12.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/31


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9907 – EXCLUSIVE NETWORKS/VERACOMP BUSINESS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 381/13)

1.

Fl-4 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Exclusive Networks SAS (“Exclusive Networks”, Franza),

—

Veracomp SA (“Veracomp”, il-Polonja).

Exclusive Networks se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Veracomp kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Exclusive Networks: distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ prodotti tal-IT iddedikati għas-sigurtà tal-IT tal-intrapriżi u għaċ-ċentri tad-data definiti bis-software (software defined data centres, SDDC), f’diversi pajjiżi madwar id-dinja,

—

Veracomp: id-distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ firxa ta’ prodotti differenti tal-IT b’mod predominanti fir-reġjun tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant (inklużi l-Polonja, iċ-Ċekja, is-Slovakkja, ir-Rumanija, il-Bulgarija, l-Ungerija, il-Kroazja, is-Slovenja, is-Serbja, il-Bożnija-Ħerzegovina, l-Estonja, il-Litwanja, il-Latvja, il-Montenegro, l-Albanija, il-Kosovo, il-Maċedonja ta’ Fuq).

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

Il-Każ M.9907 – EXCLUSIVE NETWORKS/VERACOMP BUSINESS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.