|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/1970 |
29.2.2024 |
Dikjarazzjoni fir-rigward tal-mobilizzazzjoni tal-istrument EURI
(C/2024/1970)
Fil-kuntest tal-proċedura baġitarja annwali, il-Kunsill, qabel ma jadotta l-pożizzjoni tiegħu dwar il-baġit annwali, ser jivvaluta jekk is-soluzzjoni ta' finanzjament għall-kostijiet tal-pagamenti tal-imgħax tal-NGEU skont il-passi previsti fl-Artikolu 10a(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/765 [Reviżjoni tal-QFP] kif iċċarat fil-premessa 10a tiegħu, u, jekk applikabbli, il-mobilizzazzjoni tal-garanzija ta' kontinġenza, humiex xierqa.
Jekk il-Kunsill iqis li l-mobilizzazzjoni tal-garanzija ta' kontinġenza mhijiex xierqa, ser jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta mill-ġdid il-proposta tagħha bl-objettiv li jiżdied l-ammont mobilizzat fil-proċedura baġitarja annwali. Il-Kunsill ser jagħti attenzjoni partikolari lil-livell ta' diżimpenji mobilizzati fil-pass 3 f'każ li dan il-livell jilħaq EUR 5 biljun f'sena jew aktar minn EUR 15-il biljun b'mod kumulattiv matul is-snin 2025-2027.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1970/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)