|
(1)
|
l-entrati li ġejjin jiżdiedu taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi”:
|
|
Isem
|
Informazzjoni ta' identifikazzjoni
|
Raġunijiet
|
Data tal-elenkar
|
|
“20.
|
Vitaly Nikolayevich KOVALEV
|
Виталий Николаевич КОВАЛЕВ
Psewdonimi: ‘Bentley’, ‘Bergen’, ‘Alex Konor’, ‘Benny’, ‘Ben’, ‘Stern’
Data tat-twelid: 23.6.1988
Indirizz: Serebristy Bulvar 34 (Serebristyy Bul'var); krp 1; flt 528; 197341; St Petersburg, Russian Federation
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
Entitajiet assoċjati: TrickBot, Wizard Spider, Conti
|
Vitaly Kovalev huwa figura għolja fil-programmi tal-malware ‘Trickbot’ u ‘Conti’. Huwa magħruf ukoll bil-laqmijiet online ‘Bentley’, ‘Bergen’, ‘Alex Konor’, ‘Benny’, ‘Ben’ u ‘Stern’.
Conti u Trickbot oriġinarjament inħolqu u ġew żviluppati minn Wizard Spider. Wizard Spider wettaq kampanji ta' ransomware f'setturi differenti, inkluż servizzi essenzjali bħas-saħħa u l-banek, infetta kompjuters madwar id-dinja u l-malware tiegħu ġie żviluppat f'sett ta' malware modulari ħafna. Il-kampanji minn Wizard Spider, bl-użu ta' malware bħal Conti u TrickBot, huma responsabbli għal dannu ekonomiku sostanzjali fl-Unjoni Ewropea.
Għalhekk, Vitaly Kovalev huwa responsabbli għal attakki ċibernetiċi, u involut fihom, b'effett sinifikanti li jikkostitwixxu theddida esterna għall-Unjoni jew għall-Istati Membri tagħha.
|
13.7.2026
|
|
21.
|
Alexander Alexandrovich VOLOSOVIK
|
Александр Александрович ВОЛОСОВИК
Data tat-twelid: 30.1.1983
Post tat-twelid: USSR
Nazzjonalità: Russa
Numru tal-passaport: 762988138
Sess: raġel
Entitajiet assoċjati: Yalishanda, LARVA-34, podzemniyl, Ohyeahhellno, Stas_vl, downlow
|
Alexander Volosovik huwa s-sid ta' Media Land LLC. Mill-2016, is-servizz ta' Bullet Proof Hosting - Media Land LLC - kien qed jiffaċilita firxa wiesgħa ta' attakki ta' malware kemm kontra l-Unjoni kif ukoll fuq livell dinji, billi offra servizzi ta' hosting li jaħbu l-identitajiet tal-utenti u jirreżistu t-tneħħija mill-infurzar tal-liġi. Media Land LLC ippermettiet operazzjonijiet ta' ransomware fuq skala kbira, servizzi ta' kmand u kontroll, u operazzjonijiet ta' phishing immirati lejn infrastruttura kritika u servizzi essenzjali fl-Istati Membri , li wasslu għal telf finanzjarju sinifikanti. L-operazzjonijiet iffaċilitati minn Media Land LLC jinkludu, fost oħrajn, LockBit, EvilCorp u BlackBasta.
Għalhekk, Media Land LLC hija involuta f'attakki ċibernetiċi b'effett sinifikanti li jikkostitwixxu theddida esterna għall-Unjoni jew għall-Istati Membri tagħha. Bħala sid ta' Media Land LLC, Alexander Volosovik huwa responsabbli għal dawn l-attakki ċibernetiċi u huwa involut fihom. Huwa assoċjat ukoll ma' Media Land LLC.
|
13.7.2026
|
|
22.
|
Denis Olegovich DEGTYARENKO
|
Денис Олегович ДЕГТЯРЕНКО
Psewdonimu: ‘Dena’
Data tat-twelid: 9.10.1989
Post tat-twelid: USSR
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
Indirizz: 130 Lenina Avenue, Novy Gorod microdistrict, Orsk, Orenburg Region, Russian Federation
|
Denis Degtyarenko magħruf ukoll bħala Dena huwa hacker Russu għal CARR (Cyber Army of Russia Reborn).
CARR kienet responsabbli għal attakki ċibernetiċi kontra s-servizzi meħtieġa għaż-żamma ta' attivitajiet ekonomiċi essenzjali u funzjonijiet kritiċi tal-istat fl-Istati Membri, kif ukoll kontra infrastruttura fl-Ukrajna u f'pajjiżi terzi oħra. CARR hija marbuta maċ-Ċentru Ewlieni għat-Teknoloġiji Speċjali (GTsST) fid-Direttorat Ewlieni tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GRU).
Il-GTsST jibqa' attiv fit-twettiq ta' attakki ċibernetiċi kontra l-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha. Il-miri ta' CARR jinkludu l-aġenziji tal-gvern, l-istituzzjonijiet finanzjarji, l-organi tax-xandir, u l-infrastruttura kritika fl-Istati Membri u fl-Istati Uniti. CARR wettqet attakki distribwiti li jwaqqfu s-servizz (DDoS) fl-Ukrajna u kontra gvernijiet u kumpaniji li jinsabu f'pajjiżi li appoġġaw lill-Ukrajna.
Għalhekk, Denis Degtyarenko, hacker ewlieni għal CARR, huwa involut f'attakki ċibernetiċi b'effett sinifikanti, inkluż tentattivi ta' attakki ċibernetiċi b'effett potenzjalment sinifikanti, li jikkostitwixxu theddida esterna għall-Istati Membri, kif ukoll kontra stati terzi. Bħala membru ta' CARR, huwa assoċjat ukoll mal-GTsST.
|
13.7.2026
|
|
23.
|
Yuliya Vladimirovna PANKRATOVA
|
Юлия Владимировна ПАНКРАТОВА
Psewdonimu: ‘YUliYA’
Data tat-twelid: 6.4.1984
Post tat-twelid: USSR
Nazzjonalità: Russa
Sess: mara
Indirizz: 130 Lenina Avenue, Novy Gorod microdistrict, Orsk, Orenburg Region, Russian Federation
|
Yuliya Pankratova hija hacker Russa li ilha taħdem għal CARR (Cyber Army of Russia Reborn) u waqqfet, u tkompli taħdem għal Z-Pentest.
CARR kienet responsabbli għal attakki ċibernetiċi kontra s-servizzi meħtieġa għaż-żamma ta' attivitajiet ekonomiċi essenzjali u funzjonijiet kritiċi tal-istat fl-Istati Membri, kif ukoll kontra infrastruttura fl-Ukrajna u f'pajjiżi terzi oħra. CARR hija marbuta maċ-Ċentru Ewlieni għat-Teknoloġiji Speċjali (GTsST) fid-Direttorat Ewlieni tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GRU). Il-GTsST jibqa' attiv fit-twettiq ta' attakki ċibernetiċi kontra l-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha. Il-miri ta' CARR jinkludu l-aġenziji tal-gvern, l-istituzzjonijiet finanzjarji, l-organi tax-xandir, u l-infrastruttura kritika fl-Istati Membri u fl-Istati Uniti. CARR wettqet attakki distribwiti li jwaqqfu s-servizz (DDoS) fl-Ukrajna u kontra gvernijiet u kumpaniji li jinsabu f'pajjiżi li appoġġaw lill-Ukrajna.
Z-Pentest huwa responsabbli għal attakki ċibernetiċi b'effett sinifikanti kontra, fost l-oħrajn, is-servizzi meħtieġa għaż-żamma ta' attivitajiet essenzjali fl-Istati Membri.
Għalhekk, Yuliya Pankratova, hacker ewlenija għal CARR u għal Z-Pentest, hija involuta f'attakki ċibernetiċi b'effett sinifikanti, inkluż tentattivi ta' attakki ċibernetiċi b'effett potenzjalment sinifikanti, li jikkostitwixxu theddida esterna għall-Istati Membri , kif ukoll kontra stati terzi. Hija assoċjata wkoll ma' Z-Pentest.
|
13.7.2026
|
|
24.
|
Maksim Evgenevich VORONIN
|
Максим Евгеньевич ВОРОНИН
Psewdonimu: ‘Daugn0’
Nazzjonalità: allegatament Russa
Sess: raġel
|
Maksim Voronin magħruf ukoll bħala Daugn0 huwa involut fl-iżvilupp, id-distribuzzjoni u l-bejgħ tal-malware li jisraq l-informazzjoni LummaC2 (magħruf ukoll bħala Lumma Infostealer, Lumma Stealer).
LummaC2 hija pjattaforma Malware bħala Servizz (Malware-as-a-Service - MaaS), użata biex tisraq data sensittiva, kredenzjali tal-brawżer, kartieri tal-kriptoassi, jew informazzjoni dwar is-sistema, biex tapplika malware addizzjonali fuq apparati infettati, għal serq tal-kriptovaluti u għal kampanji ta' spjunaġġ.
L-attakki ċibernetiċi li jinvolvu l-malware LummaC2 jintużaw ukoll minn awturi ta' theddid ċibernetiku motivati finanzjarjament bħal Storm-113, Storm-1607, Storm-1674, Octo Tempest u oħrajn. Il-malware LummaC2 intuża għal attakki ċibernetiċi kontra funzjonijiet u servizzi kritiċi tal-istat meħtieġa għaż-żamma ta' attivitajiet soċjali u ekonomiċi essenzjali tal-Istati Membri. Fl-2024 u l-2025, LummaC2 kien waħda mill-aktar għodod użati għas-serq tal-informazzjoni madwar id-dinja.
Għalhekk, Maksim Voronin bħala żviluppatur, distributur u bejjiegħ ta' LummaC2 huwa involut f'attakki ċibernetiċi b'effett sinifikanti, u jiffaċilitahom, li jikkostitwixxu theddida esterna għall-Istati Membri.
|
13.7.2026
|
|
25.
|
Maksim Aleksandrovich GORDIENKO
magħruf ukoll bħala Maxim Alexandrovich GORDIENKO
|
Максим Александрович ГОРДИЕНКО
Psewdonimu: ‘Lummaseller’
Nazzjonalità: allegatament Russa
Sess: raġel
|
Maksim Gordienko magħruf ukoll bħala Lummaseller huwa involut fl-iżvilupp u d-distribuzzjoni tal-malware li jisraq l-informazzjoni LummaC2 (magħruf ukoll bħala Lumma Infostealer, Lumma Stealer).
LummaC2 hija pjattaforma Malware bħala Servizz (Malware-as-a-Service - MaaS), użata biex tisraq data sensittiva, kredenzjali tal-brawżer, kartieri tal-kriptoassi, jew informazzjoni dwar is-sistema, biex tapplika malware addizzjonali fuq apparati infettati, għal serq tal-kriptovaluti u għal kampanji ta' spjunaġġ. L-attakki ċibernetiċi li jinvolvu l-malware LummaC2 jintużaw ukoll minn awturi ta' theddid ċibernetiku motivati finanzjarjament bħal Storm-113, Storm-1607, Storm-1674, Octo Tempest u oħrajn. Il-malware LummaC2 intuża għal attakki ċibernetiċi kontra funzjonijiet u servizzi kritiċi tal-istat meħtieġa għaż-żamma ta' attivitajiet soċjali u ekonomiċi essenzjali tal-Istati Membri. Fl-2024 u l-2025 LummaC2 kien waħda mill-aktar għodod użati għas-serq tal-informazzjoni madwar id-dinja.
Għalhekk, Maksim Gordienko bħala żviluppatur, distributur u bejjiegħ ta' LummaC2 huwa involut f'attakki ċibernetiċi b'effett sinifikanti, u jiffaċilitahom, li jikkostitwixxu theddida esterna għall-Istati Membri.
|
13.7.2026
|
|
26.
|
Evgeniy Viktorovich BASHEV
|
Евгений Викторович БАШЕВ
Data tat-twelid: 25.1.1980
Post tat-twelid: USSR
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
Individwi assoċjati: Denis Igorevich Denisenko, Yuriy Fedorovich Denisov, Dmitriy Yuryevich Goloshubov, Nikolay Alexandrovich Korchagin
Entitajiet assoċjati: GRU Unit 29155, ‘Impuls’ LLC
|
Evgeniy Bashev huwa membru tal-Aġenzija tal-Intelligence Militari Russa GRU Unit 29155. Fi ħdan l-unità huwa jappoġġa u jiffaċilita l-attakki ċibernetiċi b'effett sinifikanti kontra l-Istati Membri, fost l-oħrajn permezz tal-kontroll tas-server ‘Aegon’, użat għall-operazzjonijiet ta' hacking. B'mod partikolari, huwa jipprovdi appoġġ tekniku u materjali għall-attakki ċibernetiċi tal-GRU Unit 29155 permezz tal-kumpanija tiegħu ‘Impuls’ LLC li ffaċilitat il-kopertura operazzjonali, l-infrastruttura, u l-pagamenti, u mmaniġġat assi tekniċi, inkluż servers, li jintużaw għall-attakki ċibernetiċi. Huwa kkoordina wkoll il-kooperazzjoni bejn l-istrutturi tal-GRU u n-networks esterni tal-hackers. L-attakki ċibernetiċi ffaċilitati minnu kienu mmirati lejn sistemi u servizzi kritiċi tal-funzjonijiet tal-istat meħtieġa għaż-żamma ta' attivitajiet soċjali jew ekonomiċi essenzjali fl-Istati Membri, b'mod partikolari fis-settur tat-trasport. Permezz tal-kampanja WhisperGate, il-GRU Unit 29155 mmirat ukoll lejn l-infrastruttura kritika tal-Ukrajna.
Għalhekk, Evgeniy Bashev jipprovdi appoġġ tekniku u materjali għal, jew huwa involut b’xi mod ieħor f’attakki ċibernetiċi b’effett sinifikanti, inkluż tentattivi ta’ attakki ċibernetiċi b’effett potenzjalment sinifikanti, li jikkostitwixxu theddida esterna għall-Istati Membri, kif ukoll attakki ċibernetiċi b’effett sinifikanti kontra pajjiż terz.
Bħala sid u Direttur Ġenerali, huwa assoċjat mal-kumpanija ‘Impuls’ LLD.
Bħala membru tal-GRU Unit 29155, huwa wkoll assoċjat ma' din l-entità.
|
13.7.2026
|
|
27.
|
Roman Alexandrovich PUNTUS
|
Роман Александрович ПУНТУС
Post tat-twelid: Russian Federation
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
Individwi assoċjati: Denis Igorevich Denisenko, Yuriy Fedorovich Denisov, Dmitriy Yuryevich Goloshubov, Nikolay Alexandrovich Korchagin, Evgeniy Viktorovich Bashev
Entitajiet assoċjati: GRU Unit 29155
|
Roman Puntus huwa membru tal-Aġenzija tal-Intelligence Militari Russa GRU Unit 29155. Fi ħdan l-unità, huwa għandu rwol ewlieni fl-organizzazzjoni u l-koordinazzjoni ta' attakki ċibernetiċi b'effett sinifikanti kontra l-Istati Membri. Huwa jappoġġa wkoll l-iżvilupp tal-kapaċità ċibernetika interna tal-unità, inkluż ir-reklutaġġ u s-superviżjoni ta' persunal bħal hackers u programmaturi. Billi stabbilixxa l-kumpanija fittizja ‘Aegeon-Impulse’, huwa ffaċilita l-aspetti loġistiċi u finanzjarji tal-operazzjonijiet ċibernetiċi. Taħt il-koordinazzjoni tiegħu, l-unità wettqet attakki ċibernetiċi mmirati lejn sistemi u servizzi kritiċi tal-funzjonijiet tal-istat meħtieġa għaż-żamma ta' attivitajiet soċjali jew ekonomiċi essenzjali fl-Istati Membri, b'mod partikolari fis-settur tat-trasport. Permezz tal-kampanja WhisperGate, il-GRU Unit 29155 mmirat ukoll lejn l-infrastruttura kritika tal-Ukrajna.
Għalhekk, Roman Puntus huwa responsabbli għal, jew huwa involut b’xi mod ieħor f’attakki ċibernetiċi b’effett sinifikanti, inkluż tentattivi ta’ attakki ċibernetiċi b’effett potenzjalment sinifikanti, li jikkostitwixxu theddida esterna għall-Istati Membri, kif ukoll attakki ċibernetiċi b’effett sinifikanti kontra pajjiż terz.
Bħala membru tal-GRU Unit 29155, huwa wkoll assoċjat ma' din l-entità.
|
13.7.2026”,
|
|