Official Journal L 008 , 11/01/1990 P. 0071 - 0072
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 31 P. 0231
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 31 P. 0231
Deċiżjoni tal-kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 1989 li tfassal lista ta’ pajjiżi terzi mil-liema l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ semen friżat ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi bovina (90/14/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1988 li tippreskrivi l-ħtiġiet fis-saħħa ta’ l-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjoni ta’ semen friżat minn annimali domestiċi ta’ l-ispeċi bovina [1], u partikolarment l-Artikolu 8 ta’ dan; Billi, sabiex titfassal lista ta’ pajjiżi terzi mil-liema l-Istati Membri tista’ tawtorizza importazzjoni ta’ semen, huwa xieraq li jittieħed kont l-ewwel net tal-lista tal-pajjiżi terzi mil-liema l-Istati Membri jawtorizzaw importazzjonijiet ta’ annimali tal-fart, it-tieni ta’ pajjiżi terzi li jesportaw tradizzjonalment semen lill-Komunità u finalment ta’ l-istat magħruf ta’ saħħa ta’ l-annimali ta’ dawn il-pajjiżi; Billi, waqt li jiġu rispettati l-limitazzjonijiet li joħorġu mill-adozzjoni tal-lista, importazzjonijiet ta’ semen għandhom jibqgħu jiġu suġġetti għad-disposizzjonijiet nazzjonali rigward spezzjonijiet ta’ saħħa u veterinarji sakemm u safejn m’humiex diġà suġġetti għal miżuri protettivi ta’ saħħa Komunitarji; Billi miżuri oħra tal-Komunità jibqgħu jiġu adottati rigward importazzjoni ta’ semen; billi l-Kummissjoni qed tkompli x-xogħol ta’ preparazzjoni ta’ dawn il-miżuri b’veloċità meħtieġa; billi sadattant huwa neċessarju li jittieħed l-ewwel pass fit-tfassil ta’ lista ta’ pajjiżi terzi minn liema Stati Membri jawtorizzaw importazzjoni ta’ semen sabiex jevitaw taħwid fil-kummerċ; Billi l-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-importazzjoni ta’ semen friżat ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi bovina huwa permess biss minn dawk il-pajjiżi terzi li jidhru fil-lista ta’ l-Anness għal din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fl-20 ta’ Diċembru 1989. Għall-Kummissjoni Ray Mac Sharry Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 194, ta’ tat-22.7.1988, pġ. 10. -------------------------------------------------- ANNESS Lista ta' pajjiżi terzi mil-liema l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' semen friżat ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi bovina L-Awstralja Polonja L-Awstrija Rumanija Kanada L-Isvezja Ċekoslovakja L-Isvizzera Finlandja Stati Uniti tal-Amerika L-Ungerija Jugoslavja New Zealand Polonja Rumanija L-Isvezja L-Isvizzera Stati Uniti tal-Amerika Jugoslavja --------------------------------------------------