Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur ta’ l-Artikoli 28 u 30 KE – Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar monopolju nazzjonali ta’ bejgħ bl-imnut ta’ xorb alkoħoliku li tipprojbixxi l-importazzjoni diretta ta’ dan ix-xorb minn individwi.
Dispożittiv
1) Billi pprojbixxa l-importazzjoni ta’ xorb alkoħoliku minn persuni privati, li jaġixxu permezz ta’ intermedjarji indipendenti jew permezz ta’ trasportaturi professjonali magħżula minnhom, ir-Renju ta’ l-Iżvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond l-Artikolu 28 KE, mingħajr ma din il-projbizzjoni tista’ titqies li hija ġġustifikata skond l-Artikolu 30 KE.
2) Ir-Renju ta’ l-Iżvezja huwa kkundannat għall-ispejjeż.