31984R3516



Official Journal L 328 , 15/12/1984 P. 0008 - 0008
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0046
Spanish special edition: Chapter 02 Volume 13 P. 0004
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0046
Portuguese special edition Chapter 02 Volume 13 P. 0004


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3516/84

tat-13 ta' Diċembru 1984

dwar il-klassifika ta' oġġetti li jaqgħu taħt is-subintestatura 08.12 Ċ tat-Tariffa Doganali Komuni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 97/69 tas-16 ta' Jannar 1969 dwar miżuri li għandhom jittieħdu għall-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2055/84 [2], u b'mod partikulari Artikolu 3 tiegħu,

Billi, biex jiġi żgurat li n-Nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni tiġi applikata b'mod uniformi, miżuri għandhom jittieħdu dwar il-klassifika tal-prun bla għadam, lest biex jittiekel, li fih kontenut ta' umdità ta' mhux iktar minn 35 % u li miegħu jkun żdied l-aċidu sorbiku;

Billi l-intestatura Nru 08.12 tat-Tariffa Doganali Komuni annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 950/68 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3400/84 [4], għandu x'jaqsam b’mod speċjali ma’ frottijiet imqaddin minbarra dawk li jaqgħu taħt l-intesturi minn Nru 08.01 san-Nru 08.05 inklussivament;

Billi l-podotti in kwistjoni jkollhom il-karatteristiċi ta' oġġetti li jaqgħu taħt l-intestura Nru 08.12 u għalhekk għandhom jiġu kklassifikati taħt din l-intestatura; billi, taħt din ta' l-aħħar, l-intestatura 08.12 Ċ hija l-aktar approprjata;

Billi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar in-Nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Prun imqadded bla għadam, lest biex jittiekel, li fih kontenut ta' umdità ta' mhux iktar minn 35 % li miegħu jkun żdied l-aċidu sorbiku, għandu jiġi kklassifikat fit-Tariffa Doganali Komuni taħt l-intestatura:

08.12 Frott, imqadded barra minn dak li jaqa’ taħt l-intestaturi Nri 08.01, 08.02, 08.03, 08.04 jew 08.05:

Ċ. Prun

Artikolu 2

Dan ir-Regoalment għandu jidħol fi-seħħ fil-21 jum li jiġi wara l-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-13 ta' Diċembru 1984.

F'isem il-Kummissjoni

Karl-Heinz Narjes

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 14, tal-21.1.1969, p. 1.

[2] ĠU L 191, tad-19.7.1984, p. 1.

[3] ĠU L 172, tat-22.7.1968, p. 1.

[4] ĠU L 320, ta' l-10.12.1984, p. 1.

--------------------------------------------------