31998L0054



Official Journal L 208 , 24/07/1998 P. 0049 - 0050


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/54/KE

tas-16 ta’ Lulju 1998

li temenda d-Direttivi 71/250/KEE,72/199/KEE, 73/46/KEE u tirrevoka d-Direttiva 75/84/KEE

(Test b’rilevanza ghaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/373/KEE tal-20 ta’ Lulju 1970 dwar l-introduzzjoni ta’ metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali ta’ affarijiet ta’ għalf [1], kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, l-Finlandja u l-Iżvezja, u b’mod partikulari l-Artikolu 2 tiegħu,

billi d-Direttiva 70/373/KEE tistipula li kontrolli uffiċjali ta’ affarijiet ta’ għalf bil-għan li tkun iċċekkjata l-konformità mar-rekwiżiti li joħorġu mil-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi li jirregolaw il-kwalità u l-kompożizzjoni tagħhom ikunu eżegwiti bl-użu tal-metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi tal-Komunità;

billi l-Ewwel Direttiva tal-Kummissjoni 71/250/KEE tal-15 ta’ Ġunju 1971 li tistabbilixxi l-metodi ta’ analiżi tal-Komunità għall-kontroll uffiċjali ta’ affarijiet ta’ għalf [2] kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 81/680/KEE [3] tippreskrivi metodi ta’ analiżi, għal, fost ħwejjeġ oħra, d-dożaġġ ta’ l-alkalojdi tal-lupina; billi d-Direttiva tal-Kunsill 74/63/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1973 dwar l-iffissar tal-livelli massimi permessi għal sustanzi u prodotti mhux mixtieqa f’affarijiet ta’ għalf [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/8/KE [5], ma tirrikjedix li affarijiet ta’ għalf ikunu ikkontrollati għall-preżenza ta’ alkalojdi tal-lupina; billi, għalhekk, il-metodu ta’ analiżi tal-Komunità għall-kontroll uffiċjali ta’ alkalojdi tal-lupina m’huwiex meħtieġ u huwa xieraq li dan il-metodu jitħassar;

Billi t-Tielet Direttiva tal-Kummissjoni 72/199/KEE tas-27 ta’ April 1972 li tistabbilixxi l-metodi ta’ analiżi tal-Komunità għall-kontroll uffiċjali ta’ affarijiet ta’ għalf [6], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/28/KE [7] tippreskrivi metodi ta’ analiżi, ghal, fost ħwejjeġ oħra, r-rivelazzjoni u l-identifikazzjoni ta’ antibijotiċi tal-grupp tetraċiklinu, id-dożaġġ ta’ u d-dożaġġ ta’; billi dawn il-metodi m’humiex aktar meħtieġa għall-għanijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970dwar additivi f’affarijiet ta’ għalf [8], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/19/KE [9]; billi l-metodi deskritti m’humiex aktar validi fid-dawl ta’ progress fl-għerf xjentifiku u tekniku għal użu għal għanijiet oħra; billi huwa għaldaqstant xieraq li jitħassru dawn il-metodi;

billi r-Raba’ Direttiva tal-Kummissjoni 73/46/KEE tal-5 ta’ Diċembru 1972 li tistabbilixxi l-metodi ta’ analiżi tal-Komunità għall-kontroll uffiċjali ta’ affarijiet ta’ għalf [10], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/89/KE [11], tippreskrivi metodi ta’ analiżi ghal, fost ħwejjeġ oħra, d-dożaġġ ta’ thiamine (vitamina B1, anewrina) u d-dożaġġ ta’ aċidu askorbiku u aċidu deidroaskorbiku (vitamina Ċ); billi dawn il-metodi m’humiex aktar validi għall-għanijiet preskritti għalihom u ġew sorpassati minn progress fl-għerf xjentifiku u tekniku; billi għaldaqstant huwa xieraq li dawn il-metodi jitħassru;

Billi s-Sitt Direttiva tal-Kummissjoni 75/84/KEE tal-20 ta’ Diċembru 1974 li tistabbilixxi l-metodi ta’ analiżi tal-Komunità għall-kontrol uffiċjali ta’ affarijiet ta’ għalf [12], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 81/680/KEE, tippreskrivi l-metodi ta’ analiżi għad-dożaġġ ta’ buquinolate, sulphaquinoxaline u furazolidone; billi dawn il-metodi m’humiex iktar meħtieġa għall-għanijiet tad-Direttiva 70/524/KEE; billi hemm raġunijiet biex fid-dawl ta’ progress fl-għerf xjentifiku u tekniku wieħed jassumi li dawn il-metodi jagħtu riżultati foloz; billi huwa preferibbli li ma jkun hemm l-ebda metodu ta’ analiżi milli metodu li jagħti riżultati foloz; billi għaldaqstant huwa xieraq li dawn il-metodi jitħassru;

billi skond id-Direttiva tal-Kunsill 95/53/KE tal-25 ta’ Ottubru 1995 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ spezzjonijiet uffiċjali fil-qasam ta’ nutriment ta’ annimali [13], u b’mod partikulari l-Artikolu 18 tad-Direttiva, fin-nuqqas ta’ metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi tal-Komunità, Stati Membri jiżguraw l-użu ta’ metodi ta’ analiżi li jikkonformaw ma’ standards rikonoxxuti minn korpi internazzjonali jew, fl-assenza ta’ standards bħal dawn, li jikkonformaw ma’ regoli rikonoxxuti xjentifikament;

billi l-miżuri li tipprovdi għalihom din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet ta’ Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 71/250/KEE hija emendata kif ġej:

1. fl-Artikolu 1, "u d-dożaġġ ta’ alkalojdi f’lupini" hija mħassra;

2. punt 15, "Dożaġġ ta’ alkalojdi ta’ lupina", fl-Anness mad-Direttiva huwa mħassar.

Artikolu 2

Id-Direttiva 72/199/KEE hija emendata kif ġej:

1. fl-Artikolu 2, "ta’ rivelazzjoni u identifikazzjoni ta’ antibijotiċi tal-grupp tetraċiklinu u wkoll" u ’ "chlortetracycline, oxytetracycline, tetracycline,oleandomycin" huma mħassra;

2. punti 1, "Rivelazzjoni u identifikazzjoni ta’ antibijotiċi tal-grupp tetraciklinu", 2, "Dożaġġ ta’" u 3, "Dożaġġ ta’ oleandomycin" fl-Anness II mad-Direttiva huma mħassra.

Artikolu 3

Id-Direttiva 73/46/KEE hija emendata kif ġej:

1. fl-Artikolu 2, "thiamine (anewrina, vitamina B1), ascorbic u aċidu dehydroascorbic (vitamin C)" hija mħassra;

2. punti 2, "Dożaġġ ta’ thiamine (vitamina B1, anewrina)" u 3, "Dożaġġ ta’ aċidu ascorbic u aċidu dehydroascorbic (vitamina Ċ)" fl-Anness II mad-Direttiva huma mħassra.

Artikolu 4

Id-Direttiva 75/84/KEE hija mħassra.

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, mhux aktar tard minn disa’ xhur wara d-dħul tagħha fis-seħħ. Huma għandhom jinnotifikaw mill-ewwel b’dan lill-Kummissjoni.

Meta Stati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, id-disposizzjonijiet għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza tali fi żmien il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-proċedura għat-tali referenza.

Artikolu 6

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-16 ta’ Lulju 1998.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 170, tat-3.8.1970, p. 2.

[2] ĠU L 155, tat-12.7.1971, p. 13.

[3] ĠU L 246, tad-29.8.1981, p. 32.

[4] ĠU L 38, tal-11.2.1974, p. 31.

[5] ĠU L 48, tad-19.2.1997, p. 22.

[6] ĠU L 123, tad-29.5.1972, p. 6.

[7] ĠU L 179, tat-22.7.1993, p. 8.

[8] ĠU L 270, ta’ l-14.12.1970, p. 1.

[9] ĠU L 96, tat-28.3.1998, p. 39.

[10] ĠU L 83, tat-30.3.1973, p. 21.

[11] ĠU L 344, tas-26.11.1992, p. 35.

[12] ĠU L 32, tal-5.2.1975, p. 27.

[13] ĠU L 265, tat-8.11.1995, p. 17.

--------------------------------------------------