<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑546/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CJ0546</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:206">EU:C:2016:206</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>6</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS‑<DATE ISO="20160407">7.4.2016</DATE> — KAWŻA C-546/14</P><P>DEGANO TRASPORTI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20160407">7 ta’ April 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>VAT</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4(3) TUE</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Insolvenza</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura ta’ arranġament mal-kredituri</KEYWORD><KEYWORD>Ħlas parzjali tad-dejn tal-VAT</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-546/14,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunale di Udine (tribunal ta’ Udine, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20141030">30 ta’ Ottubru 2014</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20141128">28 ta’ Novembru 2014</DATE>, fil-kawża mressqa minn</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Degano Trasporti Sas di Ferruccio Degano &amp; C</HT>., fi stralċ,</P></PLAINTIFS><PRESENCE><PRESENCE.INIT>fil-preżenza ta’:</PRESENCE.INIT><P><HT TYPE="BOLD">Pubblico Ministero presso il Tribunale di Udine,</HT></P></PRESENCE></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn M. Ilešič, President ta’ Awla, C. Toader, A. Rosas, A. Prechal u E. Jarašiūnas (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Degano Trasporti Sas di Ferruccio Degano &amp; C., fi stralċ, minn P. Bregalanti, avvocato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn G. De Bellis, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn A. Gavela Llopis, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn F. Tomat, A. Caeiros u L. Lozano Palacios, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal‑<DATE ISO="20160114">14 ta’ Jannar 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 4(3) TUE, u tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttiva tal-VAT<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ talba għal arranġament mal-kredituri mressqa minn Degano Trasporti Sas di Ferruccio Degano &amp; C., fi stralċ (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Degano Trasporti<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), quddiem it-Tribunale di Udine (tribunal ta’ Udine, l-Italja).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1)(a), (ċ) u (d) tad-Direttiva tal-VAT, il-provvista ta’ oġġetti u servizzi magħmula bi ħlas fit-territorju ta’ Stat Membru minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali, kif ukoll l-importazzjoni ta’ oġġetti, huma suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>VAT<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 250(1) tad-Direttiva tal-VAT jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Kull persuna taxxabbli għandha tipprezżenta denunzja tal-VAT li tistipula l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tinħadem it-taxxa li ġiet imposta u t-tnaqqis li jrid isir inkluż, sa fejn hu meħtieġ biex tkun stabbilita l-bażi tal-valutazzjoni, il-valur totali tat-transazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ dawn it-taxxi u tnaqqis u l-valur ta’ kwalunkwe transazzjonijiet eżenti.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-VAT:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>L-Istati Membri jistgħu jimponu obbligi oħrajn li jidhrulhom meħtieġa biex jiżguraw il-ġbir korrett ta’ VAT u biex ma ssirx frodi, soġġett għall-ħtieġa ta’ trattament indaqs bejn transazzjonijiet domestiċi u transazzjonijiet li jsiru bejn Stati Membri minn persuni taxxabbli u sakemm dawn l-obbligi, fin-negozju bejn Stati Membri, ma jagħtux lok għal formalitajiet konnessi mal-qsim ta’ fruntieri.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Id-Digriet Irjali Nru 267, li jipprovdi dispożizzjonijiet li jirregolaw il-falliment, l-arranġament mal-kredituri, ir-rimedji ġudizzjarji u l-istralċ amministrattiv forzat (Regio Decreto n<HT TYPE="SUP">o</HT> 267 recante <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Disciplina del fallimento, del concordato preventivo, dell’amministrazione controllata e della liquidazione coatta amministrativa<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), tas‑<DATE ISO="19420316">16 ta’ Marzu 1942</DATE> (GURI Nru 81, tas‑<DATE ISO="19420406">6 ta’ April 1942</DATE>), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>liġi dwar il-falliment<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), jirregola, fl-Artikoli 160 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tiegħu, il-proċedura ta’ arranġament mal-kredituri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Permezz ta’ din il-proċedura, intiża sabiex tiġi evitata dikjarazzjoni ta’ falliment, il-kummerċjant li jinsab f’sitwazzjoni ta’ kriżi jew ta’ insolvenza jipproponi lill-kredituri tiegħu sabiex iqiegħdu l-patrimonju tiegħu għad-dispożizzjoni sabiex jirrimborsa għal kollox id-dejn preferenzjali u parzjalment id-dejn ordinarju. L-arranġament mal-kredituri jista’ madankollu jipprevedi rimbors parzjali ta’ ċerti kategoriji ta’ dejn preferenzjali jekk espert indipendenti ddikjara li dawn tal-aħħar ma jiġux irrimborsati aħjar fil-każ ta’ falliment tal-kummerċjant.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-proċedura ta’ arranġament mal-kredituri, li fiha jieħu sehem l-uffiċċju tal-prosekutur, titressaq fuq talba tal-kummerċjant quddiem il-qorti kompetenti. Qabel kollox, din tiddeċiedi dwar l-ammissibbiltà tat-talba wara li tkun ivverifikat li l-kundizzjonijiet legali tal-arranġament mal-kredituri jkunu ġew issodisfatti. Sussegwentement, il-kredituri li fir-rigward tagħhom id-debitur ma jipproponix rimbors<?PAGE NO="3"?> sħiħ tad-dejn tagħhom jintalbu jivvutaw dwar il-proposta ta’ arranġament mal-kredituri, li għandha tiġi approvata mill-kredituri eliġibbli biex jivvutaw li jirrappreżentaw il-maġġoranza tat-total tad-dejn li d-debitur għandu ma’ dawn tal-aħħar. Fl-aħħar nett, jekk tintlaħaq din il-maġġoranza, il-qorti jivvalida l-arranġament mal-kredituri wara li, jekk ikun il-każ, ikun iddeċieda dwar l-oppożizzjoni tal-kredituri f’nuqqas ta’ qbil mal-proposta ta’ ftehim mal-kredituri u vverifika mill-ġdid li l-kundizzjonijiet legali jkunu ġew issodisfatti. Ladarba l-arranġament mal-kredituri jiġi vvalidat, huwa jivvinkola lill-kredituri kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 182b tal-Liġi dwar il-falliment, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Tranżazzjoni fiskali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprovdi, permezz tal-pjan imsemmi fl-Artikolu 160 ta’ din il-liġi, li d-debitur jista’ jipproponi l-ħlas, parzjali u/jew iddifferit, tat-taxxi u tad-dejn aċċessorju tal-amministrazzjoni fiskali, kif ukoll kontribuzzjonijiet u dejn aċċessorji mitluba mill-organi ta’ sigurtà soċjali obbligatorja, fir-rigward tal-parti tad-dejn li hija ta’ natura ordinarja, anki jekk dan ma huwiex imniżżel fl-atti, bl-eċċezzjoni tat-taxxi li jikkostitwixxu riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, fir-rigward tal-VAT u tat-taxxi dovuti iżda mhux imħallsa, il-proposta magħmula mid-debitur tista’ tipprevedi biss ħlas iddifferit.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20140522">22 ta’ Mejju 2014</DATE>, Degano Trasporti ppreżentat rikors quddiem il-qorti tar-rinviju bil-għan li tiġi ammessa fi proċedura ta’ arranġament mal-kredituri. Filwaqt li stabbilixxiet sitwazzjoni ta’ kriżi, hija xtaqet għalhekk tillikwida l-patrimonju tagħha sabiex tissodisfa bis-sħiħ ċertu dejn preferenzjali u sabiex tħallas perċentwali mid-dejn tagħha lejn il-kredituri ordinarji u ċerti kredituri preferenzjali ta’ grad inferjuri li, fil-fehma tagħha, fi kwalunkwe każ, ma jkunux f’pożizzjoni li jirkupraw id-dejn kollu dovut lilhom li kieku kellhom jiġu fis-seħħ proċeduri ta’ falliment. Fost dan l-aħħar dejn hemm dejn ta’ VAT li Degano Trasporti pproponiet li tħallas parzjalment, mingħajr ma rabtet din il-proposta mal-konklużjoni ta’ tranżazzjoni fiskali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju, li għandha tiddeċiedi dwar l-ammissibbiltà tar-rikors ta’ Degano Trasporti, tosserva, b’mod partikolari, li l-Artikolu 182b tal-Liġi dwar il-falliment jipprojbixxi arranġament, fil-kuntest ta’ tranżazzjoni fiskali, għal ħlas parzjali tad-dejn tal-Istat fil-qasam tal-VAT, meqjus bħala dejn preferenzjali tad-19-il grad, u tawtorizza biss differiment tal-ħlas ta’ dan id-dejn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Hija tindika li, skont il-ġurisprudenza tal-Corte suprema di cassazione (qorti ta’ kassazzjoni, l-Italja), din il-projbizzjoni, minkejja li msemmija fl-Artikolu 182b tal-Liġi dwar il-falliment li jirregola t-tranżazzjoni fiskali, tapplika fil-każijiet kollha mingħajr eċċezzjoni, anki fil-każ ta’ proposta ta’ arranġament mal-kredituri. Din l-interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali hija essenzjali, skont din l-aħħar qorti, fir-rigward tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari tal-Artikolu 4(3) TUE u tad-Direttiva tal-VAT, hekk kif interpretati fis-sentenzi Il‑<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kummissjoni vs L‑Italja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑132/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:412">EU:C:2008:412</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Italja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑174/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:704">EU:C:2008:704</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Belvedere Costruzioni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑500/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:186">EU:C:2012:186</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju madankollu tistaqsi jekk l-obbligu tal-Istati Membri li jadottaw il-miżuri kollha leġiżlattivi u amministrattivi neċessarji għall-irkupru sħiħ tal-VAT, previst mid-dritt tal-Unjoni, jipprekludix effettivament ir-rikors għal proċedura kollettiva minbarra l-falliment, li fil-kuntest tagħha l-imprenditur f’sitwazzjoni ta’ insolvenza jillikwida l-patrimonju kollu tiegħu sabiex jissodisfa l-kredituri tiegħu u jipprevedi li jirregola d-dejn ta’ VAT tiegħu mill-inqas daqs kemm kien iħallas fil-każ ta’ falliment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li t-Tribunale di Udine (tribunal ta’ Udine) iddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Il-prinċipji u d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(3) TUE u tad-Direttiva tal-VAT, kif diġà ġew interpretati fis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑132/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:412">EU:C:2008:412</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑174/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:704">EU:C:2008:704</NO.ECLI></REF.DOC.ECR> u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Belvedere Costruzioni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑500/10</NO.CASE>,<?PAGE NO="4"?> <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:186">EU:C:2012:186</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, jipprekludu wkoll li dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali (u, għalhekk, f’dan il-każ, interpretazzjoni tal-Artikoli 162 u 182[b] tal-liġi Taljana dwar il-falliment) tagħmel ammissibbli proposta ta’ ftehim mal-kredituri li permezz tiegħu d-debitur jipprevedi li jillikwida l-patrimonju tiegħu u li jħallas biss parzjalment id-dejn li għandu mal-Istat fir-rigward tal-VAT, fil-każ li ma jużax l-istrument tat-tranżazzjoni fiskali u li, fid-dawl tal-konstatazzjonijiet ta’ espert indipendenti u wara stħarriġ formali mit-Tribunale, ma huwiex prevedibbli li jsir ħlas ikbar ta’ dan id-dejn fil-każ ta’ falliment?<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Filwaqt li l-qorti tar-rinviju tindika li hija qed tagħmel dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari fl-istadju tal-eżami tal-ammissibbiltà tat-talba li biha hija adita, filwaqt li l-fażi strettament kontenzjuża tal-proċedura ta’ arranġament mal-kredituri tibda biss wara l-approvazzjoni ta’ dan l-arranġament, meta l-kredituri minoritarji jkunu jistgħu jopponuh, jeħtieġ, preliminarjament, li jiġi osservat li dawn l-elementi ma jipprekludux il-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tieħu konjizzjoni ta’ din it-talba għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-qrati nazzjonali jistgħu jadixxu lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk tilwima tkun pendenti quddiemhom u jekk jintalbu jiddeċiedu fil-kuntest ta’ proċedura intiża li twassal għal deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja (sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Grillo Star Fallimento</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑443/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:213">EU:C:2012:213</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Torresi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑58/13 u C‑59/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2088">EU:C:2014:2088</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u l-għażla tal-iktar mument opportun sabiex tiġi kkonsultata l-Qorti tal-Ġustizzja hija kompetenzi esklużiva tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>X</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑60/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:10">EU:C:2004:10</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>AGM‑COS.MET</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑470/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:213">EU:C:2007:213</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja hija kompetenti sabiex tieħu konjizzjoni ta’ din it-talba għal deċiżjoni preliminari, minkejja li din ġiet ifformulata mill-qorti tar-rinviju fl-istadju tal-eżami mhux kontradittorju tal-ammissibbiltà tat-talba li biha ġiet adita, intiża għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ arranġament mal-kredituri li, hekk kif jirriżulta mir-regoli nazzjonali ta’ proċedura esposti fil-punt 8 ta’ din is-sentenza, jekk jitqies li hija ammissibbli, tista’ twassal għal deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja, adottata fil-preżenza tal-uffiċċju tal-prosekutur, wara li l-qorti tkun iddeċidiet, jekk ikun il-każ, fuq l-oppożizzjonijiet imressqa mill-kredituri minoritarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 4(3) TUE kif ukoll l-Artikoli 2, 250(1) u 273 tad-Direttiva tal-VAT jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, interpretata fis-sens li kummerċjant f’sitwazzjoni ta’ insolvenza jista’ jadixxi lil qorti b’talba għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ arranġament mal-kredituri bil-għan li d-dejn jiġi kkonstatat u l-patrimonju tiegħu jiġi llikwidat, li fiha huwa jipproponi biss ħlas parzjali ta’ dejn ta’ VAT billi jistabbilixxi perizja mwettqa minn espert indipendenti li dan id-dejn ma jiġix irrimborsat b’mod iktar effettiv fil-każ ta’ falliment tal-imsemmi kummerċjant.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li mill-Artikoli 2, 250(1) u 273 tad-Direttiva tal-VAT kif ukoll mill-Artikolu 4(3) TUE, jirriżulta li l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jieħdu l-miżuri kollha leġiżlattivi u amministrattivi neċessarji sabiex jiġi ggarantit il-ġbir tal-VAT kollu dovut fuq it-territorju tagħhom (sentenzi Il‑<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kummissjoni vs L‑Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑132/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:412">EU:C:2008:412</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Belvedere Costruzioni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑500/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:186">EU:C:2012:186</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Åkerberg Fransson</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑617/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:105">EU:C:2013:105</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>WebMindLicenses</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑419/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:832">EU:C:2015:832</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil-kuntest tas-sistema komuni tal-VAT, l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-osservanza tal-obbligi li għalihom huma suġġetti l-persuni taxxabbli filwaqt li jibbenefikaw, f’dan ir-rigward, minn ċertu flessibbiltà fir-rigward, b’mod partikolari, tal-mod ta’ kif għandhom jagħmlu użu mill-mezzi għad-dispożizzjoni tagħhom (sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑132/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:412">EU:C:2008:412</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Belvedere Costruzioni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑500/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:186">EU:C:2012:186</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Din il-flessibbiltà hija madankollu limitata mill-obbligu li jiġi żgurat ġbir effettiv tar-riżorsi proprji tal-Unjoni u minn dak li ma jinħolqux differenzi sinjifikattivi fil-mod ta’ kif jiġu ttrattati l-persuni taxxabbli, kemm fi ħdan wieħed mill-Istati Membri kif ukoll fl-Istati Membri kollha. Id-Direttiva tal-VAT għandha tiġi interpretata konformement mal-prinċipju ta’ newtralità fiskali inerenti għas-sistema komuni tal-VAT, li skontha operaturi ekonomiċi li jwettqu l-istess operazzjonijiet ma għandhomx jiġu ttrattati b’mod differenti fir-rigward tal-ġbir tal-VAT. Kull azzjoni tal-Istat Membri li jirrigwarda l-ġbir tal-VAT għandu josserva dan il-prinċipju (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑132/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:412">EU:C:2008:412</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑539/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:733">EU:C:2011:733</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Belvedere Costruzioni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑500/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:186">EU:C:2012:186</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Ir-riżorsi proprji tal-Unjoni jinkludu b’mod partikolari, skont l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom, tas‑<DATE ISO="20070607">7 ta’ Ġunju 2007</DATE>, dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="163" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2007">ĠU L 163, p. 17</REF.DOC.OJ>), id-dħul li joriġina mill-applikazzjoni ta’ rata uniformi għall-bażi armonizzata tal-VAT iddeterminata skont ir-regoli tal-Unjoni. Għalhekk teżisti rabta diretta bejn il-ġbir tad-dħul mill-VAT b’osservanza tad-dritt tal-Unjoni applikabbli u t-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-baġit tal-Unjoni tar-riżorsi mill-VAT korrispondenti, peress li kull lakuna fil-ġbir ta’ dawn tal-ewwel potenzjalment tikkawża tnaqqis fit-tieni (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Åkerberg Fransson</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑617/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:105">EU:C:2013:105</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, għandu jiġi eżaminati jekk l-ammissjoni ta’ ħlas parzjali ta’ dejn tal-VAT, minn kummerċjant f’sitwazzjoni ta’ insolvenza, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ arranġament mal-kredituri hekk kif previst mil‑leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, hijiex kuntrarja għall-obbligu tal-Istati Membri li jiggarantixxu l-ġbir tal-VAT kollu dovut fit-territorju tagħhom kif ukoll il-ġbir effikaċi tar-riżorsi proprji tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li, hekk kif osservat l-Avukat Ġenerali fil-punti 38 sa 42 tal-konklużjonijiet tagħha, il-proċedura ta’ arranġament mal-kredituri, hekk kif deskritta mill-qorti tar-rinviju u esposta fil-punti 6 sa 8 ta’ din is-sentenza, hija suġġetta għal kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni stretti intiżi sabiex joffru garanziji b’mod partikolari fir-rigward tal-irkupru tad-dejn preferenzjali u għaldaqstant tad-dejn tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Għalhekk, qabel kollox, il-proċedura ta’ arranġament mal-kredituri timplika li l-kummerċjant f’sitwazzjoni ta’ insolvenza jillikwida l-patrimonju kollu tiegħu sabiex jissana d-dejn tiegħu. Jekk dan il-patrimonju ma jkunx suffiċjenti sabiex jitħallas id-dejn kollu, il-ħlas parzjali ta’ dejn preferenzjali jista’ jiġi aċċettat biss jekk espert indipendenti jiddikjara li dan id-dejn ma jitħallasx bi proporzjon ogħla fil-każ ta’ falliment tad-debitur. Il-proċedura ta’ arranġament mal-kredituri tidher għaldaqstant li hija ta’ natura li tippermetti li jiġi stabbilit li, minħabba s-sitwazzjoni ta’ insolvenza tal-kummerċjant, l-Istat Membru kkonċernat ma jistax jirkupra d-dejn tiegħu tal-VAT fi proporzjon aqwa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Sussegwentement, peress li l-proposta ta’ arranġament mal-kredituri hija suġġetta għall-vot tal-kredituri kollha li lilhom id-debitur ma huwiex qed jipproponi rimbors sħiħ tad-dejn tagħhom u li hija għandha tiġi approvata mill-kredituri ammessi għall-vot li jirrappreżentaw il-maġġoranza tat-total tad-dejn dovut lil dawn tal-aħħar, il-proposta ta’ arranġament mal-kredituri jagħti lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jivvota kontra proposta ta’ ħlas parzjali ta’ dejn tal-VAT jekk, b’mod partikolari, ma jaqbilx mal-konklużjonijiet tal-espert indipendenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, li kieku kellu jitqies li, minkejja dan il-vot negattiv, l-imsemmija proposta tiġi adottata, peress li l-arranġament mal-kredituri għandu jiġi vvalidat mill-qorti adita, wara li, jekk ikun il-każ, hija tkun iddeċidiet dwar l-oppożizzjonijiet tal-kredituri f’nuqqas ta’ qbil mal-proposta ta’ arranġament, il-proċedura ta’ arranġament mal-kredituri tippermetti lill-Istat Membru kkonċernat jikkontesta ulterjorment, billi jressaq oppożizzjoni, arranġament li jipprevedi l-ħlas parzjali ta’ dejn ta’ VAT u lill-imsemmija qorti teżerċita stħarriġ.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkustanzi, l-ammissjoni ta’ ħlas parzjali ta’ dejn tal-VAT, minn kummerċjant f’sitwazzjoni ta’ insolvenza, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ arranġament mal-kredituri, li, b’differenza tal-miżuri inkwistjoni fil-kawżi li taw lok għas-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Italja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑132/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:412">EU:C:2008:412</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Italja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑174/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:74">EU:C:2008:74</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) li għalihom tirreferi l-qorti tar-rinviju, ma tikkostitwixxix rinunzja ġenerali u mingħajr distinzjoni għall-ġbir tal-VAT, ma hijiex kuntrarja għall-obbligu tal-Istati Membri li jiggarantixxu l-ġbir tal-VAT kollu dovut fuq it-territorju tagħhom kif ukoll il-ġbir effikaċi tar-riżorsi proprji tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 4(3) TUE kif ukoll l-Artikoli 2, 250(1) u 273 tad-Direttiva tal-VAT ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, interpretata fis-sens li kummerċjant f’sitwazzjoni ta’ insolvenza jista’ jadixxi lil qorti b’talba għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ arranġament mal-kredituri bil-għan li d-dejn jiġi kkonstatat u l-patrimonju tiegħu jiġi llikwidat, li fiha huwa jipproponi biss ħlas parzjali ta’ dejn ta’ VAT billi jistabbilixxi perizja mwettqa minn espert indipendenti li dan id-dejn ma jiġix irrimborsat b’mod iktar effettiv fil-każ ta’ falliment tal-imsemmi kummerċjant.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li għandha tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 4(3) TUE kif ukoll l-Artikoli 2, 250(1) u 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, interpretata fis-sens li kummerċjant f’sitwazzjoni ta’ insolvenza jista’ jadixxi lil qorti b’talba għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ arranġament mal-kredituri bil-għan li d-dejn jiġi kkonstatat u l-patrimonju tiegħu jiġi llikwidat, li fiha huwa jipproponi biss ħlas parzjali ta’ dejn ta’ VAT billi jistabbilixxi perizja mwettqa minn espert indipendenti li dan id-dejn ma jiġix irrimborsat b’mod iktar effettiv fil-każ ta’ falliment tal-imsemmi kummerċjant.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>