31998R0020



Official Journal L 004 , 08/01/1998 P. 0040 - 0043


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 20/98

tas-7 ta’ Jannar 1998

li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 f’dak illi jirrigwarda għajnuna lil organizzazzjonijiet ta’ produtturi li ngħataw rikonoxximent preliminari

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-frott u ħaxix [1], kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2520/97 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 48 tiegħu,

Billi l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 jgħid illi organizzazzjonijiet ġodda ta’ produtturi li ma ġewx rikonoxxuti taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1035/72 [3], kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1363/95 [4], jistgħu jingħataw perjodu transitorju ta’ mhux aktar minn ħames snin biex jissodisfaw il-kondizzjonijiet għal rikonoxximent ipprovduti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96; billi r-Regolament (KE) Nru 478/97 [5] li jipprovdi l-kondizzjonijiet għall-għotja ta’ rikonoxximent lil organizzazzjonijiet ta’ produtturi;

Billi, sabiex tiġi mħeġġa l-formazzjoni ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi, l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 jgħid ukoll illi l-Istati Membri jistgħu jagħtu żewġ tipi ta’ għajnuna lil organizzazzjonijiet ta’ produtturi li ingħataw rikonoxximent preliminari fil-ħames snin wara tali rikonoxximent preliminari, waħda biex tkopri l-ispejjeż tal-formazzjoni tagħhom u operazzjoni amministrattiva u waħda biex tkopri parti mill-investimenti meħtieġa biex jiksbu rikonoxximent u stipulati fil-pjanijiet ta’ rikonoxximent;

Billi, biex tiġi faċilitata l-applikazzjoni korretta tas-sistema ta’ għajnuna li tkopri l-ispejjeż ta’ formazzjoni u operazzjoni amministrattiva, dik l-għajnuna għandha tingħata b’rata fissa; billi dik l-għajnuna b’rata fissa għandha tkun soġġetta għal massimu sabiex tikkonforma mal-limititazzjonijiet ta’ l-estmi; billi sabiex jitqiesu l-bżonnijiet finanzjarji differenti ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi ta’ daqsijiet differenti, dak il-livell massimu għandu jiġi aġġustat inlinja mal-produzzjoni għal fuq is-suq ta’ l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi; billi, minħabba li r-regoli li jinsabu fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2118/78 [6] mhumiex applikabbli aktar, dak ir-Regolament għandu jitħassar;

Billi l-kriterji għall-għażla mniżżla mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 951/97 ta’ l-20 ta’ Mejju 1997 dwar it-titjib tal-kondizzjonijiet ta’ proċessar u marketing għal prodotti agrikoli [7] għandhom jiġu applikati għal investimenti eliġibbli taħt dan ir-Regolament sabiex jiżguraw konsistenza bejn il-miżuri varji iffinanzjati mill-Komunità, sakemm jiġu implimentati l-linji ta’ gwida ġodda għall-politika agrikola għal frott u ħaxix jiġu implimentati permezz tar-Regolament (KE) Nru 2200/96;

Billi l-għajnuna li hemm dispożizzjoni għaliha f’dan ir-Regolament għandha titwaqqaf ladarba l-organizzazzjoni ta’ produtturi tiġi rikonoxxuta mill-Istat Membru; billi, madankollu, biex jitqies il-finanzjament multiannwali ta’ investimenti, dawk li jikkwalifikaw għal għajnuna għal investiment taħt dan ir-Regolament jistgħu jiġu trasferiti lil programmi operattiv kif imsemmijin fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96;

Billi, fil-każ ta’ għaqdiet, l-għajnuna tista’ tkompli tingħata lill-organizzazzjoni ta’ produtturi li jseħħu permezz ta’ l-għaqda;

Billi, sabiex jiġi żgurat li l-għajnuna li hemm dispożizzjoni għaliha f’dan ir-Regolament tiġi applikata sew, l-Istat Membru għandu jikkontrolla li l-għotja ta’ l-għajnuna hija debitatament ġustifikata, billi titqies kull għajnuna mogħtija preċedenti għat-tnehdija ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi u kull moviment ta’ produtturi bejn organizzazzjonijiet ta’ produtturi; billi l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li ma jingħatax finanzjament Komunitarju jew nazzjonali doppju għal miżuri li jikkwalifikaw għal finanzjament taħt dan ir-Regolament;

Billi għandhom jiġu stipulati proċeduri għal kontrolli u penalitajiet;

Billi l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 jipprovdi għal skema speċjali għall-Portugall; billi għandhom jitniżżlu dispożizzjonijiet biex jiżguraw konformità ma’ dik l-iskema speċjali;

Billi l-Kumitat ta’ Tmexxija għal Frott u Ħaxix frisk ma tax opinjoni fiż-żmien stipulat mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

1. Dan ir-Regolament jipprovdi regoli dwar l-għotja ta’ għajnuna kif stipulat fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 lil organizzazzjonijiet ta’ produtturi li ngħataw rikonoxximent preliminari.

2. Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a) "organizzazzjoni ta’ produtturi mogħtija rikonoxximent preliminari" tfisser organizzazzjoni ta’ produtturi ġdida mhux rikonoxxuta taħt ir-Regolament (KEE) Nru 1035/72 qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, lil min Stat Membru ikun ta rikonoxximent preliminari skond ir-Regolament (KE) Nru 478/97;

(b) "produttur" ifisser produttur kif imsemmi fl-Artikoli 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 412/97 [8];

(ċ) "pjan ta’ rikonoxximent" ifisser pjan ta’ rikonoxximent f’fażijiet skond ir-Regolament (KE) Nru 478/97 ppreżentat minn organizzazzjoni ta’ produtturi, li meta jiġi milqugħ jfisser il-bidu tal-perjodu ta’ mhux aktar minn ħames snin imsemmi fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96;

(d) "produzzjoni mqiegħda fis-suq (marketed)" tfisser il-produzzjoni ta’ membri ta’ organizzazzjoni ta’ produtturi fil- kategorija li għaliha ma jingħatax rikonoxximent:

- li giet ikkonsenjata lill-organizzazzjoni ta’ produtturi u fil-fatt mibjugħa permezz ta’ l-organizzazzjoni friska jew proċessata,

- mibjugħa skond it-termini tat-tieni u t-tielet inċiżi ta’ l-Artikolu 11(1)(ċ)(3) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 ma’ l-awtorizzazzjoni ta’ l-organizzazzjoni,

- mibjugħa direttament mill-membri ta’ l-organizzazzjoni skond l-ewwel u r-raba’ inċiżi ta’ l-Artikolu 11(1)(ċ)(3) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96.

Produzzjoni mqiegħda fis-suq m’għandhiex tinkludi l-produzzjoni ta’ membri ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi marketed permezz ta’ l-organizzazzjoni partikolari skond it-tieni u t-tielet inċiżi ta’ l-Artikolu 11(1)(ċ)(3) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96;

(e) "valur ta’ produzzjoni mqiegħda fis-suq" ifisser il-valur ta’ produzzjoni mqiegħda fis-suq fl-istadju "ex-organizzazzjoni ta’ produtturi", jew, fejn xieraq, bħala "prodott mgeżwer jew preparat mhux proċessat".

L-Artikolu 2

1. L-għajnuna li hemm dispożizzjoni għaliha fl-Artikolu 14(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 għandha tingħata għall-ispejjeż ta’ twaqqif u ħidma ta’ l-organizzazzjoni ta’ produtturi, b’rata fissa.

2. L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ddeterminata għal kull organizzazzjoni ta’ produtturi fuq il-bażi tal-produzzjoni marketed annwali tagħha, u għandha:

(a) tammonta, għall-ewwel, it-tieni, it-tielet, ir-raba’ u l-ħames sena, għal 5 %, 5 %, 4 %, 3 % u 2 % rispettivament tal-valur ta’ produzzjoni mqiegħda fis-suq sa massimu ta’ ECU 1 000 000, u

(b) tammonta, għall-ewwel, it-tieni, it-tielet, ir-raba u l-ħames snin, għal 2,5 %, 2,5 %, 2,0 %, 1,5 % u 1,5 % rispettivament tal-valur ta’ produzzjoni mqiegħda fis-suq li jiskorri ECU 1 000 000;

(ċ) għandha tkun soġġetta għal kull organizzazzjoni ta’ produtturi ta’:

- ECU 100 000 għall-ewwel sena,

- ECU 100 000 għat-tieni sena,

- ECU 80 000 għat-tielet sena,

- ECU 60 000 għar-raba’ sena,

- ECU 50 000 għal ħames sena;

(d) li jitħallsu f’pagamenti ta’ perjodu ta’ mhux aktar minn seba’ snin li jibda mill-1 ta’ Jannar wara d-data li fiha ingħata rikonoxximent preliminari.

L-Artikolu 3

1. Għajnuna li hemm dispożizzjoni għaliha fl-Artikolu 14(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 għandha tingħata, direttament jew permezz ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, fl-għamla ta’ self speċjali li jkopri parti mill-ispiża ta’ investimenti konnessi ma’ l-implimentazzjoni tal-miżuri fil-pjanijiet ta’ rikonoxximent kif deskirtti fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 478/97.

Investimenti li jistgħu jfixxklu l-kompetizzjoni fejn l-attivitajiet ekonomiċi l-oħra ta’ l-organizzazzjoni huma involuti u investimenti li ma jissodisfawx il-kriterji ta’ l-għażla adottati mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 951/97 għandhom jiġu esklużi.

2. Investimenti għall-benefiċċju dirett jew indirett ta’ dawn l-attivitajiet għandhom jiġu iffinanzjati pro rata għall-użu tagħhom għas-setturi jew prodotti li għalihom ingħata rikonoxximent preliminari.

L-Artikolu 4

1. L-għajnuna li hemm dispożizzjoni għaliha fl-Artikoli 2 u 3 għandha tieqaf meta jingħata r-rikonoxximent.

2. Fejn il-programm operattiv jiġi ppreżentat skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 411/97 (9), l-Istat Membru għandu jiżgura li m’hemmx finanzjament doppju tal-miżuri finanzjati taħt il-pjan ta’ rikonoxximent.

3. Investimenti li jikkwalifikaw għall-għajnuna għall-ispejjeż imsemmijin fl-Artikolu 3 jistgħu jiġu trasferiti għal programmi operattivi sakemm huma konformi mar-Regolament (KE) Nru 411/97.

L-Artikolu 5

1. Applikazzjonijiet għal rimbors ta’ l-għajnuna biex jitħallsu l-ispejjeż imsemmijin fl-Artikoli 2 u 3 u li għandhom x’jaqsmu ma’ nefqa mħallsa mill-Istat Membru lill-organizzazzjonijiet kollha involuti matul is-sena kalendarja għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni f’daqqa sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara.

2. L-applikazzjonijiet kollha għal għajnuna għandhom ikunu akkumpanjati b’dikjarazzjoni bil-miktub mill-organizzazzjoni li tgħid li din ta’ l-aħħar:

- tikkonforma, u ser tikkonforma, mad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 2200/96 u (KE) Nru 478/97 u dan ir-Regolament,

- ma tibbenefikax u ma bbenefikatx direttament jew indirettament minn finanzjament Komunitarju jew nazzjonali doppju għal miżuri li għalihom finanzjament Komunitarju huwa mogħti skond dan ir-Regolament.

L-Artikolu 6

1. Għajnuna kif stipulata fl-Artikolu 2 u 3 ta’ dan ir-Regolament tista’ tingħata, jew tista’ tkompli tingħata lil organizzazzjonijiet ta’ produtturi li ingħataw rikonoxximent preliminari taħt ir-Regolament (KE) Nru 478/97 u li jirriżultaw mill-għaqda bejn organizzazzjoni ta’ produtturi mogħtija rikonoxximent preliminari taħt dak ir-Regolament u wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a) organizzazzjoni waħda jew aktar li ngħatat rikonoxximent preliminari taħt ir-Regolament (KE) Nru 478/97;

(b) organizzazzjoni ta’ produtturi waħda jew aktar rikonoxxuti taħt ir-Regolament (KEE) Nru 1035/72;

(ċ) organizzazzjoni ta’ produtturi waħda jew aktar rikonoxxuti taħt l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96.

2. Għall-għan ta’ kalkolazzjoni ta’ l-għajnuna pagabbli taħt il-paragrafu 1, l-organizzazzjoni ta’ produtturi li tirriżulta minn għaqda għandha tieħu post l-organizzazzjonijiet li ingħaqdu.

L-Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom jivvalutaw l-eliġibbilità ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi għall-għajnuna taħt dan ir-Regolament sabiex jiġi stabbilit jekk l-għajnuna hijiex debitament ġustifikata, billi jitqiesu l-kondizzjonijiet u d-data li fiha ingħatat xi għajnuna pubblika oħra lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi li minnhom joriġinaw il-membri ta’ l-organizzazzjoni ta’ produtturi partikolari, u għal kull moviment ta’ membri bejn organizzazzjonijiet ta’ produtturi.

L-Artikolu 8

Nefqa eliġibbli li ssir minn Stati Membri fuq għajnuna kif stipulat fl-Artikoli 2 u 3 għandhom jikkwalifikaw għal għajnuna mit-Taqsima ta’ Gwida tal-EAGGF.

L-Artikolu 9

Il-kontribuzzjoni tal-Komunità mit-Taqsima ta’ Gwida tal-EAGGF lejn għajnuna kif stipulat fl-Artikolu 2 għadha tammonta għal:

- 75 % tan-nefqa pubblika eliġibbli għal reġjunijet li jaqgħu taħt il-Miri 1 u 6, u

- 50 % tan-nefqa pubblika eliġibbli għal reġjunijiet oħra.

L-Artikolu 10

1. Il-kontribuzzjoni Komunitarja mit-Taqsima ta’ Gwida tal-EAGGF, imfissra f’termini ta’ ekwivalent ta’ għotja ta’ kapital m’għandhiex tiskorri, bħala persentaġġ l-ispejjeż ta’ investiment eliġibbli msemmijin fl-Artikolu 3:

- 50 % fir-reġjunjiet fi ħdan il-Miri 1 u 6,

- 30 % f’reġjunijet oħra.

2. L-Istati Membri involuti għandhom jobbligaw ruħhom li jikkontribwixxu ta’ l-inqas 5 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli msemmijin fl-Artikolu 3.

3. Dawk li jirċievu l-għajnuna għall-ispejjeż ta’ investimenti msemmijin fl-Artikolu 3 għandhom iħallsu ta’ l-inqas:

- 25 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli fir-reġjunijiet Miri 1 u 6, u

- 45 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli fir-reġjunjiet oħra.

L-Artikolu 11

1. In-nefqa msemmija fl-Artikolu 8 għandha tifforma parti mid-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 31 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 950/97 [9]. L-Artikolu 33 ta’ dak ir-Regolament għandu japplika għall-pagament ta’ għajnuna Komunitarja.

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli li jirregolaw applikazzjonijiet għal pagament u rimbors wara konsultazzjoni mal-Kumitat msemmi fl-Artikolu 29 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4256/88 [10].

3. Kontrolli fuq għajnuna għall-ispejjeż imsemmijin fl-Artikoli 2 u 3 għandhom jiġu esegwiti skond l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4253/88 [11].

L-Artikolu 12

1. Jekk kontroll li jsir taħt it-Titolu VI tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 jew l-Artikolu 23 tar-Regolament (KEE) Nru 4253/88 juri li:

- il-valuri ta’ produzzjoni mqiegħda fis-suq huwa inqas mill-ammont użat għall-kalkolazzjoni ta’ l-għajnuna finanzjarja Komunitarja, jew

- l-għajnuna koperta minn dan ir-Regolament ma intużatx skond ir-regolamenti applikabbli jew mal-pjan ta’ rikonoxximent approvat,

minn irċieva għandu jkun obbligat li jirrimborsa d-doppju ta’ l-ammont indebitament imħallas, bl-interessi għall-perjodu bejn il-pagament u r-rimbors.

Ir-rata ta’ interessi għandha tkun dik applikata mill-Istitut Monetarju Ewropew għal transazzjonijiet f’ecus, kif pubblikata fis-serje"C" tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, fis-seħħ fid-data tal-pagament indebitu, b’żieda ta’ tliet punti perċentwali.

2. Jekk id-differenza bejn l-għajnuna li tkun tħallset fil-fatt u dak dovut huwa aktar minn 20 % ta’ dan ta’ l-aħħar, dak li rċieva għandu jkun meħtieġ jirrimborsa l-għajnuna kollha li rċieva, bl-interessi kif indikati fil-paragrafu 1.

3. Is-sehem ta’ ammonti irkuprati minn Stat Membru li jappartjeni għat-Taqsima ta’ Gwida tal-EAGGF u l-interessi rilevanti għandhom jiġu mnaqqsa mill-applikazzjoni segwenti għall-bilanċ tar-rimbors mibgħut lit-Taqsima ta’ Gwida tal-EAGGF jew ikkreditati lil kont tal-Kummissjoni.

4. Fil-każ ta’ dikjarazzjoni falza li ssir deliberatament jew riżultat ta’ negliġenza serja fuq kwistjoni li taqa’ fi ħdan l-iskop ta’ dan ir-Regolament, l-organizzazzjoni involuta għadha tiġi eskluża minn għajnuna finanzjarja Komunitajra għall-bqija tad-durata tal-pjan ta’ rikonoxximent li qed isseħħ.

5. Il-paragrafi 1 sa 4 għandhom japplikaw mingħajr ħsara għal penalitajiet oħra li jiġu stipulati fl-Artikolu 48 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96.

L-Artikolu 13

Fejn l-awtoritajiet Portugiżi juru li, f’sena partikolari, l-għajnuna mogħtija lil organizzazzjoni ta’ produtturi fil-Portugall taħt dan ir-Regolament huwa inqas minn dik stipulata fl-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, l-għajnuna li hemm dispożizzjoni għalija fl-Artikolu 2(2) għandha tiżdied sabiex tissodisfa l-Artikolu 14 imsemmi hawn fuq.

L-Artikolu 14

Ir-Regolament (KEE) Nru 2118/78 huwa mħassar.

Madankollu, għandu jkompli japplika għal organizzazzjoni ta’ produtturi li kienu applikaw għall-għajnuna taħt l-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72 qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, u għall-kalkolazzjoni li għandha ssir skond l-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament.

L-Artikolu 15

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-7 ta’ Jannar 1998.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1.

[2] ĠU L 346, tas-17.12.1997, p. 41.

[3] ĠU L 118, ta’ l-20.5.1972, p. 1.

[4] ĠU L 132, tas-16.6.1995, p. 8.

[5] ĠU L 75, tal-15.3.1997, p. 4.

[6] ĠU L 246, tat-8.9.1978, p. 11.

[7] ĠU L 142, tat-2.6.1997, p. 22.

[8] ĠU L 62, ta’ l-4.3.1997, p. 16.

[9] ĠU L 62, ta’ l-4.3.1997, p. 9.

[10] ĠU L 142, tat-2.6.1997, p. 1.

[11] ĠU L 374, tal-31.12.1988, p. 25.

--------------------------------------------------