|
4.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 105/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/524
tas-27 ta’ Jannar 2022
li jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) 2021/577 fir-rigward ta’ ċerti referenzi għal prodotti mediċinali veterinarji
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 109(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-iżball jidher fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha tat-test fil-premessa (4), kif ukoll fil-punt (1)(a) u fil-punti (2)(a) u (b) tal-Anness I u fil-punt (1)(c)(ii) tal-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/577 (2), fir-rigward tal-użu żbaljat tal-kelma “veterinarju” fejn it-test għandu x’jaqsam kemm mal-prodotti mediċinali veterinarji kif ukoll mal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem. Għalhekk, jenħtieġ li t-terminu “prodott mediċinali” jintuża, peress li jinkludi dawn iż-żewġ prodotti. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk li r-Regolament Delegat (UE) 2021/577 jiġi kkoreġut skont dan. |
|
(3) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika mit-28 ta’ Jannar 2022 f’konformità mad-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/577. |
|
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 147(5) tar-Regolament (UE) 2019/6, il-Kummissjoni kkonsultat esperti maħtura minn kull Stat Membru, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament Delegat (UE) 2021/577 huwa kkoreġut kif ġej:
|
(1) |
l-Anness I huwa kkoreġut kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Anness II, il-punt (1)(c)(ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-28 ta’ Jannar 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/577 tad-29 ta’ Jannar 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li jirrigwarda l-kontenut u l-format tal-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni tal-Artikoli 112(4) u 115(5) u li trid tiddaħħal fid-dokument ta’ identifikazzjoni permanenti uniku msemmi fl-Artikolu 8(4) ta’ dak ir-Regolament (ĠU L 123, 9.4.2021, p. 3).