|
2.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 183/12 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-28 ta’ Ġunju 2013
li tapprova l-pjan ippreżentat mill-Kroazja għall-approvazzjoni ta’ stabbilimenti għall-finijiet ta’ kummerċ fi ħdan l-Unjoni ta’ tjur u bajd għat-tfaqqis skont id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE
(notifikata bid-dokument C(2013) 3988)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2013/346/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (1), u partikolarment it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2009/158/KE jistipula li l-Istati Membri għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni pjan li jiddeskrivi l-miżuri nazzjonali li biħsiebhom jimplimentaw sabiex jiżguraw il-konformità mar-regoli stabbiliti fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva għall-approvazzjoni ta’ stabbilimenti għall-finijiet ta’ kummerċ fi ħdan l-Unjoni ta’ dawk il-prodotti bażiċi. |
|
(2) |
Fid-dawl tas-sbuħija tagħha mal-Unjoni fl-1 ta’ Lulju 2013, il-Kroazja ppreżentat il-pjan tagħha lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2009/158/KE. Dak il-pjan, kif emendat wara s-suġġerimenti magħmula mill-Kummissjoni matul l-eżami tiegħu, jissodisfa l-kriterji stabbiliti fid-Direttiva 2009/158/KE u jippermetti l-kisba tal-għanijiet ta’ dik id-Direttiva, soġġetti għal implimentazzjoni effettiva u aġġornament regolari mill-Kroazja. Għalhekk, dan għandu jkun approvat. |
|
(3) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Huwa approvat il-pjan li jiddeskrivi l-miżuri nazzjonali li jridu jiġu implimentati sabiex jiżguraw il-konformità mar-regoli stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 2009/158/KE għall-approvazzjoni ta’ stabbilimenti għall-finijiet ta’ kummerċ fi ħdan l-Unjoni ta’ tjur u bajd għat-tfaqqis previsti fl-Artikolu 3(1) ta’ dik id-Direttiva, ippreżentat mill-Kroazja lill-Kummissjoni fid-19 ta’ April 2013.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni