|
28.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 202/111 |
P9_TA(2019)0035
Awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet tar-Renju Unit u għall-operazzjonijiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tar-Renju Unit fl-ilmijiet tal-Unjoni ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2403 fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet tar-Renju Unit u għall-operazzjonijiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tar-Renju Unit fl-ilmijiet tal-Unjoni (COM(2019)0398 – C9-0110/2019 – 2019/0187(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2021/C 202/23)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2019)0398), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0110/2019), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta’ Settembru 2019 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0014/2019). |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) s Għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
P9_TC1-COD(2019)0187
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta' Ottubru 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2403 fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tar-Renju Unit u għall-operazzjonijiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tar-Renju Unit fl-ilmijiet tal-Unjoni
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, r-Regolament (UE) 2019/1797.)