31976R0110



Official Journal L 020 , 28/01/1976 P. 0048 - 0050
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 1 P. 0027
Greek special edition: Chapter 04 Volume 1 P. 0088
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 1 P. 0027
Spanish special edition: Chapter 04 Volume 1 P. 0033
Portuguese special edition Chapter 04 Volume 1 P. 0033


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 110/76

tad-19 ta' Jannar 1976

li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-għoti ta' rifużjoni fuq l-esportazzjoni ta' prodotti tas-sajd u kriterji biex jiġi stipulat l-ammont ta' tali rifużjoni

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) NRU 100/76 tad-19 ta' Jannar 1976 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-prodotti tas-sajd [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 23(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi l-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KEE) NRU 100/76 jippermetti li rifużjoni ta'l-esportazzjoni tiġi stipulata, sal-limitu neċessarju biex ikunu jistgħu jsiru esportazzjonijiet ekonomikament vijabbli tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) ta'dak ir-regolament li ser jiġi affetwat;

Billi r-rifużjoni ta' l-esportazzjonijiet fuq prodotti suġġetti għall-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-prodotti tas-sajd għandu jkun stipulat skond ċerti kriterji li jippermettu li tiġi koperta d-differenza bejn il-prezzijiet ta' dawn il-prodotti fil-Komunità u dawk użati fil-kummerċ internazzjonali, filwaqt li jiġu rrispettati l-għanijiet ġenerali ta' l-organizzazzjoni komuni: mentri għal dan l-għan is-sitwazzjoni tal-provvisti u l-prezzijiet għal dawk il-prodotti fil-Komunità u l-prezzijiet użati fil-kummerċ internazzjonali għandhom jiġu kkunsidrati: mentri għandu jkun hemm disposizzjoni għall-possibilita' ta' xi koeffiċjenti li jistgħu jiġu stipulati li jiġu kkunisdrati meta l-ammont tar-rifużjoni fuq il-prodotti tas-sajd hu kkalkulat:

Mentri jekk il-prezzijiet għandhom jiġu osservati, l-prezzijiet għandhom ikunu determinati skond il-prinċipji ġenerali; mentri għal dan l-għan prezzijiet fi swieq ta' terzi pajjiżi u pajjiżi ta' destinazzjoni, l-prezzijiet tal-produttur osservati f'terzi pajjiżi u l-prezzijiet fuq il-fruntieri ħielsa tal-Komunità għandhom jitqiesu meta l-prezzijiet fuq is-suq dinji jkunu qiegħdin jiġu determinati; mentri li prezzijiet użati fis-swieq rappreżentattivi tal-Komunità u prezzijiet użati fuq l-esportazzjoni għandhom jintużaw bħala bażi sabiex jiġu determinati l-prezzijiet tal-Komunità;

Mentri għandha ssir disposizzjoni għall-bidla fl-ammont tar-rifużjoni skond id-destinazzjoni tal-prodotti, billi jitqiesu l-kondizzjonijiet speċjali li jgħoddu għall-importazzjonijiet f'ċerti pajjiżi ta' destinazzjoni;

Mentri li ħut li jinqabad mill-prodotturi tal-Komunità hu ta' oriġini Komunitarja anke jekk jitniżżel f'portijiet li jinsabu barra mit-territorju doganali tal-Komunità; mentri, madankollu, sabiex il-verifika tkun possibli, r-rifużjoni għandu jingħata biss għal ħut imniżżel fil-portijiet li jinsabu fit-territorju doganali tal-Komunità kif definit mir-Regolament (KEE) NRU 1496/68 [2], kif emendat mill-Att ta' Adeżjoni [3];

Mentri biex l-esportaturi tal-Komunità jkollhom moħħhom mistrieħ dwar l-ammont tar-rifużjoni u biex tingħatalhom ċertezza rigward il-lista ta' prodotti eliġibbli għar-rifużjoni, għandu jkun possibli li l-lista u l-ammonti jibqgħu validi għal perjodu relativament twil, li għandu jkun determinat skond il-prattika normali tal-kummerċ;

Mentri sabiex jiġi evitat tgħawwiġ tal-kompetizzjoni bejn in-negozjanti tal-Komunità, l-kondizzjonijiet amministrattivi li taħthom huma jaħdmu għandhom ikunu l-istess fil-Komunità kollha; mentri m'hemm l-ebda ġustifikazzjoni għall-għoti ta' rifużjoni fejn il-prodotti in kwistjoni huma importati minn terzi pajjiżi u esportati mill-ġdid lejn terzi pajjiżi,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli ġenerali għall-istipular u l-għoti tar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni fuq il-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KEE) NRU 100/76.

Artikolu 2

Dan li ġej għandu jiġi kkunsidrat meta r-rifużjoni ikun qiegħed jiġi stipulat:

(a) is-sitwazzjoni eżistenti u t-tendenza ġejjiena rigward:

- il-prezzijiet u d-disponibilitajiet tal-prodotti tas-sajd fuq is-suq tal-Komunità,

- prezzijiet għall-prodott tas-sajd fis-suq dinji;

(b) l-għanijiet ta' l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-prodotti tas-sajd, li għandhom jiżguraw l-ekwilibrju u l-iżvilupp naturali tal-prezzijiet u n-negozju fuq dan is-suq;

(ċ) l-ispejjeż minimi tal-kummerċ u t-trasport mis-swieq tal-Komunità lejn portijiet jew punti oħra ta' esportazzjoni fil-Komunità, kif ukoll l-ispejjeż tat-tqegħid tal-prodotti fuq is-swieq tal-pajjiżi ta' destinazzjoni; u

(d) is-sinjifikat ekonomiku ta' l-esportazzjonijiet proposti.

Artikolu 3

1. Meta l-prezzijiet fuq is-suq tal-Komunità jkunu qiegħdin jiġu stipulati, għandhom jiġu kkunsidrati l-prezzijiet li jintużaw li huma l-aktar favorevoli mill-punt di vista ta' l-esportazzjoni.

2. Dan li ġej għandu jiġi kkunsidrat meta l-prezzijiet fuq is-suq dinji jkunu qiegħdin jiġu stipulati;

(a) il-prezzijiet użati fuq is-swieq tal-pajjiżi terzi importaturi prinċipali;

(b) il-prezzijiet tal-produttur osservati fil-pajjiżi terzi esportaturi prinċipali: u

(ċ) prezzijiet fi fruntieri ħielsa tal-Komunità.

Artikolu 4

Fejn is-sitwazzjoni tas-suq dinji u l-kondizzjonijiet speċifiċi ta' ċerti swieq joħolqu n-neċessita', r-rifużjoni jista' jinbidel skond id-destinazzjoni tal-prodotti in kwistjoni.

Artikolu 5

Il-lista tal-prodotti li għalihom jingħata r-rifużjoni u l-ammont ta' tali rifużjoni għandhom ikunu stipulati mill-anqas darba kull tliet xhur.

Artikolu 6

M'għandu jingħata l-ebda rifużjoni fuq prodotti li joriġinaw mill-Komunità li jitniżżlu, dirett mill-postijiet fejn jinqabdu l-ħut, f'portijiet li jinsabu barra mit-territorju doganali tal-Kummissjoni.

Artikolu 7

1. Ir-rifużjoni għandu jitħallas fuq prova:

- li l-prodotti kienu esportati mill-Komunità, u

- li l-prodotti joriġinaw mill-Komunità.

2. Fejn japplika l-Artikolu 4, r-rifużjoni għandu jitħallas skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, dejjem jekk ikun hemm il-prova li l-prodott ikun wasal fid-destinazzjoni li għaliha r-rifużjoni kien stipulat.

Jistgħu jsiru eċċezzjonijiet għal din ir-regola skond il-proċedura msemmija fil-paragrafu 3 ta' l-Artikolu, dejjem jekk il-kondizzjonijiet li jkunu stipulati joffru garanziji ekwivalenti..

3. Jistgħu jiġu adottati disposizzjonijiet addizzjonali skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KEE) NRU 100/76.

Artikolu 8

1. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) NRU 165/71 tas-26 ta' Jannar 1971 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-għoti ta' rifużjoni ta' l-esportazzjoni fuq prodotti tas-sajd u kriterja biex jiġi ffissat l-ammont ta' tali rifużjoni [4], hawn hu revokat.

2. Referenzi għar-Regolament revokat permezz tal-paragrafu 1 għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 9

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Frar 1976.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Jannar 1976.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Hamilius

[1] Ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjal.

[2] ĠU L 238, tat-28.9.1968, p. 1.

[3] ĠU L 73, tas-27.3.1972, p. 14.

[4] ĠU L 23, tad-29.1.1971, p. 1.

--------------------------------------------------