|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6724 |
7.11.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-5 ta’ Novembru 2024
li tissostitwixxi membru tal-Kumitat ta' Konsulenza għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi ta' Sigurtà Soċjali għall-Iżvezja
(C/2024/6724)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 75 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni tal-21 ta' Settembru 2020 (2), il-Kunsill ħatar membri u membri supplenti tal-Kumitat ta' Konsulenza għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi ta' Sigurtà Soċjali għall-perjodu mill-20 ta' Ottubru 2020 sad-19 ta' Ottubru 2025. |
|
(2) |
Konsegwentement għar-riżenja tas-Sa Anna SVÄRD, sar vakanti post ta' membru fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-gvern. |
|
(3) |
Il-Gvern tal-Iżvezja nnomina kandidata għas-siġġu vakanti, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sa Ylva GRYNFARB hija maħtura membru tal-Kumitat ta' Konsulenza għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi ta' Sigurtà Soċjali minflok is-Sa Anna SVÄRD għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fid-19 ta' Ottubru 2025.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Novembru 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
VARGA M.
(1) ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Settembru 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi ta' Sigurtà Soċjali (ĠU C 315 I, 23.9.2020, p. 1).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6724/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)