ger i; il-valur li għandu jiġi rrappurat u użat fil-kalkoli mqarreb għall-ewwel pożizzjoni deċimali |
|
Lcrs (i + 1) |
dB(A) |
Anness 3 |
3.1.3.1 |
il-livell tal-pressjoni tal-ħoss tal-vettura b'veloċità tat-test kostanti għall-ger (i + 1); il-valur li għandu jiġi rrappurat u użat fil-kalkoli mqarreb għall-ewwel pożizzjoni deċimali |
|
Lcrs rep |
dB(A) |
Anness 3 |
3.1.3.1 |
il-livell tal-pressjoni tal-ħoss tal-vettura rrappurtat b'veloċità tat-test kostanti; il-valur li għandu jiġi rrappurat u użat fil-kalkoli mqarreb għall-ewwel pożizzjoni deċimali |
|
Lwot i |
dB(A) |
Anness 3 |
3.1.3.1 |
il-livell tal-pressjoni tal-ħoss tal-vettura għat-test bit-throttle miftuħ għalkollox għall-ger i; il-valur li għandu jiġi rrappurat u użat fil-kalkoli mqarreb għall-ewwel pożizzjoni deċimali |
|
Lwot (i + 1) |
dB(A) |
Anness 3 |
3.1.3.1 |
il-livell tal-pressjoni tal-ħoss tal-vettura għat-test bit-throttle miftuħ għalkollox għall-ger (i + 1); il-valur li għandu jiġi rrappurat u użat fil-kalkoli mqarreb għall-ewwel pożizzjoni deċimali |
|
Lwot rep |
dB(A) |
Anness 3 |
3.1.3.1 |
il-livell rrappurtat tal-pressjoni tal-ħoss tal-vettura bit-throttle miftuħ għalkollox; il-valur li għandu jiġi rrappurat u użat fil-kalkoli mqarreb għall-ewwel pożizzjoni deċimali |
|
Lurban |
dB(A) |
Anness 3 |
3.1.3.1 |
il-livell rrappurtat tal-pressjoni tal-ħoss tal-vettura li jirrappreżenta t-tħaddim fi traffiku urban; il-valur li għandu jiġi rrappurat matematikament imqarreb għall-eqreb numru sħiħ. |
|
awot_ASEP |
m/s2 |
Anness 7 |
2.3 |
l-aċċelerazzjoni massima meħtieġa bit-throttle miftuħ għalkollox |
|
κ |
— |
Anness 7 |
2.3 |
il-gerijiet li għandhom jiġu ttestjati skont id-“Dispożizzjonijiet Addizzjonali dwar l-Emissjoni tal-Ħoss” (ASEP) |
|
nBB_ASEP |
1/min |
Anness 7 |
2.3 |
il-veloċità tat-test massima tal-magna; il-valur li għandu jiġi rrappurat u użat fil-kalkoli bi preċiżjoni ta' 10 min– 1 |
|
vAA′_ASEP |
km/h |
Anness 7 |
2.3 |
il-veloċità mira tal-vettura għall-punt tat-test P1 tal-metodu ta' valutazzjoni skont il-paragrafu 2.4. |
|
vBB′_ASEP |
km/h |
Anness 7 |
2.3 |
il-veloċità mira tal-vettura għall-punt tat-test P4 tal-metodu ta' valutazzjoni skont il-paragrafu 2.4. |
|
Pj |
— |
Anness 7 |
2.4 |
il-punt(i) tat-test skont l-ASEP |
|
j |
— |
Anness 7 |
2.4 |
indiċi għall-punti tat-test skont l-ASEP |
|
vBB_j |
km/h |
Anness 7 |
2.4 |
il-veloċità tat-test tal-vettura fil-linja BB′ għal punt tat-test ASEP speċifiku |
|
awot,test, κj |
m/s2 |
Anness 7 |
2.5 |
l-aċċelerazzjoni bit-throttle miftuħ għalkollox miksuba fil-ger κ u fil-punt tat-test j |
|
Lwot,κj |
dB(A) |
Anness 7 |
2.5 |
il-livell tal-pressjoni tal-ħoss għall-ger κ u fil-punt tat-test j il-valur li għandu jiġi rrappurat u użat fil-kalkoli mqarreb għall-ewwel pożizzjoni deċimali |
|
nBB,κj |
1/min |
Anness 7 |
2.5 |
il-veloċità tat-test tal-magna tal-vettura fil-linja BB′ għall-ger κ u fil-punt tat-test j |
|
vAA,κj |
km/h |
Anness 7 |
2.5 |
il-veloċità tat-test tal-vettura fil-linja AA′ għall-ger κ u fil-punt tat-test j; il-valur li għandu jiġi rrappurat u użat fil-kalkoli mqarreb għall-ewwel pożizzjoni deċimali |
|
vBB,κj |
km/h |
Anness 7 |
2.5 |
il-veloċità tat-test tal-vettura fil-linja BB′ għall-ger κ u fil-punt tat-test j; il-valur li għandu jiġi rrappurat u użat fil-kalkoli mqarreb għall-ewwel pożizzjoni deċimali |
|
vPP,κj |
km/h |
Anness 7 |
2.5 |
il-veloċità tat-test tal-vettura fil-linja PP′ għall-ger κ u fil-punt tat-test j; il-valur li għandu jiġi rrappurat u użat fil-kalkoli mqarreb għall-ewwel pożizzjoni deċimali |
|
Lanchor |
dB(A) |
Anness 7 |
3.1 |
il-livell tal-pressjoni tal-ħoss tal-vettura rrappurtat għall-proporzjon tal-gerijiet i mill-Anness 3; il-valur li għandu jiġi rrappurat u użat fil-kalkoli mqarreb għall-ewwel pożizzjoni deċimali |
|
nanchor,κ |
1/min |
Anness 7 |
3.1 |
il-veloċità tal-magna tal-vettura rrappurtata għall-proporzjon tal-gerijiet i mill-Anness 3 |
|
vanchor,κ |
km/h |
Anness 7 |
3.1 |
il-veloċità tat-test tal-vettura rrappurtata għall-proporzjon tal-gerijiet i fil-linja BB′ mill-Anness 3; il-valur li għandu jiġi rrappurat u użat fil-kalkoli mqarreb għall-ewwel pożizzjoni deċimali |
|
Lκj |
dB(A) |
Anness 7 |
3.5 |
il-livell tal-pressjoni tal-ħoss għall-ger κ u fil-punt tat-test j il-valur li għandu jiġi rrappurat u użat fil-kalkoli mqarreb għall-ewwel pożizzjoni deċimali |
|
kP_ASEP |
— |
Anness 7 |
4.2.1 |
il-fattur ta' potenza parzjali ddeterminat għall-prinċipju Lurban tal-ASEP |
|
Lwot_ASEP |
dB(A) |
Anness 7 |
4.2.1 |
il-livell tal-pressjoni tal-ħoss tal-vettura mkejjel għall-prinċipju Lurban tal-ASEP; il-valur li għandu jiġi rrappurat u użat fil-kalkoli mqarreb għall-ewwel pożizzjoni deċimali |
|
Lurban_measured_ASEP |
dB(A) |
Anness 7 |
4.2.1 |
riżultat interim għall-kalkolu ta' ΔLurban_ASEP; il-valur li għandu jiġi rrappurat u użat fil-kalkoli mqarreb għall-ewwel pożizzjoni deċimali |
|
Lurban_normalized |
dB(A) |
Anness 7 |
4.2.1 |
riżultat interim għall-kalkolu ta' ΔLurban_ASEP; il-valur li għandu jiġi rrappurat u użat fil-kalkoli mqarreb għall-ewwel pożizzjoni deċimali |
|
Lref |
dB(A) |
Anness 7 |
5.3 |
il-livell tal-pressjoni tal-ħoss ta' referenza għall-valutazzjoni tal-ħoss ta' referenza; il-valur li għandu jiġi rrappurat u użat fil-kalkoli mqarreb għall-ewwel pożizzjoni deċimali |
|
nref_κ |
1/min |
Anness 7 |
5.3 |
il-veloċità ta' referenza tal-magna għall-valutazzjoni tal-ħoss ta' referenza |
|
vref |
km/h |
Anness 7 |
5.3 |
il-veloċità ta' referenza tat-test tal-vettura għall-valutazzjoni tal-ħoss ta' referenza |
|
nBB′_ref |
1/min |
Anness 7 |
5.3 |
il-veloċità ta' referenza tat-test tal-magna tal-vettura għall-valutazzjoni tal-ħoss ta' referenza |
|
vBB′_ref |
km/h |
Anness 7 |
5.3 |
il-veloċità ta' referenza tat-test tal-vettura għall-valutazzjoni tal-ħoss ta' referenza* |
|
Lurban_ASEP |
dB(A) |
Anness 7 |
6.2 |
il-livell stmat tal-pressjoni tal-ħoss f'kundizzjonijiet urbani ddeterminat għall-prinċipju Lurban tal-ASEP; il-valur li għandu jiġi rrappurat u użat fil-kalkoli mqarreb għall-ewwel pożizzjoni deċimali |
2.25. Il-modalitajiet
2.25.1. “Modalità” tfisser kundizzjoni distinta li tingħażel mis-sewwieq li taffettwa l-emissjoni tal-ħoss tal-vettura.
2.26. Aċċelerazzjoni stabbli
2.26.1. “Aċċelerazzjoni stabbli” applikabbli meta jkun meħtieġ li l-aċċelerazzjoni tiġi kkalkulata, hija dik meta l-proporzjon tal-aċċelerazzjoni bejn awot_testPP-BB u awot test ikun 1,2 jew inqas.
2.26.2. “Aċċelerazzjoni instabbli” tfisser devjazzjoni mill-aċċelerazzjoni stabbli waqt l-aċċelerazzjoni.
2.26.2.1. Aċċelerazzjoni instabbli tista' sseħħ ukoll waqt il-bidu tal-aċċelerazzjoni minn veloċitajiet baxxi meta s-sistema tal-motopropulsjoni tirreaġixxi għad-domanda tal-aċċelerazzjoni billi tħabbat u tiskossja.
3. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI
3.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' tip ta' vettura fir-rigward tal-ħoss għandha titressaq mill-manifattur tagħha jew mir-rappreżentant tiegħu akkreditat b'mod xieraq.
3.2. Din għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti msemmija hawn taħt u mid-dettalji li ġejjin fi tliet kopji:
|
3.2.1. |
Deskrizzjoni tat-tip tal-vettura fir-rigward tal-elementi msemmija fil-paragrafu 2.2 ta' hawn fuq. Għandhom jiġu speċifikati n-numri u/jew is-simboli li jidentifikaw it-tip tal-magna u t-tip tal-vettura; |
|
3.2.2. |
lista tal-komponenti, li jkunu ġew identifikati b'mod xieraq, li jikkostitwixxu s-sistema għat-tnaqqis tal-ħsejjes; |
|
3.2.3. |
Disinn tas-sistema għat-tnaqqis tal-ħsejjes armata u indikazzjoni tal-pożizzjoni tagħha fuq il-vettura; |
|
3.2.4. |
Disinji dettaljati ta' kull komponent sabiex ikun jista' jinstab u jiġi identifikat faċilment, u speċifikazzjoni tal-materjali użati. |
|
3.2.5. |
Dokument ta' informazzjoni teknika li jinkludi l-informazzjoni kif deskritt fl-Anness 1, Appendiċi 2. |
3.3. Fil-każ tal-paragrafu 2.2.2 il-vettura waħdanija, li tkun rappreżentattiva tat-tip ikkonċernat, tingħażel mis-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni, bi ftehim mal-manifattur tal-vettura, bħala dik bl-inqas massa f'kundizzjoni ta' sewqan, bl-iqsar tul, u skont l-ispeċifikazzjoni stabbilita fil-paragrafu 3.1.2.2 fl-Anness 3.
3.4. Fuq it-talba tas-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni, il-manifattur tal-vettura għandu jressaq ukoll kampjun tas-sistema għat-tnaqqis tal-ħsejjes u magna li mill-inqas ikollha l-istess ċilindrata u potenza netta massima bħal ta' dik installata fuq il-vettura li għaliha qed tintalab l-approvazzjoni tat-tip.
3.5. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha tivverifika l-eżistenza ta' arranġamenti sodisfaċenti biex jiġi żgurat il-kontroll effettiv tal-konformità tal-produzzjoni qabel ma tingħata l-approvazzjoni tat-tip.
4. MARKI
4.1. Il-komponenti tas-sistema għat-tnaqqis tal-ħsejjes, ħlief għall-hardware tat-twaħħil u għall-pajpijiet, għandu jkollhom fuqhom:
|
4.1.1. |
L-isem jew t-trademark tal-manifattur tas-sistema għat-tnaqqis tal-ħsejjes u tal-komponenti tagħha; u |
|
4.1.2. |
Id-deskrizzjoni kummerċjali tal-manifattur; |
4.2. Dawn il-marki għandhom ikunu jistgħu jinqraw b'mod ċar u ma jkunux jistgħu jitħassru anki wara li jitwaħħlu.
4.3. Komponent jista' jkollu fuqu diversi numri ta' approvazzjoni jekk ikun ġie approvat bħala komponent ta' diversi sistemi tas-silenzjar ta' sostituzzjoni.
5. APPROVAZZJONI
5.1. L-approvazzjoni tat-tip għandha tingħata biss jekk it-tip tal-vettura jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 6 u 7 ta' hawn taħt.
5.2. Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (bħalissa 03, li jikkorrispondu għas-serje ta' emendi 03) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li tinkorpora l-emendi tekniċi importanti l-aktar reċenti li saru fir-Regolament fi żmien il-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tassenja l-istess numru lil tip ta' vettura ieħor.
5.3. L-avviż tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew tar-rifjut jew tal-irtirar tal-approvazzjoni jew ta' produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta' tip ta' vettura skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.
5.4. Ma' kull vettura li tikkonforma ma' tip tal-vettura approvat skont dan ir-Regolament, b'mod li jolqot l-għajn u f'post faċilment aċċessibbli kif speċifikat fuq il-formola tal-approvazzjoni, għandha titwaħħal marka tal-approvazzjoni internazzjonali magħmula minn:
|
5.4.1. |
Ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni; (3) |
|
5.4.2. |
In-numru ta' dan ir-Regolament, segwit bl-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 5.4.1. |
5.5. Jekk il-vettura tkun konformi ma' tip ta' vettura approvat, skont Regolament wieħed jew aktar annessi ma' dan il-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ħareġ l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 5.4.1. ma hemmx għalfejn jiġi ripetut; F'każ bħal dan, in-numri tar-Regolament u tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skonthom tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, għandhom jitqiegħdu f'kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 5.4.1.
5.6. Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista' tinqara b'mod ċar u ma tkunx tista' titħassar.
5.7. Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed qrib jew fuq il-pjanċa tad-dejta tal-vettura mwaħħla mill-manifattur.
5.8. L-Anness 2 ta' dan ir-Regolament jagħti eżempji tal-arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni.
6. SPEĊIFIKAZZJONIJIET
6.1. Speċifikazzjonijiet ġenerali
6.1.1. Il-vettura, il-magna tagħha u s-sistema għat-tnaqqis tal-ħsejjes tagħha għandhom ikunu ddisinjati, mibnija u mmuntati b'tali mod li l-vettura, fl-użu normali, minkejja l-vibrazzjoni li tista' tkun soġġetta għaliha, tkun tista' tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.
6.1.2. Meta jitqiesu l-kondizzjonijiet tal-użu tal-vettura, is-sistema għat-tnaqqis tal-ħsejjes għandha tkun iddisinjata, mibnija u mmuntata b'tali mod li tkun tista' tirreżisti raġonevolment il-fenomeni korrożivi li tiġi esposta għalihom, inklużi differenzi klimatiċi reġjonali.
6.2. Speċifikazzjonijiet fir-rigward tal-livelli tal-ħoss
6.2.1. Metodi tal-kejl
6.2.1.1. Il-ħoss emess mit-tip ta' vettura mressaq għall-approvazzjoni għandu jitkejjel biż-żewġ metodi deskritti fl-Anness 3 ta' dan ir-Regolament għall-vettura miexja u għall-vettura wieqfa; (4) fil-każ ta' vettura li għandha magna bil-kombustjoni interna li ma tistax taħdem meta l-vettura tkun wieqfa, il-ħoss emess għandu jitkejjel biss meta l-vettura tkun miexja. Fil-każ ta' vettura elettrika ibrida tal-kategorija M1 li għandha magna bil-kombustjoni interna li ma tistax taħdem meta l-vettura tkun wieqfa, il-ħoss emess għandu jitkejjel skont l-Anness 3, paragrafu 4.
Il-vetturi li jkollhom massa massima mgħobbija teknikament permissibbli ta' aktar minn 2 800 kg għandhom jiġu soġġetti għal kejl addizzjonali tal-ħoss tal-arja kkompressata bil-vettura wieqfa skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-Anness 5, jekk it-tagħmir korrispondenti tal-brejkijiet ikun parti mill-vettura.
6.2.1.2. Il-valuri mkejla skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.2.1.1 ta' hawn fuq għandhom jitniżżlu fir-rapport tat-test u fuq ċertifikat li jaqbel mal-mudell muri fl-Anness 1.
6.2.2. Limiti tal-livell tal-ħoss
Il-livell tal-ħoss imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3.1 tal-Anness 3 ta' dan ir-Regolament, matematikament imqarreb sal-eqreb valur ta' numru sħiħ, ma għandux ikun ogħla mil-limiti li ġejjin:
|
Il-kategorija tal-vettura |
Vetturi użati għall-ġarr tal-passiġġieri |
Valuri ta' Limitu (dB(A)) |
||
|
Fażi 1 |
Fażi 2 |
Fażi 3 |
||
|
M1 |
PMR ≤ 120 |
72 |
70 |
68 |
|
120 < PMR ≤ 160 |
73 |
71 |
69 |
|
|
PMR > 160 |
75 |
73 |
71 |
|
|
PMR > 200, numru ta' seats ≤ 4, għoli tal-punt R < 450 mm mill-art |
75 |
74 |
72 |
|
|
M2 |
M ≤ 2,5 t |
72 |
70 |
69 |
|
2,5 t < M ≤ 3,5 t |
74 |
72 |
71 |
|
|
M > 3,5 t; Pn ≤ 135 kW |
75 |
73 |
72 |
|
|
M > 3,5 t; Pn > 135 kW |
75 |
74 |
72 |
|
|
M3 |
Pn ≤ 150 kW |
76 |
74 |
73 |
|
150 kW < Pn ≤ 250 kW |
78 |
77 |
76 |
|
|
Pn > 250 kW |
80 |
78 |
77 |
|
|
Il-kategorija tal-vettura |
Vetturi użati għall-ġarr tal-merkanzija |
Fażi 1 |
Fażi 2 |
Fażi 3 |
|
N1 |
M ≤ 2,5 t |
72 |
71 |
69 |
|
M > 2,5 t |
74 |
73 |
71 |
|
|
N2 |
Pn ≤ 135 kW |
77 |
75 |
74 |
|
Pn > 135 kW |
78 |
76 |
75 |
|
|
N3 |
Pn ≤ 150 kW |
79 |
77 |
76 |
|
150 kW < Pn ≤ 250 kW |
81 |
79 |
77 |
|
|
Pn > 250 kW |
82 |
81 |
79 |
|
6.2.2.1. Għall-vetturi tal-kategorija M1 derivati minn vetturi tat-tip N1 b'massa massima mgħobbija teknikament permissibbli ta' aktar minn 2,5 tunnellati u għoli tal-punt R ta' aktar minn 850 mm mill-art, japplikaw il-valuri ta' limitu tat-tipi ta' vetturi tal-kategorija N1 b'massa massima mgħobbija teknikament permissibbli ta' aktar minn 2,5 tunnellati.
6.2.2.2. Għat-tipi ta' vetturi maħsuba biex jintużaw off-road (5), il-valuri ta' limitu għandhom jiżdiedu b'2 dB(A) għall-kategoriji tal-vetturi M3 u N3 u b'1 dB(A) għall-kategoriji tal-vetturi l-oħra kollha.
Għat-tipi ta' vetturi tal-kategorija M1 il-valuri ta' limitu miżjuda għall-vetturi off-road ikunu validi biss jekk il-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli tkun ta' > 2 tunnellati.
6.2.2.3. Il-valuri ta' limitu għandhom jiżdiedu b'2 dB(A) għall-vetturi tal-kategorija M1 b'aċċessibbiltà għal siġġu tar-roti li jkunu mibnija jew ikkonvertiti speċifikament biex ikunu jistgħu jakkomodaw persuna bilqiegħda waħda jew aktar fis-siġġijiet tar-roti tagħhom matul vjaġġ bit-triq, u għall-vetturi blindati, kif definit fil-paragrafu 2.5.2 ta' R.E.3.
6.2.2.4. Għat-tipi ta' vetturi tal-kategorija M3 li jkollhom magna tal-petrol biss, il-valur ta' limitu applikabbli għandu jiżdied b'2 dB(A).
6.2.2.5. Għat-tipi ta' vetturi tal-kategorija N1 b'massa massima mgħobbija teknikament permissibbli ta' 2,5 tunnellati jew inqas, b'ċilindrata ta' mhux aktar minn 600 cc u bi tal-proporzjon potenza-massa (PMR) ikkalkulat bl-użu tal-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli ta' mhux aktar minn 35 u distanza orizzontali “d” bejn il-fus ta' quddiem u l-punt R tas-seat tas-sewwieq ta' inqas minn 1 100 mm, japplikaw il-valuri ta' limitu tat-tipi ta' vettura tal-kategorija N1 b'massa massima mgħobbija teknikament permissibbli ta' aktar minn 2,5 tunnellati.
6.2.3. Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar l-emissjoni tal-ħoss
Id-“Dispożizzjonijiet Addizzjonali dwar l-Emissjoni tal-Ħoss” (ASEP) japplikaw biss għal vetturi tal-kategoriji M1 u N1 li jkunu mgħammra b'magna bil-kombustjoni interna.
Il-vetturi jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness 7, jekk il-manifattur tal-vettura jipprovdi d-dokumenti tekniċi lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li juru li d-differenza bejn il-veloċità massima u dik minima tal-magna tal-vetturi f'BB′, għal kull kundizzjoni tat-test fil-medda ta' kontroll tal-ASEP definita fil-paragrafu 3.3 tal-Anness 7 ta' dan ir-Regolament (inklużi l-kundizzjonijiet tal-Anness 3) mhijiex aktar minn 0,15 × S. Dan l-artikolu huwa maħsub b'mod partikolari għat-trażmissjonijiet bi proporzjoniet tal-gerijiet varjabbli (CVTs) li ma jillokkjawx.
Il-vetturi huma eżentati mill-ASEP jekk waħda minn dawn il-kundizzjonijiet tkun issodisfata:
|
(a) |
Għall-vetturi tal-kategorija N1, jekk iċ-ċilindrata ma tkunx aktar minn 660 cc u l-proporzjon potenza-massa PMR kkalkulat bl-użu tal-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli ma jkunx aktar minn 35. |
|
(b) |
Għall-vetturi tal-kategorija N1, jekk it-tagħbija hija tal-anqas 850 kg u l-proporzjon potenza-massa kkalkulat bl-użu tal-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli ma jkunx aktar minn 40. |
|
(c) |
Għall-vetturi tal-kategorija N1 jew M1 derivati minn vetturi tat-tip N1, jekk il-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli tkun aktar minn 2,5 tunnellati u l-għoli tal-punt R ikun aktar minn 850 mm mill-art u l-proporzjoni potenza-massa kkalkulat bl-użu tal-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli ma jkunx aktar minn 40. |
L-emissjoni tal-ħoss tal-vettura f'kundizzjonijiet tipiċi ta' sewqan fit-triq, li huma differenti minn dawk li fihom sar it-test għall-approvazzjoni tat-tip stipulat fl-Anness 3 u l-Anness 7, ma għandhiex tvarja mir-riżultat tat-test b'mod sinifikanti.
6.2.3.1. Il-manifattur tal-vettura ma għandux jibdel, jimmodifika, jew jintroduċi intenzjonalment apparat mekkaniku, elettroniku, termali jew apparati jew proċeduri oħra li ma jintużawx fis-sewqan tipiku fit-triq bl-intenzjoni unika li jissodisfa r-rekwiżiti għall-emissjoni tal-ħoss skont dan ir-Regolament.
6.2.3.2. Il-vettura għandha tissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness 7 ta' dan ir-Regolament.
6.2.3.3. Fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip, il-manifattur għandu jipprovdi dikjarazzjoni, b'konformità mal-Appendiċi 1 tal-Anness 7, li t-tip ta' vettura għall-approvazzjoni jikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu 6.2.3 ta' dan ir-Regolament
6.3. Speċifikazzjonijiet rigward is-sistemi tal-egżost li fihom materjali fibrużi
6.3.1. Għandhom jiġu applikati r-rekwiżiti tal-Anness 4.
7. MODIFIKA U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TA' VETTURA
7.1. Kull modifika għat-tip ta' vettura għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat it-tip ta' vettura. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip imbagħad tista' jew:
|
7.1.1. |
Tqis li l-modifiki li saru mhux probabbli li jkollhom effett avvers apprezzabbli u li fi kwalunkwe każ il-vettura xorta hija konformi mar-rekwiżiti, jew |
|
7.1.2. |
Tirrikjedi rapport tat-test ieħor mingħand is-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet. |
7.2. Il-konferma jew ir-rifjut ta' approvazzjoni, bl-ispeċifikazzjoni tal-alterazzjonijiet, għandha tiġi kkomunikata permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 5.3 ta' hawn fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.
7.3. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje għal din l-estensjoni u għandha tinforma b'dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.
8. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
8.1 Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma' dawk stabbiliti fil-Ftehim, Appendiċi 2 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), skont dawn ir-rekwiżiti:
|
8.1.1. |
Il-vetturi approvati skont dan ir-Regolament għandhom ikunu manifatturati b'mod li jkunu konformi mat-tip approvat billi jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 6 ta' hawn fuq. |
|
8.1.2. |
Għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti minimi għall-konformità tal-proċeduri tal-kontroll tal-produzzjoni stabbiliti fl-Anness 6 ta' dan ir-Regolament. |
8.2. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tat l-approvazzjoni tat-tip tista', fi kwalunkwe waqt, tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikati f'kull faċilità ta' produzzjoni. Il-frekwenza normali ta' dawn il-verifiki għandha tkun darba kull sentejn.
9. PENALI GĦAL NUQQAS TA' KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
9.1. L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta' tip ta' vettura skont dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stabbiliti hawn fuq ma jiġux issodisfati.
9.2. Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira l-approvazzjoni li tat qabel, għandha mill-ewwel tgħarraf b'dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.
10. PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX
10.1. Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għalkollox il-manifattura tat-tip ta' vettura approvat skont dan ir-Regolament, huwa għandu jgħarraf b'dan lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-Awtorità għandha tinforma b'dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' formola ta' komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.
11. DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI
11.1. Sa mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 03 għal dan ir-Regolamenti, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m'għandha tirrifjuta li tagħti jew tirrifjuta li taċċetta approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 03.
11.2. Dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-Fażi 1 (ara l-paragrafu 6.2.2 ta' hawn fuq)
11.2.1. Sa mill-1 ta' Lulju 2016, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet tat-tip biss jekk it-tip ta' vettura li għandu jkun approvat jissodisfa r-rekwiżiti tal-fażi 1 (ara l-paragrafu 6.2.2 ta' hawn fuq) ta' dan ir-Regolament, kif emendat mis-serje ta' emendi 03.
Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 03, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu l-approvazzjonijiet tat-tip lit-tip ta' vettura li jissodisfa r-rekwiżiti tal-fażi 2 jew tal-fażi 3 ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 03.
11.2.2. Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet ta' approvazzjonijiet tat-tip għal tipi eżistenti li jkunu ngħataw skont is-serje ta' emendi 02 għal dan ir-Regolament.
11.2.3. Sat-30 ta' Ġunju 2022, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m'għandha tirrifjuta approvazzjoni tat-tip nazzjonali jew reġjonali ta' tip ta' vettura approvat skont is-serje ta' emendi 02 għal dan ir-Regolament.
11.2.4. Mill-1 ta' Lulju 2022, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament mhumiex obbligati li jaċċettaw, għall-iskop ta' approvazzjoni tat-tip nazzjonali jew reġjonali, tip ta' vettura approvat skont is-serje ta' emendi preċedenti għal dan ir-Regolament.
11.2.5. Anke wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 03 għal dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu, għal skopijiet nazzjonali jew reġjonali, ikomplu jagħtu approvazzjonijiet tat-tip u estensjonijiet ta' approvazzjonijiet tat-tip skont is-serje ta' emendi preċedenti għal dan ir-Regolament.
11.3. Dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-Fażi 2 (ara l-paragrafu 6.2.2 ta' hawn fuq)
11.3.1. Mill-1 ta' Lulju 2020 fil-każ tat-tipi ta' vettura mhux tal-kategorija N2 u mill-1 ta' Lulju 2022 fil-każ tat-tipi ta' vettura tal-kategorija N2, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet tat-tip biss jekk it-tip ta' vettura li għandu jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti tal-fażi 2 (ara l-paragrafu 6.2.2 ta' hawn fuq) ta' dan ir-Regolament, kif emendat mis-serje ta' emendi 03.
Barra minn hekk, mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 03, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu l-approvazzjonijiet tat-tip lit-tip ta' vettura li jissodisfa r-rekwiżiti tal-fażi 3 ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 03.
11.3.2. Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet ta' approvazzjonijiet tat-tip għal tipi eżistenti li jkunu ngħataw skont il-fażi 1 (ara l-paragrafu 6.2.2 ta' hawn fuq) jew is-serje ta' emendi 02 għal dan ir-Regolament.
11.3.3. Sat-30 ta' Ġunju 2022 fil-każ tat-tipi ta' vettura mhux tal-kategorija N2 u sat-30 ta' Ġunju 2023 fil-każ tat-tipi ta' vettura tal-kategorija N2, ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali jew reġjonali ta' vettura li tkun ingħatat l-approvazzjoni tat-tip skont il-fażi 1 (ara l-paragrafu 6.2.2 ta' hawn fuq) jew is-serje ta' emendi 02 ta' dan ir-Regolament.
11.3.4. Mill-1 ta' Lulju 2022 fil-każ tat-tipi ta' vettura mhux tal-kategorija N2 u mill-1 ta' Lulju 2023 fil-każ tat-tipi ta' vettura tal-kategorija N2, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament mhumiex obbligati li jaċċettaw, għall-iskop ta' approvazzjoni tat-tip nazzjonali jew reġjonali, tip ta' vettura approvat skont il-fażi 1 (ara l-paragrafu 6.2.2 ta' hawn fuq) jew is-serje ta' emendi preċedenti għal dan ir-Regolament.
11.3.5. Anke wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 03 għal dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu, għal skopijiet nazzjonali jew reġjonali, ikomplu jagħtu approvazzjonijiet tat-tip u estensjonijiet ta' approvazzjonijiet tat-tip skont il-fażi 1 (ara l-paragrafu 6.2.2 ta' hawn fuq) jew is-serje ta' emendi preċedenti għal dan ir-Regolament.
11.4. Dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-Fażi 3 (ara l-paragrafu 6.2.2 ta' hawn fuq)
11.4.1. Mill-1 ta' Lulju 2024 fil-każ tat-tipi ta' vettura mhux tal-kategoriji N2, N3 u M3 u mill-1 ta' Lulju 2026 fil-każ tat-tipi ta' vettura tal-kategoriji N2, N3 u M3, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet tat-tip biss jekk it-tip ta' vettura li għandu jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti tal-fażi 3 (ara l-paragrafu 6.2.2 ta' hawn fuq) ta' dan ir-Regolament, kif emendat mis-serje ta' emendi 03.
11.4.2. Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet ta' approvazzjonijiet tat-tip fil-każ ta' tipi eżistenti li jkunu ngħataw skont il-fażi 2 (ara l-paragrafu 6.2.2 ta' hawn fuq).
11.4.3. Sat-30 ta' Ġunju 2026 għat-tipi ta' vettura mhux tal-kategoriji N2, N3 u M3 u sat-30 ta' Ġunju 2027 għat-tipi ta' vettura tal-kategoriji N2, N3 u M3, ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali jew reġjonali ta' vettura li tkun ingħatat l-approvazzjoni tat-tip skont il-fażi 2 u l-paragrafu 6.2.2 ta' hawn fuq.
11.4.4. Sal-1 ta' Lulju 2026 għat-tipi ta' vettura mhux tal-kategoriji N2, N3 u M3 u sal-1 ta' Lulju 2027 għat-tipi ta' vettura tal-kategoriji N2, N3 u M3, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament mhumiex obbligati li jaċċettaw, għall-iskop ta' approvazzjoni tat-tip nazzjonali jew reġjonali, tip ta' vettura approvat skont il-fażi 2 (ara l-paragrafu 6.2.2 ta' hawn fuq).
11.4.5. Anke wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 03 għal dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu, għal skopijiet nazzjonali jew reġjonali, ikomplu jagħtu approvazzjonijiet tat-tip u estensjonijiet ta' approvazzjonijiet tat-tip skont il-fażi 1 jew il-fażi 2 (ara l-paragrafu 6.2.2 ta' hawn fuq) jew is-serje ta' emendi preċedenti għal dan ir-Regolament.
11.5. Minkejja d-dispożizzjoniet tranżizzjonali ta' hawn fuq, il-Partijiet Kontraenti li l-applikazzjoni tagħhom ta' dan ir-Regolament tidħol fis-seħħ wara d-data ta' dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi l-iktar riċenti mhumiex obbligati jaċċettaw approvazzjonijiet li jkunu ngħataw f'konformità ma' xi waħda mis-serje preċedenti ta' emendi għal dan ir-Regolament.
11.6. Sat-30 ta' Ġunju 2019, il-vetturi b'sistema tal-mototrażmissjoni ibrida tas-serje, li jkollhom magna tal-kombustjoni bl-ebda akkoppjament mekkaniku mas-sistema tal-mototrażmissjoni, huma eżentati mir-rekwiżiti tal-paragrafu 6.2.3 ta' hawn fuq.
11.7. Sat-30 ta' Ġunju 2019, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jkomplu jagħtu l-approvazzjonijiet filwaqt li jużaw siti tat-test li jkunu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tas-serje ta' emendi preċedenti għal dan ir-Regolament bħala alternattiva għall-Anness 3, paragrafu 2.1 ta' dan ir-Regolament.
11.8. Sat-30 ta' Ġunju 2022 għall-vetturi tal-kategorija N1 jew vetturi tal-kategoriji M1 derivati minn vetturi tat-tip N1, japplikaw il-valuri ta' limitu skont il-paragrafu 6.2.2 tat-tipi ta' vettura tal-kategorija N1 li jkollhom massa massima mgħobbija teknikament permissibbli ta' aktar minn 2.5 tunnellati, jekk jiġu ssodisfati dawn l-ispeċifikazzjonijiet kollha:
|
(a) |
ikollhom massa massima mgħobbija teknikament permissibbli ta' 2,5 tunnellati jew inqas; |
|
(b) |
għoli tal-punt R ta' aktar minn 850 mm mill-art; |
|
(c) |
ċilindrata ta' aktar minn 600 cc iżda inqas minn 1 495 cc; |
|
(d) |
magna li ċ-ċentru tal-gravità tagħha jkun bejn 300 mm u 1 500 mm wara l-fus ta' quddiem; |
|
(e) |
u jkollhom trażmissjoni fuq il-fus ta' wara. |
12. ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP
Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni u li jintbagħtulhom il-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew iċ-ċaħda, ir-rifjut, l-estensjoni jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f'pajjiżi oħra.
(1) Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.3, para. 2 - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html
(2) Il-fehim komuni ta' “ger baxx” jew ta' “ger għoli” m'għandux ikun applikabbli għall-proporzjonijiet tal-gerijiet. Pereżempju, l-aktar ger baxx għas-sewqan 'il quddiem, l-ewwel ger, għandu l-ogħla proporzjon tal-gerijiet mill-gerijiet għas-sewqan 'il quddiem kollha. Filwaqt li t-trażmissjoni manwali għandha gerijiet diskreti, diversi trażmissjonijiet mhux manwali jista' jkollhom aktar proporzjonijiet tal-gerijiet attwati mill-unità ta' kontroll tat-trażmissjoni.
(3) In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev. 3, Anness 3 - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html
(4) It-test fuq vettura wieqfa jsir sabiex jipprovdi valur ta' referenza għall-amministrazzjonijiet li jużaw dan il-metodu biex jiċċekkjaw il-vetturi li qed jintużaw.
(5) Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.3, para. 2 - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html
Appendiċi 1
Addendum tal-formola ta' komunikazzjoni Nru …
1. Informazzjoni addizzjonali
1.1. Grupp motopropulsur
1.1.1. Il-manifattur tal-magna: …
1.1.2. Il-kodiċi tal-magna tal-manifattur: …
1.1.3. Potenza netta massima nominali: … kW fi … min– 1 jew potenza kontinwa massima nominali (mutur elettriku) … kW
1.1.4. Pressure charger(s), Għamla u Tip: …
1.1.5. Filtru tal-arja, Għamla u Tip: …
1.1.6. Silencer(s) tad-dħul, Għamla u Tip: …
1.1.7. Silencer(s) tal-egżost, Għamla u Tip: …
1.1.8. Katalizzatur(i), Għamla u Tip: …
1.1.9. Filtru/i tal-partikuli, Għamla u Tip: …
1.2. Trażmissjoni
1.2.1. It-tip (mekkanika, idrawlika, elettrika, eċċ.): …
1.3. Apparati mhux tal-magna ddisinjati biex inaqqsu l-ħoss: …
2. Riżultati tat-testijiet
2.1. Il-livell tal-ħoss ta' vettura miexja: … dB(A)
2.2. Il-livell tal-ħoss ta' vettura wieqfa: … dB(A) fi … min– 1
2.2.1. Il-livell tal-ħoss tal-arja kkompressata, brejk tas-servizz: … dB(A)
2.2.2. Il-livell tal-ħoss tal-arja kkompressata, brejk tal-parking: … dB(A)
2.2.3. Il-livell tal-ħoss tal-arja kkompressata, waqt l-attwazzjoni tar-regolatur tal-pressjoni: … dB(A)
2.3. Dejta li tiffaċilita l-ittestjar tal-konformità ta' vetturi ibridi fl-użu, fejn il-magna bil-kombustjoni interna ma tkunx tista' taħdem meta l-vettura tkun wieqfa
2.3.1. Il-ger (i) jew il-pożizzjoni tas-selettur tal-gerijiet magħżul(a) għat-test:
2.3.2. Il-pożizzjoni tas-swiċċ operattiv waqt il-kejl ta' Lwot (i), (jekk is-swiċċ ikun imwaħħal)
2.3.3. It-tul tal-preaċċelerazzjoni lPA (Il-punt ta' meta jingħafas l-aċċeleratur qabel il-linja AA′, f'metri)
2.3.4. Il-livell tal-pressjoni tal-ħoss L wot (i) … dB(A)
3. Rimarki: …
…
Appendiċi 2
Dokument ta' Informazzjoni Teknika
0. Ġenerali
0.1. L-għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …
0.2. Il-mezzi ta' identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkati fuq il-vettura: (1) …
0.2.1. Fejn tinsab dik il-marka: …
0.3. Il-kategorija tal-vettura: (2) …
0.4. Isem il-kumpanija u l-indirizz tal-manifattur: …
0.5. L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun hemm): …
0.6. L-isem/ismijiet u l-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: …
1. Il-karatteristiċi ġenerali tal-kostruzzjoni tal-vettura
1.1. Ritratti u/jew disinji ta' vettura rappreżentattiva: …
1.2. L-għadd ta' fusien u roti: (3) …
1.2.1. Fusien motorizzati (għadd, pożizzjoni, interkonnessjoni): …
1.3. Il-pożizzjoni u l-arranġament tal-magna: …
2. Il-mases u d-dimensjonijiet (4) (f'kg u mm) (fejn ikun applikabbli, irreferi għad-disinn): …
2.1. Firxa ta' dimensjonijiet tal-vettura (ġenerali): …
2.1.1. Għal xażi bla karozzerija: …
2.1.1.1. Tul: …
2.1.1.2. Wisa': …
2.1.2. Għal xażi bil-karozzerija …
2.1.2.1. Tul: …
2.1.2.2. Wisa': …
2.2. Massa f'kundizzjoni ta' sewqan (5)
|
(a) |
Minima u massima għal kull varjant: … |
|
(b) |
Massa ta' kull verżjoni (għandha tiġi pprovduta matriċi): … |
2.3. Il-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli ddikjarata mill-manifattur: (6) (7)
3. Grupp motopropulsur (8)
3.1. Il-manifattur tal-magna: …
3.1.1. Il-kodiċi tal-magna assenjat mill-manifattur (kif immarkat fuq il-magna, jew mezz ieħor ta' identifikazzjoni): …
3.2. Magna li taħdem bil-kombustjoni interna
3.2.1. Informazzjoni speċifika dwar il-magna
3.2.1.1. Il-prinċipju ta' tħaddim: tqabbid bl-ispark/tqabbid bil-kompressjoni, ċiklu four stroke/two stroke/rotatorju (9)
3.2.1.2. L-għadd u t-tqassim taċ-ċilindri: …
3.2.1.2.1. L-ordni tat-tqabbid: …
3.2.1.3. Iċ-ċilindrata: (10) … cm3
3.2.1.4. Potenza netta massima nominali: … kW fi … min– 1 (il-valur dikjarat mill-manifattur)
3.2.2. L-alimentazzjoni tal-fjuwil
3.2.2.1. B'injezzjoni tal-fjuwil (tqabbid bil-kompressjoni biss): iva/le (9)
3.2.2.1.1. Il-prinċipju ta' tħaddim: Injezzjoni diretta/pre-chamber/swirl chamber (9)
3.2.2.1.2. Regolatur
3.2.2.1.2.1. It-tip: …
3.2.2.1.2.2. Veloċità tal-attivazzjoni tal-cut-off taħt tagħbija: … min– 1
3.2.2.2. B'injezzjoni tal-fjuwil (tqabbid bl-ispark biss): iva/le (9)
3.2.2.2.1. Il-prinċipju ta' tħaddim: Manifold tad-dħul (singolu-/b'diversi punti (2))/injezzjoni diretta/ieħor (speċifika) (9)
3.2.3. Is-sistema tad-dħul
3.2.3.1. Il-filtru tal-arja, disinji, jew
3.2.3.1.1. L-għamla/għamliet: …
3.2.3.1.2. It-tip(i): …
3.2.3.2. Is-silencer tad-dħul, disinji,
3.2.3.2.1. L-għamla/għamliet: …
3.2.3.2.2. It-tip(i): …
3.2.4. Is-sistema tal-egżost
3.2.4.1. Deskrizzjoni u/jew disinn tas-sistema tal-egżost: …
3.2.4.2. Is-silencer(s) tal-egżost: …
It-tip, marki tas-silencer(s) tal-egżost: …
Meta jkun rilevanti għall-ħoss estern, il-miżuri ta' tnaqqis fil-kompartament tal-magna u fuq il-magna: …
3.2.4.3. Pożizzjoni tal-iżbokk tal-egżost: …
3.2.4.4. Silencer tal-egżost li fih materjali fibrużi: …
3.2.5. Konvertitur katalittiku: iva/le (9)
3.2.5.1. L-għadd ta' konvertituri katalitiċi u elementi (ipprovdi l-informazzjoni hawn taħt għal kull unità separata): …
3.3. Il-mutur elettriku
3.3.1. It-tip (koljatura, eċitazzjoni): …
3.3.1.1. L-output massimu fis-siegħa: … kW
3.3.1.2. Il-vultaġġ tat-tħaddim: … V
3.4. Kombinazzjoni ta' magni jew motopropulsuri: …
3.4.1. Vettura elettrika ibrida: iva/le (9)
3.4.2. Kategorija tal-vettura elettrika ibrida: iċċarġjar mhux fuq il-vettura / iċċarġjar fuq il-vettura: (9)
3.4.3. Is-swiċċ tal-modalità tat-tħaddim: bih/mingħajru (9)
3.4.3.1. Il-modalitajiet li jistgħu jintgħażlu
3.4.3.1.1. Elettriku biss: iva/le (9)
3.4.3.1.2. Konsum tal-fjuwil biss: iva/le (9)
3.4.3.1.3. Modalitajiet ibridi: iva/le (9)/ (jekk iva, deskrizzjoni qasira)
3.4.4. Mutur elettriku (iddeskrivi kull tip ta' mutur elettriku separatament)
3.4.4.1. L-għamla: …
3.4.4.2. It-tip: …
3.4.4.3. Potenza netta massima nominali: … kW
4. Trażmissjoni (11)
4.1. It-tip (mekkanika, idrawlika, elettrika, eċċ.): …
4.2. Il-proporzjonijiet tal-gerijiet
|
Il-ger |
Il-proporzjonijiet interni tal-gearbox (il-proporzjonijiet tar-rotazzjonijiet tal-magna għal rotazzjonijiet tax-xaft tal-output tal-gearbox) |
Il-proporzjon(ijiet) tat-trażmissjoni finali (il-proporzjon tar-rotazzjonijiet tax-xaft tal-output tal-gearbox għal rotazzjonijiet tar-roti motorizzati) |
Il-proporzjonijiet totali tal-gerijiet |
|
Il-massimu għal CVT (12) |
|
|
|
|
1 |
|
|
|
|
2 |
|
|
|
|
3 |
|
|
|
|
… |
|
|
|
|
Il-minimu għal CVT |
|
|
|
|
Reverse |
|
|
|
4.3. Il-veloċità massima tal-vettura skont id-disinn (f'km/h) (13): …
5. Is-sospensjoni
5.1. It-tajers u r-roti
5.1.1. Il-kombinazzjoni(jiet) tat-tajers/tar-roti
|
(a) |
Għat-tajers indika d-deżinjazzjoni tad-daqs, l-indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija, is-simbolu tal-kategorija tal-veloċità; |
|
(b) |
Għar-roti indika d-daqs(ijiet) tar-rimm(ijiet) u l-off-set(s). |
5.1.2. Il-limiti massimi u minimi tar-raġġi tad-dawrien
5.1.2.1. Fus 1: …
5.1.2.2. Fus 2: …
5.1.2.3. Fus 3: …
5.1.2.4. Fus 4: …
eċċ.
6. Karozzerija
6.1. It-tip ta' karozzerija: …
6.2. Materjali użati u metodi ta' kostruzzjoni: …
7. Mixxellanji
7.1. Dettalji ta' kull apparat mhux tal-magna ddisinjat biex inaqqas il-ħoss (jekk mhux kopert minn punti oħra): …
Firma: …
Il-kariga fil-kumpanija: …
Data: …
(1) Jekk il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li mhumiex rilevanti għad-deskrizzjoni tat-tipi ta' vettura koperti biċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip, dawn il-karattri għandhom ikunu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu: “?” (pereżempju ABC??123??).
(2) Kif definiti fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.3, para. 2 - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html.
(3) Għall-iskop tad-definizzjoni ta' “vetturi off-road” biss.
(4) Standard ISO 612: 1978 — Vetturi tat-triq — Dimensionijiet tal-vetturi motorizzati u tal-vetturi rmunkati - termini u definizzjonijiet.
|
(a) |
Meta jkun hemm verżjoni waħda b'kabina normali u oħra b'kabina tal-irqad, iż-żewġ settijiet ta' mases u dimensjonijiet għandhom jiġu ddikjarati. |
|
(b) |
Tagħmir mhux obbligatorju li jaffettwa d-dimensjonijiet tal-vettura għandu jiġi speċifikat. |
(5) Il-massa tas-sewwieq hija vvalutata għal 75 kg. Is-sistemi li fihom jinżammu l-likwidi (ħlief dawk għall-ilma użat, li għandhom jibqgħu vojta) jimtlew sa 90 fil-mija tal-kapaċità speċifikata mill-manifattur. L-informazzjoni msemmija fil-punti 2.2. (b) mhix meħtieġa li tingħata għall-kategoriji tal-vetturi N2, N3, M2 u M3.
(6) Għal vetturi gganċjati ma' trailer jew semitrailer, li jpoġġu tagħbija vertikali sinifikanti fuq il-mekkaniżmu tat-tqabbid jew in-nagħla, din it-tagħbija, diviża bl-aċċelerazzjoni standard tal-gravità, hija inkluża fil-massa massima teknikament permissibbli. Jekk jogħġbok, hawn niżżel l-ogħla u l-inqas valuri għal kull varjant.
(7) Jekk jogħġbok, hawn niżżel l-ogħla u l-inqas valuri għal kull varjant.
(8) Fil-każ ta' vettura li tista' taħdem bil-petrol, bid-diżil, eċċ, jew ukoll, b'taħlita ma' fjuwil ieħor, l-elementi għandhom jiġu ripetuti. Fil-każ ta' magni u sistemi mhux konvenzjonali, dettalji ekwivalenti għal dawk imsemmija hawn għandhom jiġu fornuti mill-manifattur.
(9) Ħassar dak li ma japplikax.
(10) Dan il-valur għandu jiġi kkalkulat (π = 3,1416) u jitqarreb għall-eqreb cm3.
(11) Id-dettalji speċifikati għandhom jingħataw għal kwalunkwe varjant propost.
(12) Trażmissjoni Kontinwament Varjabbli (CVT): trażmissjoni bi proporzjonijiet tal-gerijiet varjabbli.
(13) Fir-rigward tat-trailers, il-veloċità massima permessa mill-manifattur.
ANNESS 2
ARRANĠAMENTI TAL-MARKA TAL-APPROVAZZJONI
Mudell A
(Ara l-paragrafu 5.4 ta' dan ir-Regolament)
Il-marka ta' approvazzjoni ta' hawn fuq li titwaħħal mal-vettura turi li t-tip ta' vettura kkonċernat, rigward l-emissjoni tal-ħoss tiegħu, ġie approvat fin-Netherlands (E 4) skont ir-Regolament Nru 51 bin-Numru tal-approvazzjoni 032439.
L-ewwel żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li r-Regolament Nru 51 diġà kien jinkludi s-serje ta' emendi 03 meta ngħatat l-approvazzjoni.
Mudell B
(Ara l-paragrafu 5.5 ta' dan ir-Regolament)
Il-marka ta' approvazzjoni ta' hawn fuq li titwaħħal mal-vettura turi li t-tip ta' vettura kkonċernat ġie approvat fin-Netherlands (E 4) skont ir-Regolamenti Nru 51 u Nru 33. (1) In-numri tal-approvazzjoni jindikaw li, fid-dati meta ngħataw l-approvazzjonijiet rispettivi, ir-Regolament Nru 51 kien jinkludi s-serje ta' emendi 03 filwaqt li r-Regolament Nru 33 kien fil-forma oriġinali tiegħu.
(1) Dan l-aħħar numru qed jingħata biss bħala eżempju.
ANNESS 3
IL-METODI U L-ISTRUMENTI GĦALL-KEJL TAL-ĦOSS MILL-VETTURI MOTORIZZATI
1. L-Istrumenti tal-kejl
1.1. Il-kejl akustiku
L-apparat li jintuża biex jitkejjel il-livell tal-ħoss għandu jkun miter ta' preċiżjoni tal-livell tal-ħoss jew sistema ta' kejl ekwivalenti li tissodisfa r-rekwiżiti tal-istrumenti tal-Klassi 1 (inkluż il-windscreen rakkomandat, jekk jintuża). Dawn ir-rekwiżiti huma deskritti f'“IEC 61672-1:2002: Precision sound level meters”, it-tieni edizzjoni, tal-Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali (IEC).
Il-kejl għandu jitwettaq bl-użu tar-reazzjoni “rapida” tal-istrument tal-kejl akustiku u l-kurva tal-ponderazzjoni “A” deskritta wkoll fl-“IEC 61672-1:2002”. Meta tintuża sistema li tinkludi monitoraġġ perjodiku tal-livell tal-pressjoni tal-ħoss ponderat-A, għandu jittieħed qari f'intervalli ta' ħin ta' mhux aktar minn 30 ms.
L-istrumenti għandhom jinżammu f'kundizzjoni tajba u jiġu kkalibrati skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-istrument.
1.2. Il-kalibrazzjoni tas-Sistema ta' Kejl Akustiku kollha għal Sessjoni ta' Kejl
Fil-bidu u fi tmiem ta' kull sessjoni ta' kejl, is-sistema tal-kejl kollha għandha tiġi verifikata permezz ta' kalibratur tal-ħoss li jissodisfa r-rekwiżiti għall-kalibraturi tal-ħoss ta' preċiżjoni, mill-inqas, tal-Klassi 1 skont l-IEC 60942:2003. Bla ebda aġġustament ulterjuri, id-differenza bejn il-qari ta' żewġ verifiki konsekuttivi għandha tkun ta' 0,5 dB(A) jew inqas.
Jekk dan il-valur jinqabeż, ir-riżultati tal-kejl miksuba wara l-kontroll sodisfaċenti preċedenti ma għandhom jitqiesu.
1.3. Il-konformità mar-rekwiżiti
Il-konformità tal-istrumentazzjoni tal-kejl akustiku għandha tkun ivverifikata permezz tal-eżistenza ta' ċertifikat validu ta' konformità. Għandu jitqies li dawn iċ-ċertifikati jkunu validi jekk iċ-ċertifikazzjoni ta' konformità mal-istandards tkun twettqet fit-12-il xahar preċedenti għal apparat tal-kalibrazzjoni tal-ħoss u fil-perjodu preċedenti ta' 24 xahar għas-sistema ta' strumentazzjoni. L-ittestjar għall-konformità kollu għandu jsir minn laboratorju li jkun awtorizzat iwettaq kalibrazzjonijiet li jistgħu jitqabblu mal-istandards xierqa.
1.4. L-istrumentazzjoni għall-kejl tal-veloċità
Il-veloċità tal-magna għandha titkejjel bi strumentazzjoni li għandha preċiżjoni ta' ± 2 fil-mija jew aħjar bil-veloċitajiet tal-magna meħtieġa għall-kejl li qed isir.
Il-veloċità fit-triq tal-vettura għandha titkejjel bi strumentazzjoni li jkollha preċiżjoni ta' mill-inqas ± 0,5 km/h, fejn jintużaw apparati ta' kejl kontinwu.
Jekk l-ittestjar juża kejl indipendenti tal-veloċità, din l-istrumentazzjoni għandu jkollha preċiżjoni minima ta' ± 0,2 km/h.
1.5. L-istrumentazzjoni meteoroloġika
L-istrumentazzjoni meteoroloġika li tintuża għall-monitoraġġ tal-kundizzjonijiet ambjentali matul it-test għandha tinkludi l-apparati li ġejjin, li jissodisfaw tal-inqas il-preċiżjoni msemmija:
|
(a) |
Apparat għall-kejl tat-temperatura, ± 1 °C; |
|
(b) |
Apparat għall-kejl tal-veloċità tar-riħ, ± 1,0 m/s; |
|
(c) |
Apparat għall-kejl tal-pressjoni barometrika, ± 5 hPa; |
|
(d) |
Apparat għall-kejl tal-umdità relattiva, ± 5 fil-mija. |
2. Il-kundizzjonijiet tal-kejl
2.1. Is-sit tat-test u l-kundizzjonijiet ambjentali
Is-superfiċe tal-korsa tat-test u d-dimensjonijiet tas-sit tat-test għandhom ikunu konformi mal-ISO 10844:2014.
Is-superfiċe tas-sit tat-test ma għandux ikollu fuqu borra friska, ħaxix għoli, ħamrija ratba jew irmied. Ma għandu jkun hemm l-ebda ostaklu li jista' jaffetwa l-kamp akustiku fil-viċinanza tal-mikrofonu u tas-sors tal-ħoss. L-osservatur li jkun qed jieħu l-kejl għandu joqgħod f'pożizzjoni li ma jaffettwax il-qari tal-istrument tal-kejl.
Il-kejl ma għandux jittieħed f'kundizzjonijiet tat-temp avversi. Għandu jiġi żgurat li r-riżultati ma jkunux affetwati minn xi buffuri tar-riħ.
L-istrumentazzjoni meteoroloġika għandha titqiegħed f'pożizzjoni qrib iż-żona tat-test f'għoli ta' 1,2 m ± 0,02 m. Il-kejl għandu jittieħed meta t-temperatura tal-arja ambjentali tkun bejn 5 °C u 40 °C.
Waqt l-intervall tal-kejl tal-ħoss, it-testijiet ma għandhomx jitwettqu jekk il-veloċità tar-riħ, inklużi l-buffuri, fl-għoli tal-mikrofonu tkun aktar minn 5 m/s.
Waqt l-intervall tal-kejl tal-ħoss għandu jkun irreġistrat valur rappreżentattiv tat-temperatura, tal-veloċità u tad-direzzjoni tar-riħ, tal-umdità relattiva, u tal-pressjoni barometrika.
Meta jittieħed il-qari, kwalunkwe livell tal-ħoss għoli ħafna li jidher li mhux relatat mal-karatteristiċi tal-livell ġenerali tal-ħoss tal-vettura għandu jkun injorat.
L-istorbju fl-isfond għandu jitkejjel għal 10 sekondi immedjatament qabel u wara serje ta' testijiet fuq vettura. Il-kejl għandu jittieħed bl-istess mikrofoni li jintużaw waqt it-test u fil-postijiet fejn jitqiegħed il-mikrofonu waqt it-test. Il-livell massimu tal-pressjoni tal-ħoss ponderat-A għandu jiġi rrappurtat.
Il-ħoss fl-isfond (inkluż kwalunkwe ħoss mir-riħ) għandu jkun mill-inqas 10 dB(A) taħt il-livell tal-pressjoni tal-ħoss ponderat-A ġġenerat mill-vettura li tkun qed tiġi ttestjata. Jekk id-differenza bejn il-ħoss ambjentali u l-ħoss imkejjel tkun bejn 10 u 15 dB(A), sabiex jiġu kkalkulati r-riżultati tat-test għandha titnaqqas il-korrezzjoni rilevanti mill-qari fuq il-miter tal-livell ta' ħoss, kif indikat f'din it-tabella:
|
Differenza bejn il-ħoss ambjentali u l-ħoss li għandu jitkejjel, dB(A) |
10 |
11 |
12 |
13 |
14 |
15 |
|
Korrezzjoni, dB(A) |
0,5 |
0,4 |
0,3 |
0,2 |
0,1 |
0,0 |
2.2. Vettura
2.2.1. Il-vettura għandha tkun rappreżentattiva tal-vetturi li jkunu se jitqiegħdu fis-suq kif speċifikat mill-manifattur bi qbil mas-Servizz Tekniku biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
Il-kejl għandi jittieħed mingħajr trailer, għajr fil-każ ta' vetturi li ma jistgħux jiġu sseparati. Fuq talba tal-manifattur il-kejl jista' jsir fuq vetturi b'fus(ien) li jintrefgħu f'pożizzjoni mgħollija.
Il-kejl għandu jsir fuq vetturi bil-massa tat-test mt speċifikata skont din it-tabella:
Il-massa mira, mtarget, tintuża biex tindika l-massa li biha għandhom jiġu ttestjati l-vetturi tal-kategoriji N2 u N3. Il-massa tat-test attwali tal-vettura tista' tkun inqas minħabba xi limitazzjonijiet fuq il-vettura u t-tagħbija fuq il-fus.
|
Il-kategorija tal-vettura |
Il-massa tat-test tal-vettura |
|
M1 |
mt = mro +/– 5 % |
|
N1 |
mt = mro +/– 5 % |
|
N2, N3 |
mtarget = 50 [kg/kW] × Pn [kW] It-tagħbija żejda, mxload, meħtieġa biex tintlaħaq il-massa mira, mtarget, tal-vettura għandha titqiegħed fuq il-fus(ien) ta' wara. It-total tat-tagħbija żejda u t-tagħbija fuq il-fus ta' wara f'kundizzjoni mhux mgħobbija, mra load unladen, ma jistax ikun aktar minn 75 fil-mija tal-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli għall-fus ta' wara, mac ra max. Il-massa mira għandha tinkiseb b'tolleranza ta' ± 5 fil-mija. Jekk iċ-ċentru tal-gravità tat-tagħbija żejda ma jistax jiġi allinjat maċ-ċentru tal-fus ta' wara, il-massa tat-test, mt, tal-vettura ma għandiex tkun ogħla mit-total tat-tagħbija tal-fus ta' quddiem f'kundizzjoni mhux mgħobbija, mfa load unladen, u tal-fus ta' wara f'kundizzjoni mhux mgħobbija, mra load unladen flimkien mat-tagħbija żejda, mxload, u l-massa tas-sewwieq md. Il-massa tat-test għall-vetturi b'aktar minn żewġ fusien għandha tkun l-istess bħal dik għall-vetturi b'żewġ fusien. Jekk il-massa tal-vettura ta' vettura b'aktar minn żewġ fusien f'kundizzjoni mhux mgħobbija, munladen, tkun akbar mill-massa tat-test għall-vettura b'żewġ fusien, din il-vettura għandha tiġi ttestjata mingħajr tagħbija żejda. Jekk il-massa tal-vettura ta' vettura b'żewġ fusien, munladen, tkun akbar mill-massa mira, din il-vettura għandha tiġi ttestjata mingħajr tagħbija żejda. |
|
M2, M3 |
mt = mro Il-massa f'kundizzjoni ta' sewqan għandha tinkiseb b'tolleranza ta' ± 10 %. |
|
Mhux kompluta M2, M3 |
Jekk it-testijiet isiru b'vettura mhux kompluta mingħajr karrozzerija, mtarget = 50 [kg/kW] × Pn [kW] tiġi kkalkulata skont il-kundizzjonijiet ta' hawn fuq (ara l-kategorija N2, N3), jew mt = mchassisM2M3 + mxloadM2M3 = mro Il-massa f'kundizzjoni ta' sewqan għandha tinkiseb b'tolleranza ta' ± 10 %. |
2.2.2. Fuq talba tal-applikant il-vettura ta' kategorija M2, M3, N2 jew N3 għandha titqies bħala rappreżentattiva tat-tip komplut tagħha jekk it-testijiet isiru fuq vettura mhux kompluta mingħajr karrozzerija. Fit-test fuq vettura mhux kompluta l-materjali ta' soundproofing kollha rilevanti, pannelli u komponenti u sistemi li jnaqqsu l-ħsejjes għandhom jitwaħħlu fuq il-vettura kif iddisinjata mill-manifattur għajr għal parti tal-karozzerija li titwaħħal fi stadju aktar tard.
Ma għandux ikun meħtieġ test ġdid minħabba t-twaħħil ta' tank tal-fjuwil supplimentari jew ir-rilokazzjoni tat-tank tal-fjuwil oriġinali bil-kundizzjoni li l-partijiet jew l-istrutturi l-oħra tal-vettura li jidhru li jaffettwaw l-emissjonijiet tal-ħoss ma jkunux inbidlu.
It-tajers li jintużaw għat-test għandhom ikunu rappreżentattivi għall-vettura u għandhom jintgħażlu mill-manifattur tal-vettura u jiġu rreġistrati fl-Addendum tal-formula ta' Komunikazzjoni (Anness 1, Appendiċi 1). Għandhom jikkorrispondu għal wieħed mid-daqsijiet tat-tajers maħsuba għall-vettura bħala tagħmir oriġinali. It-tajer huwa, jew se jkun, fis-suq, disponibbli għax-xiri fl-istess żmien tal-vettura. (1) It-tajers għandhom jintefħu għall-pressjoni rakkomandata mill-manifattur tal-vettura għall-massa tat-test tal-vettura. It-tajers għandu jkollhom mill-inqas fond tal-wiċċ tat-tajer ta' 1,6 mm.
2.2.3. Qabel ma jibda jittieħed il-kejl, il-magna għandha tinġieb għall-kundizzjonijiet tat-tħaddim normali tagħha.
2.2.4. Jekk il-vettura tkun mgħammra b'sistema tat-trazzjoni fuq aktar minn żewġ roti, din għandha tiġi ttestjata bit-trażmissjoni li għaliha hija maħsuba għall-użu normali fit-triq.
2.2.5. Jekk il-vettura tkun mgħammra b'fann(ijiet) li jkollhom mekkaniżmu ta' attwazzjoni awtomatiku, din is-sistema m'għandiex tkun imbagħbsa matul il-kejl.
2.2.6. Jekk il-vettura tkun mgħammra b'sistema tal-egżost li fiha materjali fibrużi, is-sistema tal-egżost għandha tiġi kundizzjonata skont l-Anness 4 qabel it-test.
2.2.7. Proċedura ta' kalkolu għad-determinazzjoni tat-tagħbija żejda ta' vetturi tal-kategoriji N2 u N3 biss
2.2.7.1. Kalkolu tat-tagħbija żejda
Il-massa mira, mtarget, (kull kW ta' potenza nominali) għall-vetturi b'żewġ fusien tal-kategoriji N2 u N3 hija speċifikata fit-Tabella tal-paragrafu 2.2.1 ta' hawn fuq.
|
mtarget = 50 [kg/kW] × Pn [kW] |
(1) |
Biex tintlaħaq il-massa mira meħtieġa, mtarget, għal vettura li tkun qed tiġi ttestjata, il-vettura mhux mgħobbija, inkluż il-massa tas-sewwieq, md, għandha tiġi mgħobbija b'massa żejda, mxload, li titqiegħed fuq il-fus ta' wara kif indikat fil-Formula (8):
|
mtarget = munladen + md + mxload |
(2) |
Il-massa mira, mtarget, għandha tinkiseb b'tolleranza ta' ± 5 fil-mija.
Il-massa tal-vettura tal-vettura tat-test f'kundizzjoni mhux mgħobbija, munladen, tiġi kkalkulata permezz tal-kejl, fuq miżien, tat-tagħbija tal-fus ta' quddiem f'kundizzjoni mhux mgħobbija, mfa load unladen, u tat-tagħbija tal-fus ta' wara f'kundizzjoni mhux mgħobbija, mra load unladen, kif indikat fil-Formula (3):
|
munladen = mfa load unladen + mra load unladen |
(3) |
Mill-Formuli (2) u (3), it-tagħbija żejda, mxload, tista' tiġi kkalkulata kif indikat fil-Formuli (4) u (5):
|
mxload = mtarget – (md + munladen) |
(4) |
|
mxload = mtarget – (md + mfa load unladen + mra load unladen) |
(5) |
It-total tat-tagħbija żejda, mxload, u t-tagħbija fuq il-fus ta' wara f'kundizzjoni mhux mgħobbija, mra load unladen, ma jistax ikun aktar 75 fil-mija tal-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli għall-fus ta' wara, mac ra max, kif indikat fil-Formula (6):
|
0,75 mac ra max ≥ mxload + mra load unladen |
(6) |
Il-limitu ta' mxload huwa dak indikat fil-Formula (7):
|
mxload ≤ 0,75 mac ra max – mra load unladen |
(7) |
Jekk il-valur tat-tagħbija żejda, mxload, kif ikkalkulat fil-Formula (5) jissodisfa l-Formula (7), it-tagħbija żejda tkun ugwali għall-Formula (5). Il-massa tat-test, mt, tal-vettura hija kif ikkalkulata bil-Formula (8):
|
mt = mxload + md + mfa load unladen + mra load unladen |
(8) |
F'dan il-każ, il-massa tat-test tal-vettura hija ugwali għall-massa mira
|
mt = mtarget |
(9) |
Jekk il-valur tat-tagħbija żejda, mxload, kif ikkalkulat fil-Formula (5) ma jissodisfax il-Formula (7), iżda jissodisfa l-Formula (10)
|
mxload > 0,75 mac ra max – mra load unladen |
(10) |
f'dak il-każ, it-tagħbija żejda, mxload, tinħareġ mill-Formula (11):
|
mxload = 0,75 mac ra max – mra load unladen |
(11) |
u l-massa tat-test, mt, tal-vettura hija kif ikkalkulata bil-Formula (12):
|
mt = 0,75 mac ra max + md + mfa load unladen |
(12) |
F'dan il-każ, il-massa tat-test tal-vettura hija inqas mill-massa mira
|
mt < mtarget |
(13) |
2.2.7.2. Kunsiderazzjonijiet dwar it-tagħbija jekk it-tagħbija ma tistax tiġi allinjata maċ-ċentru tal-fus ta' wara
Jekk iċ-ċentru tal-gravità tat-tagħbija żejda, mxload, ma jistax jiġi allinjat maċ-ċentru tal-fus ta' wara, il-massa tat-test, mt, tal-vettura ma għandiex tkun ogħla mit-total tat-tagħbija tal-fus ta' quddiem f'kundizzjoni mhux mgħobbija, mfa load unladen, u tal-fus ta' wara f'kundizzjoni mhux mgħobbija, mra load unladen flimkien mat-tagħbija żejda, mxload, u l-massa tas-sewwieq md.
Dan ifisser li jekk it-tagħbijiet attwali fuq il-fus ta' quddiem u fuq il-fus ta' wara jiġu mkejla fuq miżien meta t-tagħbija żejda, mxload, titqiegħed fuq il-vettura u tiġi allinjata maċ-ċentru tal-fus ta' wara, il-massa tat-test tal-vettura nieqes il-massa tas-sewwieq hija kif ikkalkulata bil-Formula (14):
|
mt – md = mfa load laden + mra load laden |
(14) |
Fejn:
|
mfa load laden = mfa load unladen |
(15) |
Jekk iċ-ċentru tal-gravità tat-tagħbija żejda ma jistax jiġi allinjat maċ-ċentru tal-fus ta' wara, il-Formula (14) xorta tkun issodisfata, iżda
|
mfa load laden > mfa load unladen |
(16) |
minħabba li parti mill-massa tat-tagħbija żejda tkun ġiet distribwita fuq il-fus ta' quddiem. F'dak il-każ, mhux permess li tiġi miżjuda aktar massa fuq il-fus ta' wara biex tikkumpensa għall-massa żejda distribwita fuq il-fus ta' quddiem.
2.2.7.3. Massa tat-test għall-vetturi b'aktar minn żewġ fusien
Jekk tiġi ttestjata vettura b'aktar minn żewġ fusien, il-massa tat-test ta' din il-vettura għandha tkun l-istess bħall-massa tat-test għall-vettura b'żewġ fusien.
Jekk il-massa tal-vettura mhux mgħobbija ta' vettura b'aktar minn żewġ fusien tkun akbar mill-massa tat-test għall-vettura b'żewġ fusien, din il-vettura għandha tiġi ttestjata mingħajr tagħbija żejda.
3. Metodi tal-ittestjar
3.1. Il-kejl tal-ħoss tal-vetturi mixjin
3.1.1. Il-kundizzjonijiet ġenerali tat-test
Żewġ linji, AA′ u BB′, paralleli mal-linja PP′ u fil-pożizzjoni rispettiva tagħhom 10 m ± 0,05 m 'il quddiem u 10 m ± 0,05 m lura mil-linja PP′, għandhom ikunu mmarkati fuq il-korsa tat-test.
Għandhom jittieħdu mill-inqas erba' kejlijiet fuq kull naħa tal-vettura u għal kull ger. Il-kejlijiet preliminari jistgħu jittieħdu għal finijiet ta' aġġustament, iżda ma għandhomx jitqiesu.
Il-mikrofonu għandu jitqiegħed f'distanza ta' 7,5 m ± 0,05 m mil-linja ta' referenza CC′ tal-korsa tat-test u 1,2 m ± 0,02 m 'il fuq mill-art.
L-assi ta' referenza għal kundizzjonijiet ta' użu normali fit-triq (ara l-IEC 61672-1:2002) għandu jkun orizzontali u dirett b'mod perpendikulari lejn il-mogħdija tal-linja CC′ tal-vettura.
3.1.2. Il-kundizzjonjiet speċifiċi tat-test għall-vetturi
3.1.2.1. Vetturi tal-kategoriji M1, N1 u M2 b'massa massima mgħobbija teknikament permissibbli ta' ≤ 3 500 kg:
Il-mogħdija tal-linja ċentrali tal-vettura għandha ssegwi l-linja CC′ mill-aktar qrib possibbli waqt it-test kollu, minn meta l-vettura tavviċina l-linja AA′ sakemm il-parti ta' wara tal-vettura tgħaddi l-linja BB′. Jekk il-vettura tkun mgħammra bi trazzjoni fuq aktar minn żewġ roti, ittestjaha fl-għażla ta' trażmissjoni li għaliha hija maħsuba għall-użu normali fit-triq.
Jekk il-vettura hija mgħammra bi trażmissjoni manwali awżiljarja jew b'fus b'ħafna gerijiet, għandha tintuża l-pożizzjoni għas-sewqan normali fi traffiku urban. Fil-każijiet kollha, għandhom jiġu esklużi l-proporzjonijiet tal-gerijiet għal movimenti bil-mod, għall-ipparkjar jew għal meta jintużaw il-brejkijiet.
Il-massa tat-test tal-vettura għandha tkun skont it-tabella tal-paragrafu 2.2.1.
Il-veloċità tat-test vtest hija 50 km/h ± km/h. Il-veloċità tat-test għandha tintlaħaq meta l-punt ta' referenza jkun fil-linja PP′.
Jekk il-veloċità tat-test tiġi mmodifikata skont il-paragrafu 3.1.2.1.4.1.(e) tal-Anness 3 ta' dan ir-Regolament, il-veloċità tat-test modifikata għandha tintuża kemm għat-test tal-aċċelerazzjoni kif ukoll għat-test b'veloċità kostanti.
3.1.2.1.1. L-indiċi tal-proporzjon potenza-massa (PMR)
Il-PMR jiġi ddefinit kif ġej:
PMR = (Pn/mro) * 1 000 kg/kW, fejn Pn titkejjel f'kW u mro titkejjel f'kg f'konformita' mal-punt 2.2.1 ta' dan l-Anness.
Fil-każ ta' żewġ, jew aktar, sorsi ta' potenza propulsiva li jaħdmu fil-kundizzjonijiet tat-test speċifikati fil-paragrafu 3.1.2.1 tal-Anness 3 ta' dan ir-Regolament, il-potenza netta totali tal-magna, Pn, għandha tkun it-total aritmetiku tal-potenzi tal-magni propulsivi paralleli li jkollha l-vettura. Magni propulsivi paralleli applikabbli huma dawk is-sorsi ta' potenza li flimkien jipprovdu forza propulsiva 'l quddiem lill-vetturi fil-kundizzjonijiet tat-test speċifikati fil-paragrafu 3.1.2.1 tal-Anness 3 ta' dan ir-Regolament. Il-potenza speċifikata għall-magni mhux bil-kombustjoni għandha tkun il-potenza ddikjarata mill-manifattur.
Il-PMR, li huwa mingħajr dimensjoni, jintuża għall-kalkolu tal-aċċelerazzjoni.
3.1.2.1.2. Il-kalkolu tal-aċċelerazzjoni
Il-kalkoli tal-aċċelerazzjoni huma applikabbli biss għall-kategoriji M1, N1 u M2 b'massa massima mgħobbija teknikament permissibbli ta' ≤ 3 500 kg.
L-aċċelerazzjonijiet kollha jiġu kkalkulati bl-użu ta' veloċitajiet differenti tal-vettura fuq il-korsa tat-test. (2) Il-formuli mogħtija jintużaw għall-kalkolu ta' awot i, awot i+1 u awot test. Il-veloċità jew mal-linja AA′ jew mal-linja PP′ hija ddefinita bħala l-veloċità tal-vettura meta l-punt ta' referenza jgħaddi l-linja AA′ (vAA′) jew il-linja PP′ (vPP′). Il-veloċità mal-linja BB′ hija ddefinita meta l-parti ta' wara tal-vettura tgħaddi l-linja BB′ (vBB′). Il-metodu li jintuża għad-determinazzjoni tal-aċċelerazzjoni għandu jiġi indikat fir-rapport tat-test.
Minħabba d-definizzjoni tal-punt ta' referenza għall-vettura, it-tul tal-vettura (lveh) jitqies b'mod differenti fil-formula ta' hawn taħt. Jekk il-punt ta'referenza jkun fin-naħa ta' quddiem tal-vettura, mela l = lveh, fin-nofs: l =
Jekk jagħżel hekk il-manifattur tal-vettura, il-vetturi bil-magna fuq quddiem jistgħu jużaw l = 5 m, il-vetturi bil-magna fin-nofs jistgħu jużaw l = 2,5 m.
3.1.2.1.2.1. Il-proċedura ta' kalkolu għall-vetturi bi trażmissjoni manwali, bi trażmissjoni awtomatika, bi trażmissjonijiet adattivi u bi trażmissjonjiet kontinwament varjabbli (CVT's) ittestjati bi proporzjonijiet tal-gerijiet illokjati:
awot test = ((vBB′/3,6)2 – (vAA′/3,6)2) / (2 * (20 + l))
Il-valur ta' awot test użat fid-determinazzjoni tal-għażla tal-gerijiet għandu jkun il-medja tal-erba' awot test, i, waqt it-teħid ta' kull kejl validu.
Tista' tintuża l-preaċċelerazzjoni. Il-punt ta' meta jingħafas l-aċċeleratur qabel il-linja AA′ għandu jkun irrapportat fl-Addendum tal-formula ta' Komunikazzjoni (Anness 1, Appendiċi 1).
3.1.2.1.2.2. Il-proċedura ta' kalkolu għall-vetturi bi trażmisjonijiet awtomatiċi, bi trażmissjonijiet adattivi u b'CVT's ittestjati bi proporzjonjiet tal-gerijiet mhux illokjati:
Il-valur ta' awot test użat fid-determinazzjoni tal-għażla tal-gerijiet għandu jkun il-medja tal-erba' awot test, i waqt it-teħid ta' kull kejl validu.
Jekk l-apparati jew il-kejl deskritti fil-paragrafu 3.1.2.1.4.2 jistgħu jintużaw biex ikun ikkontrollat it-tħaddim tat-trażmissjonijiet sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tat-test, ikkalkula awot test billi tuża l-ekwazzjoni:
awot test = ((vBB′/3,6)2 – (vAA′/3,6)2)/(2 * (20 + l))
Tista' tintuża l-preaċċelerazzjoni.
Jekk ma jintużawx l-apparati jew il-kejl deskritti fil-punt 3.1.2.1.4.2, ikkalkula awot test billi tuża l-ekwazzjoni:
awot_testPP-BB = ((vBB′/3,6)2 – (vPP′/3,6)2)/(2 * (10 + l))
Tista' tintuża l-preaċċelerazzjoni.
Il-post fejn jingħafas l-aċċeleratur għandu jkun fejn il-punt ta' referenza tal-vettura jgħaddi l-linja AA′.
3.1.2.1.2.3. L-aċċelerazzjoni mira
L-aċċelerazzjoni mira aurban tiddefinixxi l-aċċelerazzjoni tipika fit-traffiku urban u hija derivata minn investigazzjonijiet statistiċi. Din il-funzjoni tiddependi mill-PMR tal-vettura.
L-aċċelerazzjoni mira aurban tiġi ddefinita permezz ta':
aurban = 0,63 * log10 (PMR) – 0,09
3.1.2.1.2.4. L-aċċelerazzjoni ta' referenza
L-aċċelerazzjoni ta' referenza awot ref tiddefinixxi l-aċċellerazzjoni meħtieġa waqt it-test tal-aċċelerazzjoni fuq il-korsa tat-test. Din hija funzjoni li tiddependi fuq il-proporzjon potenza-massa tal-vettura. Dik il-funzjoni hija differenti għal kategoriji speċifiċi ta' vetturi.
L-aċċelerazzjoni ta' referenza awot ref tiġi ddefinita permezz ta':
|
awot ref = 1,59 * log10 (PMR) – 1,41 |
għal PMR ≥ 25 |
|
awot ref = a urban = 0,63 * log10 (PMR) – 0,09 |
għal PMR < 25 |
3.1.2.1.3. Il-fattur ta' potenza parzjali kP
Il-fattur ta' potenza parzjali kP (ara l-paragrafu 3.1.3.1) jintuża għall-kombinazzjoni ponderata tar-riżultati tat-testijiet tat-test tal-aċċelerazzjoni u tat-test b'veloċità kostanti għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 u M2 b'massa massima mgħobbija teknikament permissibbli ta' ≤ 3 500 kg.
F'każijiet li mhumiex ta' test b'ger wieħed, għandha tintuża awot ref minflok awot test (ara l-paragrafu 3.1.3.1).
3.1.2.1.4. L-għażla tal-proporzjonijiet tal-gerijiet
L-għażla tal-proporzjonijiet tal-gerijiet għat-test tiddependi mill-potenzjal għall-aċċelerazzjoni speċifiku tagħhom awot bit-throttle miftuħ għalkollox, skont l-aċċelerazzjoni ta' referenza awot ref meħtieġa għat-test tal-aċċelerazzjoni il-valv tal-aċċelleratur miftuħ għalkollox.
Jekk il-vettura tippermetti arranġamenti ta' trażmissjoni differenti, bħall-għażla bejn gerijiet awtomatiċi jew manwali u/jew ikollha programmi jew modalitajiet ta' softwer differenti (eż sportivi, tax-xitwa, addattivi) li jwasslu għal aċċelerazzjonijiet validi, il-manifattur tal-vettura għandu jagħti prova għas-sodisfazzjoni tas-Servizz Tekniku, li l-vettura hija ttestjata fil-modalità li tikseb l-eqreb aċċelerazzjoni għal awot.ref.
It-trażmissjoni, il-ger jew il-proporzjon tal-gerijiet tal-vettura jistgħu jiġu kkontrollati b'mezzi elettroniċi jew mekkaniċi biex tiġi evitata l-attivazzjoni tal-funzjoni ta' kick-down.
Fl-Appendiċi ta' dan l-Anness, il-Figuri 3a sa 3e, jingħataw il-kriterji għall-għażla tas-sistema tal-gerijiet u l-kriterji tal-prova tat-test għall-kategoriji M1 u M2 b'massa massima mgħobbija teknikament permissibbli ta' mhux aktar minn 3 500 kg u għall-kategorija N1, fil-forma ta' flowchart bħala għajnuna għat-twettiq tat-test.
3.1.2.1.4.1. Il-vetturi bi trażmissjoni manwali, bi trażmissjonijiet awtomatiċi, bi trażmissjonijiet adattivi jew b'CVTs ittestjati bi proporzjonijiet tal-gerijiet illokjati
Huma possibbli l-kundizzjonijiet li ġejjin għall-għażla tal-proporzjonijiet tal-gerijiet:
|
(a) |
Jekk proporzjon tal-gerijiet wieħed speċifiku jagħti aċċelerazzjoni f'faxxa ta' tolleranzi ta' ± 5 fil-mija tal-aċċelerazzjoni ta' referenza awot ref, b'mhux aktar minn 2,0 m/s2, ittestja b'dak il-proporzjon tal-gerijiet. |
|
(b) |
Jekk l-ebda wieħed mill-proporzjonijiet tal-gerijiet ma jagħti l-aċċelerazzjoni meħtieġa, mela agħżel proporzjon tal-gerijiet i, b'aċċelerazzjoni akbar u proporzjon tal-gerijiet i + 1, b'aċċelerazzjoni iżgħar mill-aċċelerazzjoni ta' referenza. Jekk il-valur tal-aċċelerazzjoni fil-proporzjon tal-gerijiet i ma jkun ogħla minn 2,0 m/s2, uża ż-żewġ proporzjonijiet tal-gerijiet għat-test. Il-proporzjon tal-ponderazzjoni fir-rigward tal-aċċelerazzjoni ta' referenza awot ref jiġi kkalkulat permezz ta': k = (awot ref – awot (i+1))/(awot (i) – awot (i+1)) |
|
(c) |
Jekk il-valur tal-aċċelerazzjoni tal-proporzjon tal-gerijiet i ikun ogħla minn 2,0 m/s2, għandu jintuża l-ewwel proporzjon tal-gerijiet li jagħti aċċelerazzjoni ta' inqas minn 2,0 m/s2 ħlief jekk il-proporzjon tal-gerijiet i + 1 jipprovdi aċċelerazzjoni aktar baxxa minn aurban. F'dan il-każ, għandhom jintużaw żewġ gerijiet, i and i + 1 inkluż il-ger i b'aċċelerazzjoni ta' aktar minn 2,0 m/s2. F'każijiet oħra, ma għandu jintuża l-ebda ger ieħor. Għall-kalkolu tal-fattur ta' potenza parzjali kP għandha tintuża l-aċċelerazzjoni milħuqa waqt it-test awot test minflok awot ref. |
|
(d) |
Jekk il-vettura għandha trażmissjoni b'għażla waħda għall-proporzjon tal-gerijiet, it-test tal-aċċelerazzjoni jitwettaq f'din l-għażla tal-gerijiet tal-vettura. Imbagħad, għall-kalkolu tal-fattur ta' potenza parzjali kP tintuża l-aċċelerazzjoni milħuqa, minflok awot ref. |
|
(e) |
Jekk il-veloċità nominali tal-magna tinqabeż fi proporzjon tal-gerijiet qabel ma l-vettura tgħaddi l-linja BB′, għandu jintuża l-ogħla ger li jmiss. Jekk l-ogħla ger li jmiss iwassal għal aċċelerazzjoni aktar baxxa minn aurban, il-veloċità tat-test tal-vettura, vtest, għandha titnaqqas b'2,5 km/h u l-għażla tal-proporzjoni tal-gerijiet għandha ssir kif speċifikat mill-alternattivi indikati f'dan il-paragrafu. Il-veloċità tat-test tal-vettura f'ebda każ ma għandha titnaqqas taħt l-40 km/h. F'dan il-każ, il-proporzjon tal-gerijiet ikun permess anke jekk awot test ma tkunx ogħla minn aurban. |
Fil-każ ta' vettura mhux eżentata mill-ASEP skont il-paragrafu 6.2.3, għandu jiġi ttestjat il-ger i, u l-valuri (Lwot i, nwot,BB i vwot,BB i) jiġu rrappurtati sabiex jitwettqu t-testijiet tal-Anness7.
3.1.2.1.4.2. Il-vetturi bi trażmissjoni awtomatika, bi trażmissjonjiet adattivi u b'CVTs ittestjati bi proporzjonijiet tal-gerijiet mhux illokjati:
Għandha tintuża l-pożizzjoni tas-selettur tal-gerijiet għat-tħaddim għalkollox awtomatiku.
Il-valur tal-aċċelerazzjoni awot test għandu jkun ikkalkulat kif iddefinit fil-paragrafu 3.1.2.1.2.2.
It-test imbagħad jista' jinkludi twaqqigħ tal-gerijiet u aċċelerazzjoni akbar. Bidla fil-gerijiet għal ger ogħla u aċċelerazzjoni iżgħar mhumiex permessi. Għandha tkun evitata bidla fil-gerijiet għal proporzjon tal-gerijiet li ma jintużax fi traffiku urban.
Għalhekk, huwa permess li jiġu stabbiliti u jintużaw apparati elettroniċi jew mekkaniċi, inklużi pożizzjonijiet alternattivi tas-selettur tal-gerijiet, biex ikun ipprevenut it-twaqqaigħ tal-gerijiet għal proporzjon tal-gerijiet li tipikament ma jintużax fil-kundizzjoni speċifikata tat-test fi traffiku urban.
L-aċċelerazzjoni milħuqa, awot test, għandha tkun ikbar minn jew daqs aurban.
Jekk ikun possibbli, il-manifattur għandu jieħu l-miżuri biex jevita valur tal-aċċelerazzjoni awot test li jkun akbar minn 2,0 m/s2.
Imbagħad, għall-kalkolu tal-fattur ta' potenza parzjali kp tintuża l-aċċelerazzjoni milħuqa, awot test, (ara l-paragrafu 3.1.2.1.3) minflok awot ref.
3.1.2.1.5. It-test tal-aċċelerazzjoni
Il-manifattur għandu jiddefinixxi l-pożizzjoni tal-punt ta' referenza quddiem il-linja AA′ ta' meta jingħafas għalkollox l-aċċeleratur. L-aċċeleratur għandu jingħafas għalkollox (malajr skont kemm ikun prattiku) meta l-punt ta' referenza tal-vettura jilħaq il-punt iddefinit. L-aċċeleratur għandu jinżamm magħfus sakemm il-parti ta' wara tal-vettura tilħaq il-linja BB′. L-aċċeleratur mbagħad għandu jiġi rilaxxat malajr kemm jista' jkun. Il-punt ta' meta jingħafas għalkollox l-aċċeleratur għandu jiġi rrappurtat fl-Addendum tal-formula ta' Komunikazzjoni (Anness 1, Appendiċi 1). Is-Servizz Tekniku għandu jkollu l-possibbiltà li jagħmel it-testijiet minn qabel.
Fil-każ ta' vetturi artikulati li jikkonsistu f'żewġ unitajiet li ma jistgħux jiġu sseparati u li jitqiesu bħala vettura waħda, is-semi-trailer ma għandux jitqies fid-determinazzjoni ta' meta tinqasam il-linja BB′.
3.1.2.1.6. It-test b'veloċità kostanti
It-test b'veloċità kostanti għandu jitwettaq bl-istess ger(ijiet) li speċifikat(i) għat-test tal-aċċelerazzjoni u b'veloċità kostanti ta' 50 km/h b'tolleranza ta' ± 1 km/h bejn il-linji AA′ u BB′. Waqt it-test b'veloċità kostanti, il-kontroll tal-aċċelerazzjoni għandu jitqiegħed f'pożizzjoni biex bejn il-linji AA′ u BB′ tinżamm veloċità kostanti, kif speċifikat. Jekk għat-test tal-aċċelerazzjoni jiġi llokjat il-ger, l-istess ger għandu jiġi llokjat għat-test b'veloċità kostanti.
It-test b'veloċità kostanti mhux meħtieġ għall-vetturi b'PMR < 25.
3.1.2.2. Il-vetturi tal-kategoriji M2 b'massa massima mgħobbija teknikament permissibbli ta' > 3 500 kg, M3, N2 u N3
Il-mogħdija tal-linja ċentrali tal-vettura għandha ssegwi l-linja CC′ mill-aktar qrib possibbli waqt it-test kollu, minn meta l-vettura tavviċina l-linja AA′ sakemm il-parti ta' wara tal-vettura tgħaddi l-linja BB′. It-test għandu jitwettaq mingħajr trailer jew semi-trailer. Jekk trailer ma jistax jiġi sseparat malajr mill-vettura tal-irmonk, it-trailer għandu jiġi injorat għad-determinazzjoni tal-ħin li l-vettura tgħaddi l-linja BB′. Jekk il-vettura tinkorpora tagħmir bħal bajla tal-konkos, kompressur, eċċ, dan it-tagħmir ma għandux ikun qed jaħdem waqt it-test. Il-massa tat-test tal-vettura għandha tkun skont it-tabella tal-paragrafu 2.2.1 tal-Anness 3 ta' dan ir-Regolament.
Il-valur ta' nBB′ u ta' vBB′ li jintuża għad-determinazzjoni tal-ger u għall-għażla tal-veloċità tal-vettura għandu jkun il-medja tal-erba' valuri nBB′, j u vBB′, j waqt it-teħid ta' kull kejl validu.
Il-valur ta' nBB′ għandu jiġi rrappurtat bi preċiżjoni ta' 10 rotazzjonijiet kull minuta. Il-valur rappurtat ta' nBB′ għandu jintuża fil-kalkoli sussegwenti kollha.
Il-valur ta' vBB′ għandu jiġi rrappurtat sal-ewwel ċifra wara l-punt deċimali (pereżempju, xx,x). Il-valur rappurtat ta' vBB′ għandu jintuża fil-kalkoli sussegwenti kollha.
Il-kundizzjonijiet mira tal-kategoriji M2 b'massa massima mgħobbija teknikament permissibbli ta' > 3 500 kg, u N2:
Meta l-punt ta' referenza jgħaddi l-linja BB′, il-veloċità tal-magna nBB′ għandha tkun bejn 70 u 74 fil-mija tal-veloċità S, fejn il-magna tiżviluppa l-potenza netta massima nominali tagħha, u l-veloċità tal-vettura għandha tkun ta' 35 km/h ± 5 km/h. Bejn il-linji AA′ u BB′ għandha tkun żgurata kundizzjoni ta' aċċelerazzjoni stabbli.
Il-kundizzjonijiet mira tal-kategoriji M3 u N3:
Meta l-punt ta' referenza jgħaddi l-linja BB′, il-veloċità tal-magna nBB′ għandha tkun bejn 85 u 89 fil-mija tal-veloċità S, fejn il-magna tiżviluppa l-potenza netta massima nominali tagħha, u l-veloċità tal-vettura għandha tkun ta' 35 km/h ± 5 km/h. Bejn il-linji AA′ u BB′ għandha tkun żgurata kundizzjoni ta' aċċelerazzjoni stabbli.
3.1.2.2.1. L-għażla tal-proporzjonijiet tal-gerijiet
Hija r-responsabbiltà tal-manifattur li jiddetermina l-mod korrett tal-ittestjar biex jinkisbu l-kundizzjonijiet meħtieġa.
It-trażmissjoni, il-ger jew il-proporzjon tal-gerijiet tal-vettura għandhom jintgħażlu biex ikun possibbli li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet mira skont il-paragrafi 3.1.2.2.1.1 jew 3.1.2.2.1.2 tal-Anness 3 ta' dan ir-Regolament. It-trażmissjoni, il-ger jew il-proporzjon tal-gerijiet tal-vettura jistgħu jiġu kkontrollati b'mezzi elettroniċi jew mekkaniċi li jeskludu l-funzjoni ta' kick-down.
Fl-Appendiċi ta' dan l-Anness, il-Figuri 4a sa 4d, jingħataw il-kriterji għall-għażla tas-sistema tal-gerijiet u l-kriterji tal-prova tat-test għall-kategorija M2 b'massa massima mgħobbija teknikament permissibbli ta' aktar minn 3 500 kg u għall-kategoriji N2, M3 u N3, fil-forma ta' flowchart bħala għajnuna għat-twettiq tat-test.
3.1.2.2.1.1. Trażmissjoni manwali, trażmissjonijiet awtomatiċi, trażmissjonijiet adattivi jew trażmissjonjiet kontinwament varjabbli (CVTs) ittestjati bi proporzjonijiet tal-gerijiet illokjati:
Għandha tkun żgurata kundizzjoni ta' aċċelerazzjoni stabbli. L-għażla tal-gerijiet tiġi ddeterminata mill-kundizzjonijiet mira.
Biex jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet mira tal-paragrafu 3.1.2.2 tal-Anness 3 ta' dan ir-Regolament huma possibbli dawn il-kundizzjonijiet:
|
(a) |
Jekk għażla ta' ger waħda tissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet mira għall-veloċità rotazzjonali tal-magna ntarget BB′ u għall-veloċità tal-vettura vtarget BB′, ittestja b'dak il-ger. |
|
(b) |
Jekk aktar minn għażla ta' ger waħda tissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet mira għall-veloċità rotazzjonali tal-magna ntarget BB′ u għall-veloċità tal-vettura vtarget BB′, ittestja bil-ger i li jagħti l-valur tal-veloċità vBB′ gear i li jkun l-eqreb għal 35 km/h. |
|
(c) |
Jekk żewġ għażliet ta' ger jissodisfaw iż-żewġ kundizzjonijiet mira għall-veloċità rotazzjonali tal-magna ntarget BB′ u għall-veloċità tal-vettura vtarget BB′, u jissodisfaw din il-kundizzjoni: (vtarget BB′ – vBB′ gear i) = (vBB′ gear i+1 – vtarget BB′) f'dak il-każ, iż-żewġ gerijiet jintużaw għall-kalkolu ulterjuri ta' Lurban. |
|
(d) |
Jekk għażla ta' ger waħda tissodisfa l-kundizzjoni mira għall-veloċità rotazzjonali tal-magna ntarget BB′ iżda mhux il-kundizzjoni mira għall-veloċità tal-vettura vtarget BB′, uża żewġ gerijiet, il-gearx u l-geary. Il-kundizzjonijiet mira għall-veloċità tal-vettura għal dawn iż-żewġ gerijiet huma kif ġej:
Iż-żewġ gerijiet, il-gearx u l-geary għandhom jissodisfaw il-veloċità rotazzjonali mira tal-magna ntarget BB′. Iż-żewġ gerijiet għandhom jintużaw għall-kalkolu ulterjuri ta' Lurban. F'każ li wieħed biss mill-gerijiet jissodisfa l-veloċità rotazzjonali mira tal-magna, ntarget BB′, ittestja b'dak il-ger. Dan il-ger għandu jintuża għall-kalkolu ulterjuri ta' Lurban. |
|
(e) |
Jekk l-ebda wieħed miż-żewġ gerijiet ma jissodisfa l-veloċità rotazzjonali mira tal-magna ntarget BB′ fil-kundizzjoni (d), f'dak il-każ għandha tingħażel il-kundizzjoni (f). |
|
(f) |
Jekk l-ebda għażla ta' ger ma tissodisfa l-veloċità rotazzjonali mira tal-magna, agħżel il-ger li jissodisfa l-veloċità mira tal-vettura vtarget BB′ u li tkun l-eqreb għall-veloċità rotazzjonali mira tal-magna ntarget BB′, iżda mhux aktar minn ntarget BB′. vBB′ gear i = vtarget BB′ nBB′ gear i ≤ ntarget BB′ Għandha tiġi żgurata kundizzjoni ta' aċċelerazzjoni stabbli. Jekk ma tistax tiġi żgurata aċċelerazzjoni stabbli, dak il-ger ma għandux jitqies. Fil-kundizzjonijiet kollha, il-veloċità nominali tal-magna ma għandhiex tinqabeż waqt li l-punt ta' referenza tal-vettura jkun fiż-żona tal-kejl. Jekk il-veloċità nominali tal-magna tinqabeż fiż-żona tal-kejl, dak il-ger ma għandux jitqies. |
3.1.2.2.1.2. Trażmissjoni awtomatika, trażmissjonjiet adattivi u trażmissjonjiet kontinwament varjabbli ttestjati bi proporzjonijiet tal-gerijiet mhux illokjati
Għandha tintuża l-pożizzjoni tas-selettur tal-gerijiet għat-tħaddim għalkollox awtomatiku.
It-test imbagħad jista' jinkludi twaqqigħ tal-gerijiet u aċċelerazzjoni akbar. Bidla fil-gerijiet għal ger ogħla u aċċelerazzjoni iżgħar mhumiex permessi. Fi kwalunkwe każ, il-bidla fil-gerijiet għal proporzjon tal-gerijiet li tipikament ma jintużax fil-kundizzjoni speċifikata kif definit mill-manifattur għall-użu fi traffiku urban, għandha tiġi evitata.
Għalhekk, huwa permess li jiġu stabbiliti u jintużaw apparati elettroniċi jew mekkaniċi, inklużi pożizzjonijiet alternattivi tas-selettur tal-gerijiet, biex tkun ipprevenuta waqgħa fil-gerijiet għal proporzjon tal-gerijiet li tipikament ma jintużax fil-kundizzjoni tat-test speċifikata kif definit mill-manifattur għall-użu fi traffiku urban.
Biex jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet mira tal-paragrafu 3.1.2.2 tal-Anness 3 ta' dan ir-Regolament huma possibbli dawn il-kundizzjonijiet:
|
(a) |
Jekk l-għażla tal-pożizzjoni tas-selettur tal-gerijiet tissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet mira għall-veloċità rotazzjonali tal-magna ntarget BB′ u għall-veloċità tal-vettura vtarget BB′, ittestja bis-selettur tal-gerijiet f'dik il-pożizzjoni. |
|
(b) |
Jekk l-għażla tal-pożizzjoni tas-selettur tal-gerijiet tissodisfa l-kundizzjoni mira għall-veloċità rotazzjonali tal-magna ntarget BB′ iżda mhux il-kundizzjoni mira għall-veloċità tal-vettura vtarget BB′, ibdel il-kundizzjoni mira għall-veloċità tal-vettura għal żewġ veloċitajiet mira tal-vettura kif ġej:
Wettaq żewġ testijiet, wieħed bil-veloċità vBB′1 u l-ieħor bil-veloċità vBB′2. Iż-żewġ kundizzjonijiet tat-test jintużaw għall-kalkolu ulterjuri ta' Lurban. |
|
(c) |
Jekk il-veloċità rotazzjonali mira tal-magna ntarget BB′, ma tistax tiġi ssodisfata fil-kundizzjoni (b), għandha tintgħażel il-kundizzjoni (d). |
|
(d) |
Jekk l-għażla tal-pożizzjoni tas-selettur tal-gerijiet ma tistax tissodisfa l-kundizzjoni mira għall-veloċità rotazzjonali tal-magna ntarget BB′ iżda l-kundizzjoni mira għall-veloċità tal-vettura vtarget BB′, ibdel il-kundizzjoni mira għall-veloċità tal-vettura għal żewġ veloċitajiet mira tal-vettura kif ġej:
Wettaq żewġ testijiet, wieħed bil-veloċità vBB′1 u l-ieħor bil-veloċità vBB′2. Uża t-test fejn nBB′ tkun l-eqreb għall-veloċità rotazzjonali mira tal-magna ntarget BB′ iżda mhux aktar minn ntarget BB′. nBB′ i ≤ ntarget BB′ għal i = 1, 2 Jekk il-vettura ma tistax tissodisfa l-kundizzjoni: nBB′ i ≤ ntarget BB′ għal i = 1, 2 għandha tintuża l-kundizzjoni (e). |
|
(e) |
Jekk l-għażla tal-pożizzjoni tas-selettur tal-gerijiet ma tistax tissodisfa l-kundizzjonijiet mira għall-veloċità rotazzjonali tal-magna ntarget BB′ u l-kundizzjoni mira għall-veloċità tal-vettura vtarget BB′, ibdel il-kundizzjoni mira għall-veloċità tal-vettura għal żewġ veloċitajiet mira tal-vettura għal din: vBB′ = vtarget BB′ + 5 km/h Wettaq it-test bil-veloċità tal-vettura vBB′ meta l-valur ta' nBB′ ikun l-eqreb għall-veloċità rotazzjonali mira tal-magna ntarget BB′. Bidla fil-gerijiet għal ger ogħla u aċċelerazzjoni iżgħar hija permessa wara li l-vettura tgħaddi l-linja PP'. |
|
(f) |
Jekk il-vettura tinkludi disinn tat-trażmissjoni li jipprovdi biss għażla waħda ta' ger li tillimita l-veloċità tal-magna waqt it-test, il-vettura għandha tiġi ttesjata billi tintuża biss il-veloċità mira tal-vettura vtarget BB′. |
3.1.2.2.1.3. Sistema tal-motopropulsjoni mingħajr veloċità rotazzjonali mira tal-magna bil-kombustjoni disponibbli
Il-vetturi b'sistema tal-motopropulsjoni li ma jkollhomx veloċità rotazzjonali mira tal-magna bil-kombustjoni disponibbli għandhom jissodisfaw il-kundizzjoni mira għall-veloċità tal-vettura vtarget BB′
Biex tiġi ssodisfata l-kundizzjoni mira vtarget BB′ tal-paragrafu 3.1.2.2 tal-Anness 3 ta' dan ir-Regolament huma possibbli dawn il-kundizzjonijiet:
|
(a) |
Jekk ma tkun disponibbli ebda veloċità rotazzjonali tal-magna, ikun meħtieġ li tiġi ssodisfata biss il-veloċità mira tal-vettura vtarget BB′. |
|
(b) |
Jekk ma tkun disponibbli ebda veloċità rotazzjonali tal-magna u l-veloċità mira tal-vettura vtarget BB′ ma tistax tiġi ssodisfata, għandhom jitwettqu żewġ kundizzjonijiet tat-test kif ġej:
Iż-żewġ kundizzjonijiet tat-test jintużaw għall-kalkolu ulterjuri ta' Lurban. |
|
(c) |
Jekk ma tkun disponibbli ebda veloċità rotazzjonali tal-magna u l-veloċità mira tal-vettura vtarget BB′ u l-veloċità vBB′1 iddefinita bħala 25 km/h ≤ vBB′1 ≤ 35 km/h ma jistgħux jiġu ssodisfati, ikun meħtieġ li jitwettaq test wieħed biss bil-veloċità vBB′2 dejn vBB′2 hija ddefinita bħala 35 km/h ≤ vBB′2 ≤ 45 km/h |
Il-kundizzjoni tat-test għal vBB′2 tittieħed għall-kalkolu ulterjuri ta' Lurban.
3.1.2.2.2. It-test tal-aċċelerazzjoni
Meta l-punt ta' referenza tal-vettura jilħaq il-linja AA′, il-kontroll tal-aċċeleratur għandu jingħafas għalkollox (mingħajr ma titħaddem il-waqgħa awtomatika fil-gerijiet għal gerijiet aktar baxxi minn dawk normalment jintużaw fis-sewqan fi traffiku urban) u jinżamm magħfus għalkollox sakemm il-punt ta' referenza jilħaq BB′ + 5m. Imbagħad, l-unità tal-kontroll tal-aċċelerazzjoni tista' tiġi rilaxxata, fuq talba tal-manifattur.
Fil-każ ta' vetturi artikulati li jikkonsistu f'żewġ unitajiet li ma jistgħux jiġu sseparati u li jitqiesu bħala vettura waħda, is-semi-trailer ma għandux jitqies fid-determinazzjoni ta' meta tinqasam il-linja BB′.
3.1.3. L-interpretazzjoni tar-riżultati
Għall-vetturi tal-kategoriji M1 u M2 b'massa massima awtorizzata ta' mhux aktar minn 3 500 kg, u tal-kategorija N1, il-livell tal-pressjoni tal-ħoss ponderat-A massimu indikat waqt kull passaġġ tal-vettura bejn AA′ u BB′ għandu jiġi mqarreb sal-ewwel ċifra sinifikanti wara l-punt deċimali (pereżempju XX,X).
Għall-vetturi tal-kategorija M2 b'massa massima awtorizzata ta' aktar minn 3 500 kg, u tal-kategoriji M3, N2, u N3, il-livell tal-pressjoni tal-ħoss ponderat-A massimu indikat waqt kull passaġġ tal-punt ta' referenza tal-vettura bejn il-linja AA′ u l-linja BB′ + 5 m għandu jiġi mqarreb sal-ewwel ċifra sinifikanti wara l-punt deċimali (pereżempju XX,X).
Jekk jiġi osservat livell tal-ħoss għoli ħafna, li jidher biċ-ċar li ma jaqbilx mal-livell ġenerali tal-pressjoni tal-ħoss, il-kejl ma għandux jitqies. Għandhom jittieħdu mill-inqas erba'kejlijiet għal kull kundizzjoni tat-test fuq kull naħa tal-vettura u għal kull proporzjon tal-gerijiet. In-naħa xellugija u dik leminija jistgħu jitkejlu fl-istess ħin jew wara xulxin. Għall-kalkolu tar-riżultat finali għal naħa partikolari tal-vettura, għandhom jintużaw ir-riżultati tal-ewwel erba' kejlijiet konsekuttivi validi, fi ħdan 2 dB(A), fejn jitħalla spazju għat-taħsir tar-riżultati li ma jkunux validi (ara l-paragrafu 2.1). Il-medji tar-riżultati ta' kull naħa għandhom jiġi kkalkulati separatament u mqarrba sal-ewwel post deċimali. Il-kalkoli ulterjuri kollha għad-derivazzjoni ta' Lurban għan-naħa xellugija u dik leminija tal-vettura għandhom isiru separatament. Il-valur finali li għandu jiġi rrappurtat bħala r-riżultat tat-test imqarreb matematikament sal-eqreb numru sħiħ għandu jkun l-ogħla valur mill-valuri taż-żewġ naħat.
Il-kejlijiet tal-veloċità mal-linji AA′, BB′, u PP' għandhom jiġu nnotati u jintużaw fil-kalkoli sal-ewwel ċifra sinifikanti wara l-punt deċimali.
L-aċċelerazzjoni kkalkulata awot test għandha tiġi nnotata sat-tieni ċifra wara l-punt deċimali.
3.1.3.1. Vetturi tal-kategoriji M1, N1 u M2 b'massa massima mgħobbija teknikament permissibbli ta' ≤ 3 500 kg:
Il-valuri kkalkulati għat-test tal-aċċelerazzjoni u għat-test b'veloċità kostanti jingħataw permezz ta':
|
|
Lwot rep = Lwot (i + 1) + k * (Lwot(i) – Lwot (i + 1)) |
|
|
Lcrs rep = Lcrs(i + 1) + k * (Lcrs (i) – Lcrs (i + 1)) |
Fejn k = (awot ref – awot (i + 1))/(awot (i) – awot (i + 1))
Fil-każ ta' test bi proporzjon tal-gerijiet wieħed, il-valuri huma r-riżultat tat-test ta' kull test.
Ir-riżultat finali jiġi kkalkulat billi jiġu kkombinati Lwot rep u Lcrs rep. L-ekwazzjoni hija:
Lurban = Lwot rep – kP * (Lwot rep – Lcrs rep)
Il-fattur ta' ponderazzjoni kP jagħti l-fattur ta' potenza parzjali għas-sewqan fi traffiku urban. F'każijiet għajr it-test b'ger wieħed, il-kP jiġi kkalkulat permezz ta':
kP = 1 – (aurban/awot ref)
Jekk għat-test jiġi speċifikat ger wieħed biss, kP jingħata permezz ta':
kP = 1 – (aurban/awot test)
F'każijiet fejn awot test tkun inqas minn aurban:
kP = 0
3.1.3.2. Il-vetturi tal-kategoriji M2 b'massa massima mgħobbija teknikament permissibbli ta' > 3 500 kg, M3, N2 u N3
Meta jintuża r-riżultat ta' kundizzjoni tat-test waħda, ir-riżultat finali Lurban huwa daqs ir-riżultat intermedju.
Meta jintużaw ir-riżultati ta' żewġ kundizzjonijiet tat-test, għanda tiġi kkalkulata l-medja aritmetika tar-riżultati intermedji taż-żewġ medji għall-kull naħa taż-żewġ kundizzjonijiet. Ir-riżultat finali Lurban huwa l-ogħla valur miż-żewġ medji kkalkulati.
3.2. Il-kejl tal-ħoss emess mill-vetturi wieqfa
3.2.1. Il-livell tal-ħoss fil-viċinanzi tal-vetturi
Ir-riżultati tal-kejl għandhom jitniżżlu fl-Addendum tal-formula ta' Komunikazzjoni (Anness 1, Appendiċi 1).
3.2.2. Il-kejl akustiku
Għall-kejl għandu jintuża miter ta' preċiżjoni tal-livell tal-ħoss, kif inhu ddefinit fil-paragrafu 1.1 ta' dan l-Anness.
3.2.3. Is-sit tat-test - il-kundizzjonijiet lokali (ara l-appendiċi tal-Anness 3, Figura 2)
3.2.3.1. Qrib il-mikrofonu ma għandu jkun hemm l-ebda ostaklu li jista' jinfluwenza l-kamp akustiku u l-ebda persuna ma għandha toqgħod bejn il-mikrofonu u s-sors tal-ħoss. L-osservatur tal-miter għandu joqgħod f'pożizzjoni fejn ma jinfluwenzax il-qari tal-miter.
3.2.4. Il-ħsejjes li jfixklu u l-interferenza mir-riħ
Il-qari fuq l-istrumenti tal-kejl prodotti mill-ħsejjes ambjentali u mir-riħ għandhom ikunu għall-inqas 10 dB(A) taħt il-livell tal-ħoss li għandu jitkejjel. Mal-mikrofonu jista' jitwaħħal windscreen xieraq sakemm jitqies l-effett tiegħu fuq is-sensittività tal-mikrofonu, (ara l-paragrafu 1.1 ta' dan l-Anness).
3.2.5. Il-metodu tal-kejl
3.2.5.1. In-natura u l-għadd ta' kejl
Waqt il-perjodu tat-tħaddim li jissemma fil-paragrafu 3.2.5.3.2.1, għandu jitkejjel il-livell massimu tal-ħoss espress f'deċibels ponderati-A (dB(A)).
Għandhom jittieħdu mill-inqas tliet kejlijiet f'kull punt tal-kejl.
3.2.5.2. It-tqegħid f'pożizzjoni u l-preparazzjoni tal-vettura
Il-vettura għandha titqiegħed fil-parti ċentrali taż-żona tat-test bis-selettur tal-gerijiet fil-pożizzjoni newtrali u bil-klaċċ ingaġġjat. Jekk id-disinn tal-vettura ma jippermettix dan, il-vettura għandha tiġi ttestjata skont il-preskrizzjonijiet tal-manifattur għall-ittestjar tal-magna bil-vettura wieqfa. Qabel kull sensiela ta' kejlijiet, il-magna għandha tinġieb fil-kundizzjoni tat-tħaddim normali tagħha, kif speċifikat mill-manifattur.
Jekk il-vettura hija mgħammra b'fann(ijiet) li jkollhom mekkaniżmu ta' attwazzjoni awtomatiku, din is-sistema m'għandiex tkun imbagħbsa matul il-kejl tal-livell tal-ħoss.
Il-bonit jew l-għata tal-kompartiment tal-magna, jekk imwaħħal b'dan il-mod, għandu jkun magħluq.
3.2.5.3. Il-kejl tal-ħoss qrib l-egżost
(ara l-appendiċi tal-Anness 3, Figura 2)
3.2.5.3.1. Il-pożizzjonijiet tal-mikrofonu
3.2.5.3.1.1. Il-mikrofonu għandu jitqiegħed f'distanza ta' 0,5 m ± 0,01 m mill-punt ta' referenza tal-pajp tal-egżost iddefinit fil-Figura 2 u f'angolu ta' 45° (± 5°) mal-pjan vertikali li minnu jgħaddi l-assi tal-fluss tat-tarf tal-pajp. Il-mikrofronu għandu jkun fl-għoli tal-punt ta' referenza, imma mhux inqas minn 0,2 m mis-superfiċe tal-art. L-assi ta' referenza tal-mikrofonu għandu jkun fi pjan parallel mas-superfiċe tal-art u għandu jkun dirett lejn il-punt ta' referenza fuq l-iżbokk tal-egżost.
Jekk ikunu possibbli żewġ pożizzjonijiet tal-mikrofonu, għandu jintuża l-post l-aktar mbiegħed lateralment mil-linja ċentrali lonġitudinali tal-vettura.
Jekk l-assi tal-fluss tal-pajp tal-iżbokk tal-egżost tkun f'angolu ta' 90° mal-linja ċentrali lonġitudinali tal-vettura, il-mikrofonu għandu jitqiegħed f'dak il-punt, li jkun l-aktar mbiegħed mill-magna.
3.2.5.3.1.2. Għall-vetturi li jkollhom egżost bi żbokki li jkollhom bejniethom spazju ta' 0,3 m, għandhom jittieħed kejl għal kull żbokk. Għandu jiġi rreġistrat l-ogħla livell.
3.2.5.3.1.3. Fil-każ ta' egżost li jkollu żewġ żbokki jew aktar bi spazju ta' inqas minn 0,3 m bejniethom u li huma konnessi mal-istess silencer; il-pożizzjoni tal-mikrofonu tkun orjentata lejn l-iżbokk li jkun l-eqreb ta' tarf estrem wieħed tal-vettura jew, meta ma jkunx jeżisti żbokk bħal dan, mal-iżbokk li jkun l-ogħla mill-art.
3.2.5.3.1.4. Għall-vetturi b'egżost vertikali (eż il-vetturi kummerċjali), il-mikrofonu għandu jitqiegħed fl-għoli tal-iżbokk tal-egżost. L-assi tiegħu għandu jkun vertikali u orjentat 'il fuq. Għandu jitqiegħed f'distanza ta' 0,5 m ± 0,01 m mill-punt ta' referenza tal-pajp tal-egżost, imma qatt inqas minn 0,2 m min-naħa tal-vettura li tkun l-eqreb tal-egżost.
3.2.5.3.1.5. Għall-iżbokki tal-egżost li jinsabu taħt il-karozzerija tal-vettura, il-mikrofonu għandu jitqiegħed minimu ta' 0,2 m mill-eqreb parti tal-vettura, f'punt li huwa l-eqreb ta' 0,5 m mill-punt ta' referenza tal-pajp tal-egżost, imma qatt inqas minn hekk, u f'għoli ta' 0,2 m 'il fuq mill-art, u mhux f'linja mal-fluss tal-egżost. F'xi każijiet, ir-rekwiżit tal-angolarità fil-paragrafu 3.2.5.3.1.1 jista' ma jiġix issodisfat.
3.2.5.3.1.6. Eżempji tal-pożizzjoni tal-mikrofonu, skont il-post tal-pajp tal-egżost, huma mogħtija fil-Figuri 3a-3d, fl-Appendiċi tal-Anness 3.
3.2.5.3.2. Il-kundizzjonijiet tat-tħaddim tal-magna
3.2.5.3.2.1. Il-veloċità mira tal-magna
Il-veloċità mira tal-magna hija ddefinita bħala:
|
(a) |
75 fil-mija tal-veloċità nominali tal-magna S għall-vetturi b'veloċità nominali tal-magna ta' ≤ 5 000 min– 1; |
|
(b) |
3 750 min– 1 għall-vetturi b'veloċità nominali tal-magna ta' aktar minn 5 000 min– 1 u inqas minn 7 500 min– 1 |
|
(c) |
50 fil-mija tal-veloċità nominali tal-magna S għall-vetturi b'veloċità nominali tal-magna ta' ≥ 7 500 min– 1; |
Jekk il-vettura ma tistax tilħaq din il-veloċità tal-magna, il-veloċità mira tal-magna għandha tkun 5 fil-mija taħt il-veloċità massima tal-magna possibbli għal dak it-test bil-vettura wieqfa.
3.2.5.3.2.2. Il-proċedura tat-test
Il-veloċità tal-magna għandha tiżdied b'mod gradwali minn tħaddim tal-magna b'veloċità idle għall-veloċità mira tal-magna, mingħajr ma tinqabeż l-medda ta' tolleranza ta' ±3 fil-mija tal-veloċità mira tal-magna, u għandha tinżamm kostanti. Imbagħad il-kontroll tat-throttle għandu jiġi rilaxxat malajr u l-veloċità tal-magna għandha titreġġa' għal tħaddim tal-magna mhux ingranata. Il-livell tal-pressjoni tal-ħoss għandu jitkejjel waqt perjodu ta' tħaddim li fih il-veloċità tal-magna tinżamm kostanti għal sekonda waħda u matul il-perjodu ta' deċelerazzjoni kollu. Il-qari tal-miter tal-livell massimu tal-ħoss matul dan il-perjodu ta' tħaddim, imqarreb matematikament sal-ewwel post deċimali, għandu jitqies bħala l-valur tat-test.
3.2.5.3.2.3. Il-validazzjoni tat-test
Il-kejl għandu jitqies bħala validu jekk il-veloċità tat-test tal-magna ma tvarjax mill-veloċità mira tal-magna b'aktar minn ± 3 fil-mija għal mill-inqas sekonda waħda.
3.2.6. Ir-riżultati
Għandhom jittieħdu mill-inqas tliet kejlijiet għal kull pożizzjoni tat-test. Għandu jiġi rreġistrat il-livell tal-pressjoni tal-ħoss ponderat-A massimu indikat waqt kull wieħed mit-tliet kejlijiet. L-ewwel tliet riżultati konsekuttivi validi tal-kejl, fi ħdan 2 dB(A), fejn jitħalla spazju għat-tħassir tar-riżultati li ma jkunux validi (ara l-paragrafu 2.1 għajr l-ispeċifikazzjonijiet tas-sit tat-test), għandhom jintużaw għad-determinazzjoni tar-riżultat finali għall-pożizzjoni partikolari tal-kejl. Il-livell massimu tal-ħoss, għall-pożizzjonijiet tal-kejl kollha, u tat-tliet riżultati tal-kejl, jikkostitwixxi r-riżultat finali.
4. Ħoss mill-vetturi ibridi tal-kategoriji M1 mixjin, fejn magna bil-kombustjoni interna ma tistax topera meta l-vettura tkun wieqfa (data rrappurtata biex tiffaċilita l-ittestjar tal-vettura fl-użu).
4.1. Sabiex ikun iffaċilitat it-test tal-konformità ta' vetturi elettriċi ibridi fl-użu – fejn magna bil-kombustjoni interna ma tistax topera meta l-vettura tkun wieqfa – l-informazzjoni li ġejja dwar il-kejlijiet tal-livell tal-pressjoni tal-ħoss li jittieħdu skont il-paragrafu 3.1 tal-Anness 3 għall-vetturi motorizzati mixjin hija mniżżla bħala dejta ta' referenza tal-konformità fl-użu:
|
(a) |
Il-ger (i) jew, għall-vetturi ttestjati bi proporzjonijiet tal-gerijiet mhux illokjati, il-pożizzjoni tas-selettur tal-gerijiet magħżula għat-test; |
|
(b) |
Il-pożizzjoni tas-swiċċ operattiv waqt il-kejl tal-livell tal-pressjoni tal-ħoss Lwot (i) (jekk is-swiċċ ikun imwaħħal); |
|
(c) |
It-tul tal-preaċċelerazzjoni lPA f'm; |
|
(d) |
Il-veloċità medja tal-vettura f'km/h fil-bidu tal-aċċelerazzjoni bit-throttle miftuħ għalkollox għat-testijiet fil-ger (i); u |
|
(e) |
Il-livell tal-pressjoni tal-ħoss Lwot (i) f'dB(A) tat-testijiet bit-throttle miftuħ għalkollox fil-ger (i), iddefinit bħala l-massimu taż-żewġ valuri li jirriżultaw mill-kalkolu tal-medja tar-riżultati tal-kejl individwali f'kull pożizzjoni tal-mikrofonu b'mod separat. |
4.2. Id-data ta' referenza tal-konformità fl-użu għandha tiddaħħal fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip kif speċifikat fil-paragrafu 2.3 tal-Addendum tal-formula ta' Komunikazzjoni (Anness 1, Appendiċi 1).
(1) Minħabba li l-kontribut tat-tajers għall-emissjonijiet globali tal-ħoss huwa sinifikanti, għandhom jitqiesu d-dispożizzjonijiet attwali dwar l-emissjonijiet tal-ħoss tat-tajers mat-triq. It-tajers ta' trazzjoni, it-tajers tal-borra u tajers ta' użu speċjali kif definiti fil-paragrafu 2 tar-Regolament NU/KEE Nru 117 għandhom ikunu esklużi mit-teħid tal-kejl għall-approvazzjoni tat-tip u l-konformità tal-produzzjoni, fuq talba tal-manifattur, skont ir-Regolament Nru 117.
(2) Ara l-Anness 3, Appendiċi, Figura 1.
Appendiċi
Figura 1
Il-pożizzjonijiet tal-kejl għall-vetturi mixjin
Figura 2
Il-punt ta' referenza għall-kejl tal-ħoss emess minn vetturi wieqfa
|
|
Spjega:
|
|
Figura 3a |
Figura 3b |
|
|
|
|
Figura 3c |
Figura 3d |
|
|
|
Figura 3a
Flowchart għall-vetturi ttestjati skont il-paragrafu 3.1.2.1 tal-Anness 3 ta' dan ir-Regolament – il-kalkolu ta' Lurban
Iddetermina l-PMR għall-vettura tat-test (3.1.2.1.1.)
Ikkalkula Lurban (3.1.3.1.)
Kalkolu tal-fattur ta' ponderazzjoni k, jekk test b'2 gerijiet (3.1.2.1.4.1)
Ikkalkula Lwot rep u Lcrs rep (3.1.3.1.)
Ikkalkula kP (3.1.3.1.)
Agħżel il-metodu tat-test (3.1.2.1.4.)
Iddetermina l-aċċelerazzjoni mira aurban (3.1.2.1.2.3.) u l-aċċelerazzjoni ta' referenza awot ref (3.1.2.1.2.4.)
Test b'veloċitŕ kostanti (3.1.2.1.6.)
Test tal-aċċelerazzjoni (3.1.2.1.5.)
gerijiet mhux illokkjati (3.1.2.1.4.2.) Ara l-Figura 3e
gerijiet illokkjati (3.1.2.1.4.1.) Ara l-Figuri 3b, 3c u 3d
Figura 3b
Flowchart għall-vetturi ttestjati skont il-paragrafu 3.1.2.1 tal-Anness 3 ta' dan ir-Regolament - Għażla tal-gerijiet bl-użu ta' proporzjonijiet tal-gerijiet illokkjati
PARTI 1
Ara l-Każ 2 fil-Figura 3c
Agħżel gerijiet biex tikseb il-ger i b'aċċelerazzjoni stabbli ogħla minn awot ref u l-ger i + 1 b'aċċelerazzjoni stabbli inqas minn awot ref
L-aċċelerazzjoni hija stabbli? i.e. ma hemm ebda delay.
Ikkalkula l-aċċelerazzjoni tat-test skont 3.1.2.1.2.1.
L-aċċelerazzjoni hija fil-medda ta' mira ta' awot ref ?
Agħżel il-preaċċelerazzjoni u l-veloċità tad-dħul
Ittestjar bil-gerijiet illokkjati skont 3.1.2.1.4.1.
L-aċċelerazzjoni hija 2,0 m/sec2 jew inqas? u l-veloċità tal-magna inqas minn S qabel BB′?
Ara l-Każ 1 fil-Figura 3c
Iva
Agħżel il-ger
Iva
Iva
Le
Le
Le
Ikkalkula Lwot rep bl-użu tar-riżultati ta' provi tat-test validi
Uża l-ger u kkalkula kP skont 3.1.3.1.
Figura 3c
Flowchart għall-vetturi ttestjati skont il-paragrafu 3.1.2.1 tal-Anness 3 ta' dan ir-Regolament - Għażla tal-gerijiet bl-użu ta' proporzjonijiet tal-gerijiet illokkjati
PARTI 2
Ikkalkula Lwot rep bl-użu tar-riżultati ta' provi tat-test validi
Uża l-ger u kkalkula kP skont 3.1.3.1.
Ara l-Każ 3 fil-Figura 3d
Il-veloċità tal-magna tal-ger i hija akbar minn S qabel BB′?
L-aċċelerazzjoni tal-ger i + n hija akbar minn aurban ?
Iva
Iva
Le
Le
Iva
Le
Iddetermina l-ewwel ger i + n (n=1,2,…) b'aċċelerazzjoni stabbli ta' 2,0 m/sec2 jew inqas u veloċità tal-magna inqas minn S qabel BB′
Uża ż-żewġ gerijiet i u i + 1 u kkalkula kP skont 3.1.3.1. u k skont 3.1.2.1.4.1.
Uża ż-żewġ gerijiet i b'aċċelerazzjoni ogħla minn 2,0 m/sec2 u i + 1 b'aċċelerazzjoni inqas minn aurban
l-aċċelerazzjoni tal-ger i hija 2,0 m/sec2 jew inqas? u l-veloċità tal-magna inqas minn S qabel BB′?
Każ 2: Ger wieħed b'aċċelerazzjoni stabbli ogħla minn 2,0 m/sec2 jew veloċità tal-magna akbar minn S qabel BB′
Każ 1: Żewġ gerijiet, ger i b'aċċelerazzjoni stabbli ogħla minn awot ref u ger i + 1 inqas minn awot ref
Figura 3d
Flowchart għall-vetturi ttestjati skont il-paragrafu 3.1.2.1 tal-Anness 3 ta' dan ir-Regolament - Għażla tal-gerijiet bl-użu ta' proporzjonijiet tal-gerijiet illokkjati
PARTI 3
Ittestja l-gerijiet illlokkjati skont 3.1.2.1.4.1. b'veloċità tat-test ġdida.
Le
Le
Iva
Iva
Il-veloċità tat-test vtest hija 40 km/h?
Il-veloċità tal-magna tal-ger i hija inqas minn S qabel BB′?
Naqqas il-veloċità tat-test vtest b'2,5 km/h bil-ger i
Ebda ger b'aċċelerazzjoni akbar minn aurban u veloċità tal-magna inqas minn S qabel BB′
Iddetermina l-ewwel ger i + n (n=1,2,…) b'aċċelerazzjoni stabbli ta' 2,0 m/sec2 jew inqas u veloċità tal-magna inqas minn S qabel BB′. Ittestja b'dan il-ger b'veloċità tat-test, vtest , ta' 50 km/h.
Figura 3e
Flowchart għall-vetturi ttestjati skont il-paragrafu 3.1.2.1 tal-Anness 3 ta' dan ir-Regolament - Għażla tal-gerijiet bl-użu ta' proporzjonijiet tal-gerijiet mhux illokkjati
Agħżel il-veloċità tad-dħul
Ikkalkula l-aċċelerazzjoni tat-test skont 3.1.2.1.2.2. Mhix permessa preaċċelerazzjoni
Ikkalkula kP skont 3.1.3.1.
Jekk possibbli, ikkontrolla l-waqa' fil-gerijiet biex tikseb aċċelerazzjoni ta' 2,0 m/sec2 jew inqas, jew awot ref, liema minnhom tkun l-inqas. Jekk mhux possibbli, prova tat-test b'aktar minn 2,0 m/sec2 tkun valida.
L-aċċelerazzjoni hija stabbli? i.e. ma hemm ebda delay.
Ikkalkula l-aċċelerazzjoni tat-test skont 3.1.2.1.2.2.
Agħżel il-preaċċelerazzjoni u l-veloċità tad-dħul
Iva
Le
Iva
Le
Jistgħu jittieħdu miżuri li jikkontrollaw il-waqa' ta' gerijiet ?
Ittestjar tal-gerijiet illokkjati skont 3.1.2.1.4.2.
Ikkalkula Lwot rep bl-użu tar-riżultati ta' provi tat-test validi
Figura 4a*
Flowchart għall-vetturi ttestjati skont il-paragrafu 3.1.2.2 tal-Anness 3 ta' dan ir-Regolament - Test bil-proporzjonijiet tal-gerijiet illokkjati
Għaż-żewġ gerijiet
Riżultat finali (3.1.3.2.)
Għal ger wieħed biss
Mill-inqas żewġ ku-ndizzjonijiet tat-test
Jekk nBB′ = ntarget BB′
Jekk (3.1.2.2.1.1. c) (vtarget BB′ – vBB′ gear i) hija ugwali għal (vBB′ gear i + 1 – vtarget BB′)
Lurban għal nBB′ gear i l-eqreb iżda ≤ ntarget BB′
(3.1.3.)
Lurban għal ger i bl-eqreb vBB′ gear i għal vtarget BB′
(3.1.3.)
Lurban
(3.1.3.)
Kriterji tat-test (3.1.2.2.1.1. a)
nBB′ = ntarget BB′
vBB′ = vtarget BB′
Iva, fuq aktar minn ger wieħed
vtarget BB′ = Iva
vtarget BB′ = Le
Iva, fuq ger wieħed
Iddetermina t-tagħbija tal-vettura (2.2.1.)
Il-kundizzjonijiet mira huma mwettqa (3.1.2.2.)?
Proporzjonijiet tal-gerijiet illokkjati (3.1.2.2.1.1.)
Agħżel il-metodu tat-test (3.1.2.2.1.)
Stabbilixxi l-kundizzjonijiet mira (3.1.2.2.)
Ikkalkula l-medja (3.1.3.2.)
Mill-inqas żewġ ku-ndizzjonijiet tat-test
Żewġ kundiz-zjonijiet tat-test
Kundizzjoni tat-test waħda
Lurban x għal vBB′ x
Lurban y għal vBB′ y
(3.1.3.)
Kriterji tat-test (3.1.2.2.1.1. f)
vBB′ gear i = vtarget BB′
u
nBB′ gear i ≤ ntarget BB′
Kriterji tat-test (3.1.2.2.1.1. d)
nBB′ = ntarget BB′
25 km/h ≤ vBB′ x ≤ 30 km/h
40 km/h ≤ vBB′ y ≤ 45 km/h
Kriterji tat-test (3.1.2.2.1.1. b)
nBB′ = ntarget BB′
Ger i bl-eqreb vBB′ gear i
għal vtarget BB′
ntarget BB′ = Le
Jekk (3.1.2.2.1.1 e)
vtarget BB′ = Iva
ntarget BB′ = Iva
Figura 4b*
Flowchart għall-vetturi ttestjati skont il-paragrafu 3.1.2.2 tal-Anness 3 ta' dan ir-Regolament - Test bil-proporzjonijiet tal-gerijiet mhux illokkjati
PARTI 1
Riżultat finali (3.1.3.2.)
Proporzjonijiet tal-gerijiet mhux illokkjati (3.1.2.2.1.2.)
Ikkalkula l-medja (3.1.3.2.)
Lurban għal nBB′ l-eqreb għal ntarget BB′
(3.1.3.)
Lurban għal nBB′ i l-eqreb iżda ≤ ntarget BB′ għal i=1,2
(3.1.3.)
Żewġ kundiz-zjonijiet tat-test
Żewġ kundiz-zjonijiet tat-test
Kundizzjoni tat-test waħda
Kundizzjoni tat-test waħda
Kriterji tat-test (3.1.2.2.1.2. e)
vBB′ = vtarget BB′ + 5 km/h
nBB′ l-eqreb għal ntarget BB′
Kriterji tat-test (3.1.2.2.1.2. d)
25 km/h ≤ vBB′ 1 ≤ 30 km/h
40 km/h ≤ vBB′ 2 ≤ 45 km/h
nBB′ i ≤ ntarget BB′
Kriterji tat-test (3.1.2.2.1.2. b)
nBB′ = ntarget BB′
25 km/h ≤ vBB′ 1 ≤ 35 km/h
35 km/h ≤ vBB′ 2 ≤ 45 km/h
Jekk nBB′ i > ntarget BB′
Jekk (3.1.2.2.1.2. c)
vtarget BB′ = Le
Il-kundizzjonijiet mira huma mwettqa (3.1.2.2.)?
Lurban 1 għal vBB′ 1
Lurban 2 għal vBB′ 2
(3.1.3.)
Lurban
(3.1.3.)
Kriterji tat-test (3.1.2.2.1.2. a)
nBB′ = ntarget BB′
vBB′ = vtarget BB′
vtarget BB′ = Le
vtarget BB′ = Iva
ntarget BB′ = Le
vtarget BB′ = Iva
ntarget BB′ = Iva
Iddetermina t-tagħbija tal-vettura (2.2.1.)
Agħżel il-metodu tat-test (3.1.2.2.1.)
Stabbilixxi l-kundizzjonijiet mira (3.1.2.2.)
Figura 4c*
Flowchart għall-vetturi ttestjati skont il-paragrafu 3.1.2.2 tal-Anness 3 ta' dan ir-Regolament - Test bil-proporzjonijiet tal-gerijiet mhux illokkjati
PARTI 2
Lurban
(3.1.3.)
vtarget BB′ = Limitata bl- għażla tal-ger D
Riżultat finali (3.1.3.2.)
Kundizzjoni tat-test waħda
Kriterji tat-test (3.1.2.2.1.2. f) vBB′ = vtarget BB′
Figura 4d*
Flowchart għall-vetturi ttestjati skont il-paragrafu 3.1.2.2 tal-Anness 3 ta' dan ir-Regolament - Test fejn mhix disponibbli il-veloċità tal-magna bil-kombustjoni
Ebda veloċità rotazzjonali tal-magna mhi disponibbli (3.1.2.2.1.3.)
Riżultat finali (3.1.3.2.)
Lurban
(3.1.3.)
Lurban 2 għal vBB′ 2
(3.1.3.)
Kriterji tat-test (3.1.2.2.1.3. c)
35 km/h ≤ vBB′ 2 ≤ 45 km/h
Kriterji tat-test (3.1.2.2.1.3. b)
25 km/h ≤ vBB′ 1 ≤ 35 km/h
35 km/h ≤ vBB′ 2 ≤ 45 km/h
Kriterji tat-test (3.1.2.2.1.3. a)
vBB′ = vtarget BB′
vtarget BB′ = Le
Il-kundizzjonijiet mira huma mwettqa (3.1.2.2.)?
Stabbilixxi l-kundizzjonijiet mira (3.1.2.2.)
Iddetermina t-tagħbija tal-vettura (2.2.1.)
Agħżel il-metodu tat-test (3.1.2.2.1.)
vtarget BB′ = Iva
v BB′ 1 = Le
If
Ikkalkula l-medja (3.1.3.2.)
Lurban 1 għal vBB′ 1
Lurban 2 għal vBB′ 2
(3.1.3.)
Kundizzjoni tat-test waħda
Żewġ kundiz-zjonijiet tat-test
Kundizzjoni tat-test waħda
Nota:
|
* |
Wessa' l-medda għall-veloċità mira tal-vettura vtarget BB′ għall-vetturi tal-kategorija M2 b'massa massima mgħobbija teknikament permissibbli ta' > 3 500 kg, u għall-vetturi tal-kategoriji N2, M3 u N3.
Il-veloċità mira tal-vettura vtarget BB′ hija ddefinita bħala vtarget BB′ = 35 km/h ± 5 km/h, li twassal għal medda għall-veloċità vBB′, meta l-punt ta' referenza jgħaddi l-linja BB′, ta' minn 30 km/h sa 40 km/h. Jekk il-veloċità mira tal-vettura vtarget BB′ tinbidel f'żewġ veloċitajiet mira tal-vettura, waħda l-veloċità aktar baxxa u l-oħra l-ogħla, japplika dan li ġej: Il-veloċità mira tal-vettura l-aktar baxxa hija ddefinita bħala l-veloċità mira tal-vettura vtarget BB′ imnaqqsa b'5 km/h (v target BB′ – 5 km/h), li twassal għal medda għall-veloċità vBB′ 1, meta l-punt ta' referenza jgħaddi l-linja BB′, ta' minn 25 km/h sa 35 km/h. 25 km/h ≤ vBB′1 ≤ 35 km/h. Il-veloċità mira tal-vettura l-ogħla hija ddefinita bħala l-veloċità mira tal-vettura vtarget BB′ miżjuda b'5 km/h (v target BB′ + 5 km/h), li twassal għal medda għall-veloċità vBB′ 2, meta l-punt ta' referenza jgħaddi l-linja BB′, ta' minn 35 km/h sa 45 km/h. 35 km/h ≤ vBB′2 ≤ 45 km/h. |
ANNESS 4
SISTEMI TAS-SILENZJAR TAL-EGŻOST LI FIHOM MATERJALI FIBRUŻI LI JTAFFU L-ĦSEJJES
1. Ġenerali
Il-materjali fibrużi li jtaffu l-ħsejjes jistgħu jintużaw fis-sistemi tas-silenzjar jew fil-komponenti tagħhom biss jekk
|
(a) |
Il-gass tal-egżost ma jkunx f'kuntatt mal-materjali fibrużi; jew jekk |
|
(b) |
Is-sistema tas-silenzjar jew il-komponenti tagħha jkunu tal-istess familja ta' disinn tas-sistemi jew tal-komponenti li għalihom ikun ġie ppruvat, waqt il-proċess tal-approvazzjoni tat-tip skont ir-rekwiżiti ta' dan ir-regolament għal tip ieħor ta' vettura, li mhumiex soġġetti għad-deterjorament. |
Jekk l-ebda waħda minn dawn il-kundizzjonijiet ma tintlaħaq, is-sistema sħiħa tas-silenzjar jew il-komponenti tagħha għandhom jiġu suġġetti għal kundizzjonament konvenzjonali permezz ta' waħda minn fost it-tliet installazzjonijiet u proċeduri deskritti hawn taħt.
1.1. Tħaddim kontinwu fit-triq għal 10 000 km
1.1.1. 50 ± 20 fil-mija ta' dan it-tħaddim għandu jikkonsisti minn sewqan fi traffiku urban u l-bqija tat-tħaddim għandu tkun provi fuq distanzi twal b'veloċità għolja; it-tħaddim kontinwu fit-triq jista' jiġi sostitwit minn programm korrispondenti fuq il-mogħdija tat-test.
1.1.2. Iż-żewġ reġimi ta' veloċità għandhom jiġu alternati mill-inqas darbtejn.
1.1.3. Il-programm tat-test kollu għandu jinkludi minimu ta' 10 waqfiet ta' mill-inqas tliet sigħat biex jiġu riprodotti l-effetti ta' tberrid u xi kondensazzjoni li tista' sseħħ.
1.2. Il-kundizzjonament fuq bank tat-test
1.2.1. Bl-użu ta' partijiet standard u filwaqt li jiġu osservati l-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-vettura, is-sistema tas-silenzjar jew il-komponenti tagħha għandhom jitwaħħlu fuq il-vettura msemmija fil-paragrafu 3.3 ta' dan ir-Regolament jew il-magna msemmija fil-paragrafu 3.4 ta' dan ir-Regolament. Fl-ewwel każ, il-vettura għandha tkun immuntata fuq dinanometru tar-romblu. Fit-tieni każ, il-magna għandha tkun imqabbda ma' dinanometru.
1.2.2. It-test għandu jitwettaq f'sitt perjodi ta' sitt sigħat b'waqfa ta' mill-anqas 12-il siegħa bejn kull perjodu biex jiġu riprodotti l-effetti tat-tberrid u xi kondensazzjoni li tista' sseħħ.
1.2.3. Waqt kull perjodu ta' sitt sigħat, il-magna għandha titħaddem, fil-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
Ħames minuti b'veloċità idling; |
|
(b) |
Sekwenza ta' siegħa bi 1/4 tat-tagħbija u bi 3/4 tal-veloċità massima nominali (S); |
|
(c) |
Sekwenza ta' siegħa bi 1/2 tat-tagħbija u bi 3/4 tal-veloċità massima nominali (S); |
|
(d) |
Sekwenza ta' 10 minuti b'tagħbija sħiħa u bi 3/4 tal-veloċità massima nominali (S); |
|
(e) |
Sekwenza ta' 15-il minuta b'1/2 it-tagħbija u bil-veloċità massima nominali (S); |
|
(f) |
Sekwenza ta' 30 minuta bi 1/4 tat-tagħbija u bil-veloċità massima nominali (S). |
Kull perjodu għandu jkun magħmul minn żewġ settijiet maqsumin f'sekwenza tas-sitt kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq f'ordni konsekuttiva minn (a) sa (f).
1.2.4. Waqt it-test, is-sistema tas-silenzjar ma għandhiex titberred b'kurrent ta' arja sfurzat li jissimula l-fluss tal-arja normali ta' madwar il-vettura. Madanakollu, fuq talba tal-manifattur, is-sistema tas-silenzjar jew il-komponenti tagħha jistgħu jitberrdu sabiex ma tinqabiżx it-temperatura rreġistrata fil-bokka tagħha meta l-vettura tkun għaddejja b'veloċità massima.
1.3. Il-kundizzjonament bil-pulsazzjoni
1.3.1. Is-sistema tas-silenzjar jew il-komponenti tagħha għandhom jitwaħħlu fuq il-vettura msemmija fil-paragrafu 3.3 ta' dan ir-Regolament jew il-magna msemmija fil-paragrafu 3.4 ta' dan ir-Regolament. Fl-ewwel każ, il-vettura għandha tkun immuntata fuq dinanometru tar-romblu.
Fit-tieni każ, il-magna tkun immuntata fuq dinanometru. L-apparat tat-test, li dijagramma dettaljata tiegħu tidher fil-Figura 1 tal-Appendiċi għal dan l-Anness, għandu jitwaħħal fl-iżbokk tas-sistema tas-silenzjar. Kwalunkwe apparat ieħor li jipprovdi riżultati ekwivalenti huwa aċċettabbli.
1.3.2. L-apparat tat-test għandu jiġi aġġustat b'tali mod li l-fluss tal-gass tal-egżost ikun interrott u stabbilit mill-ġdid, b'mod alternat, permezz tal-valv ta' azzjoni rapida għal 2 500 ċiklu.
1.3.3. Il-valv għandu jinfetaħ meta l-kontrapressjoni tal-gass tal-egżost, imkejla mill-inqas 100 mm 'l isfel mil-flanġ tad-dħul, tilħaq valur ta' bejn 35 u 40 kpa. Il-valv għandu jingħalaq meta din il-pressjoni ma tvarjax b'aktar minn 10 fil-mija mill-valur stabilizzat bil-valv miftuħ.
1.3.4. It-time-delay switch għandu jiġi ssettjat għad-durata tal-egżost ta' gass li jirriżulta mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.3.3 ta' hawn fuq.
1.3.5. Il-veloċità tal-magna għandha tkun ta' 75 fil-mija tal-veloċità nominali tal-magna (S) li fiha l-magna tiżviluppa l-potenza netta massima nominali.
1.3.6. Il-potenza indikata mid-dinamometru għandha tkun ta' 50 fil-mija tal-potenza bit-throttle miftuħ għalkollox mkejla b'75 fil-mija tal-veloċità nominali tal-magna (S).
1.3.7. Waqt it-test, kwalunkwe toqba għall-iskular ta' likwidi għandha tinżamm magħluqa.
1.3.8. It-test kollu għandu jitwettaq fi żmien 48 siegħa.
Jekk meħtieġ, wara kull siegħa jiġi osservat perjodu wieħed ta' tberrid.
Appendiċi
Figura 1
L-apparat tat-test għall-kundizzjonament permezz tal-pulsazzjoni
|
1. |
Il-flanġ tal-bokka jew sleeve għall-konnessjoni man-naħa ta' wara tas-sistema tal-egżost tat-test. |
|
2. |
Il-valv tar-regolazzjoni li jitħaddem bl-idejn. |
|
3. |
It-tank ta' riserva ta' kumpens, b'kapaċità massima ta' 40 l u ħin biex jimtela ta' mhux inqas minn sekonda. |
|
4. |
Is-swiċċ tal-pressjoni b'medda operattiva ta' bejn 0,05 u 2,5 bar. |
|
5. |
It-time-delay switch. |
|
6. |
Il-pulse counter. |
|
7. |
Il-valv ta' azzjoni rapida, bħall-valv tal-brejk tal-egżost b'dijametru ta' 60 mm, li jitħaddem permezz ta' ċilindru pnewmatiku b'output ta' 120 N f'4 bar. Il-ħin tar-rispons, kemm tal-ftuħ kif ukoll tal-għeluq, ma għandux ikun aktar minn 0,5 sekondi. |
|
8. |
L-evakwazzjoni tal-gass tal-egżost. |
|
9. |
Il-pajp flessibbli. |
|
10. |
Il-gejġ tal-pressjoni. |
ANNESS 5
IL-ĦOSS TAL-ARJA KKOMPRESSATA
1. Il-metodu tal-kejl
Il-kejl jitwettaq fil-pożizzjonijiet tal-mikrofonu 2 u 6 skont il-Figura 1, bil-vettura wieqfa. L-ogħla livell tal-ħoss ponderat-A jiġi rreġistrat waqt l-ivventjar tar-regolatur tal-pressjoni u waqt il-ventilazzjoni wara l-użu kemm tal-brejkijiet tas-servizz kif ukoll dawk tal-parking.
Il-ħoss waqt l-ivventjar tar-regolatur tal-pressjoni jitkejjel bil-magna taħdem bil-veloċità idling. Il-ħoss tal-ventilazzjoni jiġi rreġistrat waqt li jitħaddmu l-brejkijiet tas-servizz u tal-parking; qabel kull kejl, l-unità tal-kompressur tal-ajra trid tinġieb għall-ogħla pressjoni operattiva permissibbli, u mbagħad il-magna għandha tintefa'.
2. L-evalwazzjoni tar-riżultati
Għall-pożizzjonijiet tal-mikrofonu kollha jittieħdu żewġ kejlijiet. Sabiex jikkumpensa għan-nuqqasijiet fil-preċiżjoni tat-tagħmir tal-kejl, il-qari tal-miter jitnaqqas b'1 dB(A), u l-valur imnaqqas jitqies bħala r-riżultat tal-kejl. Ir-riżultati jitqiesu bħala validi jekk id-differenza bejn il-kejlijiet f'pożizzjoni waħda tal-mikrofonu ma tkunx aktar minn 2 dB(A). L-ogħla valur imkejjel jitqies bħala r-riżultat. Jekk dan il-valur ikun ogħla mil-limitu tal-ħoss b'1 dB(A), għandhom jittieħdu żewġ kejlijiet addizzjonali fil-pożizzjoni korrispondenti tal-mikrofonu.
F'dan il-każ, tlieta mill-erba' riżultati tal-kejl miksuba f'din il-pożizzjoni għandhom ikunu konformi mal-limitu tal-ħoss.
3. Il-valur limitu
Il-livell tal-ħoss ma għandux jaqbeż il-limitu ta' 72 dB(A).
Appendiċi
Figura 1
Il-pożizzjonijiet tal-mikrofonu għall-kejl tal-ħoss tal-arja kkompressata
Il-kejl isir bil-vettura wieqfa skont il-Figura 1, bil-mikrofonu mqiegħed f'żewġ pożizzjonijiet f'distanza ta' 7 m mill-kontorn tal-vetturi, u 1,2 m 'il fuq mill-art.
ANNESS 6
KONTROLLI TAL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
1. Ġenerali
Dawn ir-rekwiżiti huma konsistenti mal-kontrolli tal-konformità tal-produzzjoni (COP), skont il-paragrafu 8 ta' dan ir-Regolament.
2. Il-proċedura tal-ittestjar
Is-sit tat-test u l-istrumenti tal-kejl għandhom ikunu dawk deskritti fl-Anness 3.
2.1. Il-vettura/i li qed tiġi/jiġu ttestjata/i għandha/għandhom tiġi/jiġu soġġetta/i għat-test tal-kejl tal-ħoss ta' vettura miexja kif deskritt fil-paragrafu 3.1 tal-Anness 3.
2.2. Il-ħoss tal-arja kkompressata
Il-vetturi b'massa massima ta' aktar minn 2 800 kg u li huma mgħammra b'sistemi tal-arja kkompressata għandhom jiġu soġġetti għal test addizzjonali għall-kejl tal-ħoss tal-arja kkompressata kif deskritt fil-paragrafu 1 tal-Anness 5.
2.3. Dispożizzjonijiet Addizzjonali dwar l-Emissjoni tal-Ħoss (ASEP)
Il-manifattur tal-vettura għandu jivvaluta l-konformità mal-ASEP permezz ta' evalwazzjoni xierqa (pereżempju, iżda mhux biss, permezz ta' kontrolli parzjali) jew jista' jwettaq it-test deskritt fl-Anness 7.
3. Il-kampjunar u l-evalwazzjoni tar-riżultati
Għandha tintgħażel vettura waħda li mbagħad tiġi soġġetta għat-testijiet stabbiliti fil-punt 2. Jekk il-livell tal-ħoss tal-vettura ttestjata ma jaqbiżx b'aktar minn 1 dB(A) il-valur limitu stipulat fl-Anness 3, u, fejn xieraq, il-paragrafu 3 tal-Anness 5, it-tip tal-vettura għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
Jekk wieħed mir-riżultati tat-testijiet ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-COP ta' dan l-anness u tal-paragrafu 8 tal-kontenut prinċipali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu ttestjati żewġ vetturi oħra tal-istess tip skont il-paragrafu 2 ta' hawn fuq.
Jekk ir-riżultati tat-testijiet tat-tieni u tat-tielet vettura jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-COP ta' dan l-anness u tal-paragrafu 8 tal-kontenut prinċipali ta' dan ir-Regolament, il-vettura titqies bħala konformi fir-rigward tal-COP.
Jekk wieħed mir-riżultati tat-testijiet tat-tieni jew it-tielet vettura ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-COP ta' dan l-anness u tal-paragrafu 8 tal-kontenut prinċipali ta' dan ir-Regolament, it-tip tal-vettura għandu jitqies bħala mhux konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u l-manifattur għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxi mill-ġdid il-konformità.
ANNESS 7
METODU TAL-KEJL GĦALL-EVALWAZZJONI TAL-KONFORMITÀ MAD-DISPOŻIZZJONIJIET ADDIZZJONALI DWAR L-EMISSJONI TAL-ĦOSS
Dan huwa applikabbli biss għall-vetturi speċifikati fil-paragrafu 6.2.3 ta' dan ir-Regolament.
1. Ġenerali (ara l-flowchart fl-Appendiċi 2, Figura 1)
Dan l-anness jiddeskrivi l-metodu tal-kejl għall-evalwazzjoni tal-konformità tal-vettura mad-dispożizzjonijiet addizzjonali dwar l-emissjoni tal-ħoss (ASEP) b'konformità mal-paragrafu 6.2.3 ta' dan ir-Regolament.
Meta ssir l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip, mhux mandatorju li jitwettqu testijiet attwali. Il-manifattur għandu jiffirma d-dikjarazzjoni tal-konformità stipulata fl-Appendiċi 1. L-awtorità tal-approvazzjoni tista' titlob informazzjoni addizzjonali dwar id-dikjarazzjoni tal-konformità u twettaq it-testijiet deskritti hawn taħt.
Il-proċedura stipulata f'dan l-anness teħtieġ it-twettiq ta' test skont l-Anness 3.
F'każ li waqt il-proċess tal-approvazzjoni tat-tip jitwettqu t-testijiet skont l-Anness 7, it-testijiet kollha għall-Anness 3 u għall-Anness 7 għandhom jitwettqu fuq l-istess korsa tat-testijiet u bl-istess kundizzjonijiet ambjentali (1).
Jekk it-testijiet tal-Anness7 jitwettqu meta l-approvazzjoni tat-tip tkun diġà ngħatat, eż. waqt testijiet għall-konformità tal-produzzjoni jew għall-konformità fl-użu, it-testijiet bil-vettura miexja speċifikati fl-Anness 3 għandhom jitwettqu bl-istess modalità, ger(ijiet)/proporzjon(ijiet) tal-gerijiet, fattur ta' ponderazzjoni k u fattur ta' potenza parzjali kP kif determinati waqt il-proċess tal-approvazzjoni tat-tip.
2. Il-metodu tal-kejl (ara l-flowchart fl-Appendiċi 2, Figura 3)
2.1. L-istrumenti tal-kejl u l-kundizzjonijiet tat-teħid tal-kejl
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, l-istrumenti tal-kejl, il-kundizzjonijiet tat-teħid tal-kejlijiet u l-kundizzjoni tal-vettura huma ekwivalenti għal dawk speċifikati fl-Anness 3, il-paragrafi 1 u 2.
Jekk il-vettura jkollha modalitajiet differenti li jaffettwaw l-emissjoni tal-ħoss, il-modalitajiet kollha għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti ta' dan l-anness. Fil-każ fejn il-manifattur ikun wettaq testijiet biex jingħataw provi lill-awtorità tal-approvazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti ta' hawn fuq, il-modalitajiet użati waqt dawk it-testijiet għandhom jiġu rrappurtati f'rapport tat-test.
2.2. Il-metodu tal-ittestjar
Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet u l-proċeduri tal-Anness 3. Għall-iskop ta' dan l-anness, għandha titkejjel u tiġi evalwata prova tat-test unika għal kull kundizzjoni tat-test.
2.3. Medda tal-kontroll
Ir-rekwiżiti tal-ASEP japplikaw għal kull proporzjon tal-gerijiet κ li jwassal għal riżultati tat-testijiet fil-medda tal-kontroll kif iddefinita hawn taħt.
|
Il-veloċità tal-vettura VAA_ASEP: |
vAA ≥ 20 km/h |
|
L-aċċelerazzjoni tal-vettura aWOT_ASEP: |
aWOT ≤ 5,0 m/s2 |
|
Il-veloċità tal-magna nBB_ASEP |
nBB ≤ 2,0 * PMR– 0,222 * S jew nBB ≤ 0,9 * S, liema minnhom tkun l-aktar baxxa |
|
Il-veloċità tal-vettura VAA_ASEP: |
|
Jekk il-vettura, fl-aktar ger baxx validu, ma tiksibx il-veloċità massima tal-magna nBB_ASEP ta' inqas minn 70 km/h, żid il-veloċità tal-vettura f'dak il-ger biex tilħaq il-veloċità massima tal-magna nBB_ASEP, iżda mhux aktar minn 80 km/h.
Għal kwalunkwe ger ieħor, il-veloċità massima tal-vettura hija 70 km/h.
Għal vetturi ttestjati f'kundizzjonijiet tat-trażmissjoni mhux illokjata, il-veloċità massima tal-vettura hija 80 km/h.
|
Gerijiet |
κ ≤ il-ġer i kif iddeterminat fl-Anness 3 |
Kundizzjonijiet tat-trażmissjoni:
|
Anness 3 - Għażla tal-gerijiet |
Anness 7 - Għażla tal-gerijiet |
|
Illokkjati |
Geari, geari – 1,… |
|
Mhux illokkjati |
Mhux illokkjati |
2.4. Kundizzjonijiet mira
L-emissjoni tal-ħoss għandha titkejjel f'kull proporzjon tal-gerijiet validu fl-erba' punti tat-test kif speċifikat hawn taħt. Għal kull punt tat-test għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet ta' limitu kif speċifikat fil-punt 2.3.
Il-proporzjon tal-gerijiet huwa validu jekk l-erba' punti kollha u l-punt tal-ankraġġ jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafu 2.3 ta' hawn fuq. Kwalunkwe proporzjon tal-gerijiet li għalih il-kriterji ma jiġux issodisfati huwa invalidu u ma jiġix analizzat aktar.
L-ewwel punt tat-test P1 huwa ddefinit billi tintuża l-veloċità tad-dħul vAA,κ1 ta' 20 km/h ≤ vAA,κ1 < 20 km/h + 3 km/h.
Għal P1, jekk ma' tkunx tista' tintlaħaq kundizzjoni ta' aċċelerazzjoni stabbli skont il-paragrafu 2.26.2.1 fit-taqsima tad-definizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, il-veloċita vAA,κ1 għandha tiżdied b'passi ta' 5 km/h sakemm tintlaħaq aċċelerazzjoni stabbli.
Għall-punti kollha, jekk ma' tkunx tista' tintlaħaq kundizzjoni ta' aċċelerazzjoni stabbli skont il-paragrafu 2.26.1, l-aċċelerazzjoni awot_testPP-BB għandha tiġi kkalkulata permezz tal-formula indikata fil-paragafu 3.1.2.1.2 tal-Anness 3.
Fil-każ ta' kundizzjonijiet tat-trażmissjoni bi proporzjonijiet tal-gerijiet illokjata, meta l-veloċità nBB_ASEP tinqabeż waqt it-test, il-miżuri li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati separatament jew flimkien:
|
— |
id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.5.1; |
|
— |
iż-żieda tal-veloċità b'passi ta' 5 km/h. |
Il-veloċità tat-test għar-raba' punt tat-test P4 fi kwalunkwe ger hija definita permezz ta' jew
|
— |
0,95 × nBB_ASEP ≤ nBB,κ4 ≤ nBB_ASEP jew |
|
— |
vBB_ASEP – 3 km/h ≤ VBB,κ4 ≤ VBB_ASEP fejn VBB_ASEP hija kif definit fil-paragrafu 2.3. |
Il-veloċità tat-test għaż-żewġ punti tat-test l-oħra hija definita permezz ta' din il-formula:
Punt tat-test Pj: vBB,κj = vBB,κ1 + ((j – 1)/3) * (vBB,κ4 – vBB,κ1) għal j = 2 u 3 b'tolleranza ta' ± 3 km/h
Fejn:
|
vBB,κ1 |
= |
il-veloċità tal-vettura fil-linja BB′ tal-punt tat-test P1 |
|
vBB,κ4 |
= |
il-veloċità tal-vettura fil-linja BB′ tal-punt tat-test P4 |
2.5. It-test tal-vettura
2.5.1. Il-mogħdija tal-linja ċentrali tal-vettura għandha ssegwi l-linja CC′ mill-aktar qrib possibbli waqt it-test kollu, minn meta l-punt ta' referenza kif definit fil-paragrafu 2.11 tal-kontenut prinċipali ta' dan ir-Regolament javviċina l-linja AA′ sakemm il-parti ta' wara tal-vettura tgħaddi l-linja BB′.
Fil-linja AA′ l-aċċeleratur għandu jkun magħfus għalkollox. Biex tinkiseb aċċelerazzjoni aktar stabbli jew biex jiġi evitat it-twaqqigħ ta' ger bejn il-linja AA′ u BB′ tista' tintuża l-preaċċelerazzjoni qabel il-linja A′ skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3.1.2.1.2.1 u 3.1.2.1.2.2 tal-Anness 3. L-aċċeleratur għandu jinżamm magħfus sakemm il-parti ta' wara tal-vettura tilħaq il-linja BB′.
Fil-każ ta' kundizzjonijiet tat-trażmissjoni bi proporzjonijiet tal-gerijiet mhux illokjati, it-test jista' jinkludi twaqqigħ tal-proporzjon tal-gerijiet u aċċelerazzjoni akbar. Bidla fil-gerijiet għal ger ogħla u aċċelerazzjoni iżgħar mhumiex permessi.
Jekk ikun possibbli, il-manifattur għandu jieħu miżuri biex jevita li t-tibdil fil-gerijiet iwassal għal kundizzjoni li ma tkunx konformi mal-kundizzjonijiet ta' limitu. F'dak il-każ, huwa permess li jiġu stabbiliti u jintużaw mezzi mekkaniċi jew elettroniċi, bħal pożizzjonijiet alternattivi tas-selettur tal-gerijiet. F'każ li dawn il-miżuri ma jkunux jistgħu jiġu applikati, għandha tingħata r-raġuni għalfejn u tiġi dokumentata fir-rapport tekniku.
2.5.2. Qari tal-kejl:
|
|
Għal kull punt tat-test titwettaq prova tat-test unika. |
|
|
Għal kull prova tat-test separata, għandhom jiġu ddeterminati u nnutati dawn il-parametri:
|
2.5.3. L-aċċelerazzjoni kkalkulata għandha tiġi ddeterminata permezz tal-formula fil-paragrafu 3.1.2.1.2 tal-Anness 3 u rrapurtata sat-tieni ċifra wara l-punt deċimali (awot,test,κj).
3. Il-metodu tal-analiżi Nru 1: Valutazzjoni tal-inklinazzjoni grafika (Slope-Assessment)
3.1. Determinazzjoni tal-punt tal-ankraġġ
Il-punt tal-ankraġġ huwa l-istess għal kull proporzjon tal-gerijiet κ li jinsab fil-medda tal-kontroll skont il-paragrafu 2.3. Il-parametri għall-punt tal-ankraġġ jittieħdu mit-test tal-aċċelerazzjoni tal-Anness 3 kif ġej:
|
|
Lanchor huwal-ogħla mil-livelli tal-pressjoni tal-ħoss ta' Lwot,(i) fuq in-naħat tax-xellug u tal-lemin tal-proporzjon tal-gerijiet i; |
|
|
nanchor huwa l-medja ta' nBB,wot tal-4 provi tal-proporzjon tal-gerijiet i rrappurtati fl-Anness 3; |
3.2. L-Inklinazzjoni grafika tal-linja tar-rigressjoni għal kull proporzjon tal-gerijiet κ
Il-kejlijiet tal-ħoss għandhom jiġu evalwati bħala funzjoni tal-veloċità tal-magna skont il-paragrafu 3.2.1.
3.2.1. Il-kalkolu tal-inklinazzjoni grafika tal-linja tar-rigressjoni għal kull proporzjon tal-gerijiet κ
Il-linja tar-rigressjoni lineari tiġi kkalkulata bl-użu tal-punt tal-ankraġġ u l-erba' kejlijiet addizzjonali kkorrelati mar-riżultati għall-veloċitajiet tal-magna u l-livelli tal-ħoss kif irrappurtati fil-paragrafu 2.5.2 ta' dan l-anness.
Fejn
fejn nj = il-veloċità tal-magna mkejla fil-linja BB′
3.2.2. L-Inklinazzjoni grafika tal-linja tar-rigressjoni għal kull proporzjon tal-gerijiet κ
L-inklinazzjoni grafikaκ ta' ger partikolari għall-kalkolu ulterjuri hija ir-riżultat idderivat mill-kalkolu fil-paragrafu 3.2.1 imqarrab sal-ewwel post deċimali, iżda mhux ogħla minn 5 dB(A)/1 000 min– 1.
Fil-każ ta' kundizzjonijiet tat-trażmissjoni bi proporzjonijiet tal-gerijiet mhux illokjati, jekk Slopeκ < 0, l-arranġament ta' trażmissjoni magħżul mhuwiex validu. F'dak il-każ, għandu jiġi applikat l-Lurban-Assessment kif speċifikat fil-paragrafu 4.
3.3. Il-kalkolu taż-żieda lineari tal-livell tal-ħoss mistennija għal kull kejl
Il-livell tal-ħoss LASEP,κj għall-punt tal-kejl j u l-proporzjon tal-gerijiet κ għandu jiġi kkalkulat bl-użu tal-veloċitajiet tal-magna mkejla għal kull punt tal-kejl, u bl-użu tal-inklinazzjoni grafika speċifikata fil-paragrafu 3.2 ta' hawn fuq għall-punt tal-ankraġġ speċifiku għal kull proporzjon tal-gerijiet.
Għal nBB_κ,j ≤ nanchor:
LASEP_κ,j = Lanchor + (Slopeκ – Y) * (nBB_κ,j – nanchor)/1 000
Għal nBB_κ,j > nanchor:
LASEP_κ,j = Lanchor + (Slopeκ + Y) * (nBB_κ,j – nanchor)/1 000
Fejn Y= 1
3.4. Kampjuni addizzjonali
Fuq talba tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jitwettqu żewġ provi addizzjonali fil-kundizzjonijet ta' limitu skont il-paragrafu 2.3 ta' dan l-anness.
3.5. Speċifikazzjonijiet
Kull kejl tal-ħoss individwali għandu jiġi evalwat.
Il-livell tal-ħoss ta' kull punt tal-kejl speċifikat ma għandux jaqbeż il-limiti mogħtija hawn taħt:
Lκj ≤ LASEP_κ.j + x
Fejn:
|
|
x = 3 dB(A) + valur ta' limitu (2) – Lurban għal vettura ttestjata f'kundizzjonijiet tat-trażmissjoni bi proporzjonijiet tal-gerijiet mhux illokjati |
|
|
x = 2 dB(A) + valur ta' limitu (2) – Lurban għal vettura ttestjata f'kundizzjonijiet tat-trażmissjoni bi proporzjonijiet tal-gerijiet illokjati |
Jekk il-livell tal-ħoss imkejjel f'ċertu punt jaqbeż il-limitu, għandhom jittieħdu żewġ kejlijiet addizzjonali fl-istess punt biex tiġi vverifikata l-inċertezza tal-kejl. Il-vettura tkun għadha konformi mal-ASEP, jekk il-medja tat-tliet kejlijiet validi f'dan il-punt speċifiku tissodisfa l-ispeċifikazzjoni.
4. Il-metodu tal-analiżi Nru 2: Valutazzjoni ta' Lurban
4.1. Ġenerali
Din il-proċedura ta' evalwazzjoni hija alternattiva magħżula mill-manifattur tal-vettura għall-proċedura deskritta fil-paragrafu 3 ta' dan l-anness u hija applikabbli għat-teknoloġiji tal-vetturi kollha. Hija r-responsabbiltà tal-manifattur tal-vettura biex jiddetermina l-mod korrett tal-ittestjar. Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, it-testijiet kollha u l-kalkoli għandhhom ikunu kif speċifikat fl-Anness 3 ta' dan ir-Regolament.
Il-metodu tal-kejl huwa definit fil-paragrafu 2. Kull punt tat-test għandu jiġi evalwat individwalment.
4.2. Kalkolu ta' Δ Lurban_ASEP
4.2.1. L-ipproċessar tad-dejta
Minn kull Lwot_ASEP kif imkejjel skont dan l-anness, ΔLurban_ASEP għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
|
(a) |
Ikkalkula awot_test_ASEP bl-użu tal-kalkolu tal-aċċelerazzjoni mill-paragrafu 3.1.2.1.2.1 jew mill-paragrafu 3.1.2.1.2.2 tal-Anness 3 ta' dan ir-Regolament, kif applikabbli; |
|
(b) |
Iddetermina l-veloċità tal-vettura (VBB_ASEP) f'BB waqt it-test tal-Lwot_ASEP; |
|
(c) |
Ikkalkula kP_ASEP kif ġej: kP_ASEP = 1 – (aurban/awot_test_ASEP) Ir-riżultati tat-testijiet fejn awot_test_ASEP ikunu inqas minn aurban għandhom jitwarrbu. |
|
(d) |
Ikkalkula Lurban_measured_ASEP kif ġej: Lurban_measured_ ASEP = Lwot_ASEP – kP_ASEP * (Lwot_ASEP – Lcrs rep) Għal aktar kalkoli, uża Lurban mill-Anness 3 ta' dan ir-Regolament mingħajr it-tqarrib, inkluż iċ-ċifra wara l-punt d-deċimali (xx.x). |
|
(e) |
Ikkalkula Lurban_normalized biex tinnormalizza l-veloċità minn vBB_ASEP għal 50 km/h kif ġej: Lurban_normalized = Lurban_measured_ASEP – (0,15 * (V_BB_ASEP – 50)) |
|
(f) |
Ikkalkula d-devjazzjoni ΔLurban_ASEP relattiva għal Lurban kif ġej: ΔLurban_ASEP = Lurban_normalized – Lurban |
4.2.2. Speċifikazzjonijiet
Konformità mal-limiti:
Δ Lurban_ASEP għandu jkun inqas minn jew ugwali għal 3,0 dB(A) + valur ta' limitu (3) – Lurban.
5. Il-valutazzjoni tal-ħoss ta' referenza (ara l-flowchart fl-Appendiċi 2, Figura 2)
5.1. Ġenerali
Il-ħoss ta' referenza jista' jinkiseb permezz ta' simulazzjoni jew permezz ta' kejl dirett. Ir-riżultat ta' metodu ta' valutazzjoni uniku għandu jkun konformi mal-ispeċifikazzjoni tal-paragrafu 5.4.
5.1.1. Il-metodu ta' simulazzjoni (4)
Għas-simulazzjoni, il-ħoss ta' referenza jiġi vvalutat f'punt uniku u f'ger diskret, u tiġi ssimulata kundizzjoni ta' aċċelerazzjoni li tassumi veloċità tal-ħruġ vBB′ ugwali għal 61 km/h. Il-konformità tal-ħoss tiġi kkalkulata bl-użu tar-riżultati tal-inklinazzjoni grafika skont il-paragrafu 3.2.2.
Jekk ir-riżultat tal-inklinazzjoni grafika skont il-paragrafu 3.2.2 ma jkunx disponibbli għall-ger speċifikat fil-paragrafu 5.2, din l-inklinazzjoni grafika tista' tiġi ddeterminata skont il-paragrafi 2.4, 3.1 u 3.2.
5.1.2. Il-metodu tal-kejl dirett
Għall-kejl dirett, il-ħoss ta' referenza jiġi vvalutat bi prova tat-test unika f'kundizzjoni ta' aċċelerazzjoni li tinbeda fil-linja AA′ kif speċifikat fil-paragrafu 2.5. Il-ger għandu jkun kif speċifikat fil-paragrafu 5.2 għall-vetturi ttestjati f'kundizzjonijiet tat-trażmissjoni bi proporzjonijiet tal-gerijiet illokjati jew f'pożizzjoni tas-selettur tal-gerijiet għas-sewqan normali kif speċifikat mill-manifattur għall-vetturi ttestjati f'kundizzjonijiet tat-trażmissjoni bi proporzjonijiet tal-gerijiet mhux illokjati.
Il-veloċità mira tat-test vAA hija ugwali għal 50 km/h ± 1 km/h sakemm vBB ma tkunx aktar minn 61 km/h.
Jekk vBB tkun aktar minn 61 km/h, il-veloċità mira tat-test vBB għandha tiġi ssetjata għal 61 km/h ± 1 km/h. Il-veloċità tad-dħul għandha tiġi aġġustata biex tinkiseb il-veloċità mira tat-test.
5.2. Id-determinazzjoni tal-ger α hija kif ġej:
|
|
α = 3 għal kull trażmissjoni manwali u għal trażmissjoni awtomatika ttestjata fil-pożizzjoni llokkjata b'sa 5 gerijiet; |
|
|
α = 4 għal trażmissjoni awtomatika ttestjata fil-pożizzjoni llokjata b'6 gerijiet jew iktar. Jekk l-aċċelerazzjoni kkalkulata minn AA sa BB + it-tul tal-vettura fil-ger 4 tkun aktar minn 1,9 m/s2, għandu jiġi magħżul l-ewwel ger ogħla α > 4 b'aċċelerazzjoni ta' 1,9 m/s2 jew inqas. |
Għall-vetturi ttestjati f'kundizzjonijiet tat-trażmissjoni bi proporzjonijiet tal-gerijiet illokjati, il-proporzjon tal-gerijiet għal kalkoli ulterjuri għandu jiġi ddeterminat mir-riżultat tat-test tal-aċċelerazzjoni fl-Anness 3 bl-użu tal-veloċità rrappurtata tal-magna u l-veloċità tal-vettura fil-linja BB'.
5.3. L-ipproċessar tad-dejta għall-valutazzjoni tas-simulazzjoni
5.3.1. Determinazzjoni tal-veloċità ta' referenza tal-magna nBB′_ref_α
Il-veloċità ta' referenza tal-magna, nBB′_ref_α, għandha tkun ikkalkulata bl-użu tal-proporzjon tal-gerijiet tal-ger α fil-veloċità ta' referenza ta' vBB′_ref = 61 km/h.
5.3.2. Kalkolu ta' Lref
Lref = Lanchor + Slope α * (nBB′_ref_α – nanchor)/1 000
5.4. Speċifikazzjonijiet
Għall-vetturi tal-kategorija M1, Lref għandu jkun 76 dB(A) jew inqas.
Għall-vetturi tal-kategorija M1 mgħammra bi trażmissjoni manwali li jkollha aktar minn erba gerijiet 'il quddiem (forward gears) u mgħammra b'magna li tiżviluppa potenza netta massima nominali ta' aktar minn 140 kW (skont ir-Regolament Nru 85) u proporzjon ta' potenza massima/massa massima ikbar minn 75, Lref għandu jkun 79 dB (A) jew inqas.
Għall-vetturi tal-kategorija M1 mgħammra bi trażmissjoni awtomatika li jkollha aktar minn erba gerijiet 'il quddiem (forward gears) u mgħammra b'magna li tiżviluppa potenza netta massima nominali ta' aktar minn 140 kW (skont ir-Regolament Nru 85) u proporzjon ta' potenza massima/massa massima ikbar minn 75, Lref għandu jkun 78 dB (A) jew inqas.
Għall-vetturi tal-kategorija N1 b'massa massima mgħobbija teknikament permissibbli ta' inqas minn 2 000 kg, Lref għandu jkun 78 dB(A) jew inqas.
Għall-vetturi tal-kategorija N1 b'massa massima mgħobbija teknikament permissibbli ta' aktar minn 2 000 kg u inqas minn 3 500 kg, Lref għandu jkun 79 dB(A) jew inqas.
Għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 mgħammra b'magna bil-kombustjoni interna bi tqabbid bil-kompressjoni u b'injezzjoni diretta, il-livell tal-ħoss għandu jiġi miżjud b'1 dB(A).
Għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 iddisinjati għall-użu off-road u b'massa massima mgħobbija teknikament permissibbli ta' aktar minn 2 000 kg, il-livell tal-ħoss għandu jiġi miżjud b'1 dB(A) jekk dawn ikunu mgħammra b'magna li tiżviluppa potenza netta massima nominali ta' inqas minn 150 kW (skont ir-Regolament Nru 85) jew għal 2 dB(A) jekk dawn ikunu mgħammra b'magna li tiżviluppa potenza netta massima nominali ta' 150 kW (skont ir-Regolament Nru 85) jew aktar.
(1) Il-kejl għall-Anness 7, għal tip ta' vettura speċifiku, jista' jitwettaq fuq korsiji tat-testijiet differenti u b'kundizzjonijiet ambjentali differenti, kull wieħed skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, jekk ir-riżultati tat-testijiet Lwoti u Lcrsi għall-ger i, li jirrappreżentaw il-punt tal-ankraġġ, ma jvarjawx b'aktar minn +/- 1.0 dB mir-riżultati tat-testijiet fil-ħin li jkunu twettqu t-testijiet skont l-Anness 3.
(2) Kif applikabbli għat-tip ta' vettura approvat
(3) Kif applikabbli għat-tip ta' vettura approvat
(4) Is-simulazzjoni mhux dejjem tkun applikabbli peress li r-riżultat tat-test tal-Anness 3 u l-inklinazzjonijiet grafiċi elaborati skont il-paragrafu 3 tal-Anness 7 jistgħu jagħtu dejta li ma tkunx konsistenti għas-simulazzjoni. F'dak il-każ, huwa rakkomandat li twettaq il-kejl dirett.
Appendiċi 1
Dikjarazzjoni ta' konformità mad-dispożizzjonijiet addizzjonali dwar l-emissjoni tal-ħoss
(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))
… (L-isem tal-manifattur) jafferma li vetturi ta' dan it-tip (it-tip fir-rigward tal-emissjoni tal-ħoss tagħha skont ir-Regolament Nru 51) huma konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 6.2.3 tar-Regolament Nru 51.
… (L-isem tal-manifattur) jagħmel din id-dikjarazzjoni in bona fede, wara li tkun saret evalwazzjoni xierqa dwar il-prestazzjoni tal-emissjoni tal-ħoss tal-vetturi.
Data: …
L-isem tar-rappreżentant awtorizzat: …
Firma tar-rappreżentant awtorizzat: …
Appendiċi 2
Figura 1
Flowchart għall-kunċett tal-valutazzjoni għal ASEP skont l-Anness 7
Dikjarazzjoni ta' Konformità mill-Manifattur abbażi tat-Testijiet ASEP
Evalwazzjoni skont il-Paragrafu 5. "Valutazzjoni tal-Ħoss ta’ Referenza"
Valutazzjoni skont il-Paragrafu 4 "Valutazzjoni ta' Lurban "
Agħżel il-Metodu tal-Analiżi
Valutazzjoni skont il-Paragrafu 3. "Valutazzjoni tal-Inklinazzjoni Grafika"
Wettaq testijiet ASEP fil-Medda ta' Kontroll skont il-Paragrafi 2.3. sa 2.5.
Stabbilixxi Kundizzjonijiet tat-Test skont il-Paragrafi 2.1. u 2.2.
Wettaq Test tal-Approvazzjoni tat-Tip skont l-Anness 3; Irrapporta Lwoti, nBB_woti,
Test
Dikjarazzjoni ta' Konformità mill-Manifattur
Dikjarazzjoni
Dikjarazzjoni ta' Konformità jew Test
ASEP - Anness 7
Figura 2
Flowchart għall-valutazzjoni tal-ħoss tal-vettura skont l-Anness 7, paragrafu 5. “Valutazzjoni tal-ħoss ta' referenza”
ASEP - Anness 7 (Paragrafu 5.) "Valutazzjoni tal-Ħoss ta’ Referenza"
Il-vettura MHIX Konformi mad-dispożizzjonijiet tal- "Valutazzjoni tal-Ħoss ta’ Referenza"
Il-vettura HIJA Konformi mad-dispożizzjonijiet tal- "Valutazzjoni tal-Ħoss ta’ Referenza"
Il-livell tal-ħoss ≤ il-Limitu ?
Ikkalkula l-livell tal-ħoss skont il-paragrafu 5.3.2.
Ħu jew iddetermina slopeα għall-ger α skont il-paragrafi 2.4. u 3.1. sa 3.2.2.
Iddetermina nref,α għall-ger speċifikat skont il-paragrafu 5.3.1.
Wettaq test u rrapporta l-livell massimu tal-ħoss
Iddetermina l-ger α korrett kif indikat fil-paragrafu 5.2.
Iddetermina l-ger α korrett kif indikat fil-paragrafu 5.2.
Test jew Kalkolu?
Iddetermina l-veloċità mira skont il-paragrafu 5.1.2.
IVA
LE
KALKOLU
TEST
Figura 3
Flowchart għad-determinazzjoni tal-punti tat-test individwali Pj skont l-Anness 7, paragrafu 2 “Metodu tal-kejl”
awot ≤ 5 m/s2
Ger Mhux Validu
awot ≤ 5 m/s2
L-aktar ger baxx validu
Ger Mhux Validu
awot ≤ 5 m/s2
Ger κ ≤ i
Agħżel l-aktar ger baxx (eż. l-ewwel ger)
ASEP - Anness 7 (Paragrafu 2.) Il-metodu tal-kejl
Ittestja P4
Mira : 80 km/h jew nBB_ASEP
Test P4
Target: 70 km/h or nBB_ASEP
Ger κ, validu, irrapporta d-dejta għal P1 sa P4
Ittestja P2 u P3 Il-mira kkalkulata bl-użu tal-kejl ta' P1 u P4
nBB ≤ nBB_ASEP jew vBB ≤ 80 km/h
IVA
IVA
IVA
IVA
IVA
IVA
LE
LE
LE
LE
LE
LE
Għaddi għall- Paragrafu 3. "Valutazzjoni tal-inklinazzjoni grafika" jew għall-Paragrafu 4. "Valutazzjoni ta' Lurban"
Ittestja P1
Mira: VAA = 20 km/h (jew 25, 30, … km/h)
Agħżel l-ogħla ger li jmiss